Avviżi 26 ta' Frar 2017

Page 1

Avviżi Tal-Kommunità

Parroċċa San Sebastjan

ĦAL QORMI - MALTA

8 ĦADD A

26 ta’ Frar 2017

____________________________________________________________________________________ •

Nhar it-Tnejn fis-7.15pm issir il-laqgħa tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali fiċ-Ċentru.

Nhar l-Erbgħa li ġejjin huwa l-bidu tar-Randan Imqaddes. Bħala nsara konvinti għandna nieħdu bisserjetà dan iż-żmien qawwi fil-Knisja, billi nersqu lejn il-Mulej fi spirtu ta’ talb u sagrifiċċju. Nhar lErbgħa li ġejjin huwa jum ta’ Sawm u Astinenza. Ma għandnies nieklu laħam, kif ukoll inżommu lura minn affarijiet li jgħoġġbuna. Imħeġġin ħafna li nieħdu sehem fil-quddiesa, li tkun tinkludi wkoll iċ-ċeremonja tal-irmied.

Nhar il-Ġimgħa issir il-Lectio Divina fil-Kappella tas-Sagrament wara l-quddiesa ta’ filgħaxija. Tagħmlilna ġid kbir li matul dawn il-granet nirriflettu fuq il-Kelma ta’ Alla. Għalhekk imħeġġin li nattendu għal din il-laqgħa li turina kemm hi ħajja u qawwija il-Kelma ta’ Alla għalina.

Matul ix-xahar ta’ Marzu ser issir attività interessanti u kreattiva li tlaqqa’ t-tfal mal-anzjani. Din ser issir fl-Iskola Primarja ta’ Ħal Luqa, kull nhar ta’ Ħamis, mit-3.30-6.00pm. Tibda mill-Ħamis 2 ta’ Marzu. Aktar tagħrif fin-notice board.

Paċi u barka Fr Joseph Buhagiar Kappillan

TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184

T EL : 2 1 4 8 6 3 5 0

E- M AI L: i nf o@q or mi sb par i s h. org


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.