Avviżi Tal-Kommunità Parroċċa San Sebastjan
ĦAL QORMI - MALTA
12 ĦADD A
25 ta’ Ġunju 2017
____________________________________________________________________________________
•
Illejla u għada / Illum nifirħu lil ħutna Qriema tal-parroċċa ġirien tagħna li qegħdin jiċċelebraw ilFesta Titulari ta’ San Ġorġ Martri. Nawgurawlhom il-festa t-tajba, u nifirħu magħhom fi spirtu ta’ fraternità u ta’ mħabba.
•
Nhar il-Ħamis 29 ta’ Ġunju niċċelebraw il-Festa ta’ San Pietru u San Pawl, il-festa ta’ l-Imnarja. Għalkemm ma hix festa kmandata, tajjeb li nqaddsu din il-ġurnata bis-sehem tagħna fil-quddiesa. Ilquddies ikun bħal nhar ta’ xogħol.
•
Nhar il-Ħadd li ġej fil-quddiesa tas-6.00pm ser ikollna okkażżjoni speċjali fejn numru ta’ sorijiet Agostinjani sejrin jiċċelebraw il-50 anniversarju tal-professjoni solenni tagħhom. Il-quddiesa sejra titmexxa mill-Arċisqof Emeritu Mons Pawlu Cremona.
•
Nhar it-Tnejn 26 ta’ Ġunju issir ħarġa għall-baħar mit-3.00pm ‘l quddiem. Aktar tagħrif millUffiċċju Parrokkjali u mill-helpers tal-Knisja.
•
Nhar l-Erbgħa fil-għaxija ser issir attività b’risq il-festa fil-Kortil tal-Granmastri (ħdejn it-tribuna ta’ Pinto) li tinkludi diversi tipi ta’ ravjul u divertiment għall-familja kollha.
•
Is-Sibt 1 ta’ Lulju fuq iz-zuntier tal-Knisja iż-żgħażagħ tal-parroċċa ser jorganizzaw BBQ. Biljetti mill-Uffiċċju Parrokkjali jew miż-żgħażagħ tal-parroċċa.
•
Issa li dieħel is-sajf, xorta waħda għandna noqogħdu attenti għall-ilbies tagħna, b’mod speċjali meta niġu l-Knisja. L-ilbies tagħna m’għandux ikun ta’ xkiel għall-oħrajn. Spallejn għandhom ikunu mgħottija u dbielet u shorts ikunu sal-irkoppa.
Paċi u barka
Fr Joseph Buhagiar Kappillan
TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184
•
T EL : 2 1 4 8 6 3 5 0
•
E- M AI L: i nf o@q or mi sb par i s h. org