Avviżi Tal-Kommunità
Parroċċa San Sebastjan
ĦAL QORMI - MALTA
4 RANDAN A
26 ta’ Marzu 2017
____________________________________________________________________________________ •
Inkomplu bil-Vista Pastorali ta’ Mons Arċisqof Charles Scicluna fil-parroċċa tagħna. Għada / illum Mons Arċisqof ser iqaddes il-quddiesa tal-11.00am u filgħaxija ser ikollu laqgħa ta’ djalogu mażżgħażagħ tal-parroċċa fis-7.00pm fiċ-Ċentru, dħul minn Triq San Edward. Inħeġġeġ liż-żgħażagħ biex jattendu.
•
Nhar it-Tnejn, Mons Arċisqof ser jiltaqa’ mal-istudenti li għamlu l-Griżma tal-Isqof f’Novembru li għadda u ma’ dawk li ser jagħmlu l-Griżma f’Novembru li ġej. Din il-laqgħa issir fil-5.30pm filKripta tal-Knisja. Għandha tkun laqgħa sabiħa ħafna: l-istudenti kollha mħeġġa jkunu preżenti.
•
Aktar tard it-Tnejn filgħaxija l-Arċisqof ser jiltaqa’ mal-lajċi mpenjati fil-parroċċa u mall-membri tal-Għaqdiet u Movimenti reliġjużi, fiċ-Ċentru Parrokkjali.
•
Matul din il-ġimgħa ser isiru l-eżerċizzi għal kulħadd, filgħodu, fid-9.00am. Ser isiru minn Dun Ġorġ Schembri, kappillan tal-Parroċċa ta’ Lourdes, Raħal Ġdid. L-eżerċizzi iressquna lejn il-Mulej u jgħinuna biex ngħixu aħjar iż-żmien tar-Randan.
•
Il-Ħamis li ġej filgħaxija issir il-Lectio Divina fil-Kappella tas-Sagrament wara l-quddiesa ta’ filgħaxija.
•
Nhar il-Ġimgħa, vaganza pubblika, ser ikollna attività għat-tfal fuq iz-zuntier tal-Knisja. Fid-9.30am quddiesa għat-tfal fil-Kripta, u wara logħob organizzat għalihom fuq iz-zuntier, sa nofs in-nhar. Tkun sabiħa li t-tfal jattendu.
•
Il-Ġimgħa filgħaxija isir il-pellegrinaġġ bl-istatwa tar-Redentur. Fil-5.30pm issir il-Via Sagra u fis6.00pm joħroġ il-pellegrinaġġ li jgħaddi minn Triq San Bartilmew, Triq San Ġużepp, Triq il-Kbira, Triq Ġużeppi Ciappara, Triq il-Ħabbież, Triq il-Ġunġlien, Triq Amleto Spiteri, Triq Gorg Borg, Triq San Sebastjan u Triq San Bartilmew. Fis-7.15pm tiġi ċċelebrata l-quddiesa.
TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184
•
T EL : 2 1 4 8 6 3 5 0
•
E- M AI L: i nf o@q or mi sb par i s h. org
•
Is-Sibt filgħaxija il-Kummissjoni Tfal tad-Djocesi ser torganizza Via Sagra ghat-tfal fil-gonna talPalazz tal-President il-Buskett. Grupp ta' tfal mill-parrocca taghna ser janimaw wiehed millistazzjonijiet ta' din il-Via Sagra. Qed nistiednu wkoll lil tfal li jixtiequ jigu jieħdu sehem f’din il-Via Sagra. Ghalhekk qed norganizzaw private li titlaq minn quddiem il-knisja parrokkjali fil-5pm. Ilgenituri tat-tfal interessati li jigu jaraw ghal din l-attivita jikkuntattjaw lil Fr Brian jew l-ufficcju parrokkjali.
•
Il-Ħamis filgħaxija fiċ-Ċentru ser isir Pasta Night organizzat mill-Fratelli tal-Parroċċa biex jinġabru fondi għall-proġett tal-bankun tar-Redentur. Attività simili ser issir ukoll miż-żgħażagħ tal-Parroċċa li jiltaqgħu fiċ-Ċentru nhar is-Sibt 1 ta’ April, mit-8.00pm ‘l quddiem fiċ-Ċentru. Dħul minn Triq San Bartilmew. Biljetti mill-uffiċċju parrokkjali.
Paċi u barka Fr Joseph Buhagiar Kappillan