Avviżi 27 ta' Mejju 2018

Page 1

Avviżi Tal-Kommunità Parroċċa San Sebastjan

ĦAL QORMI - MALTA

Trinità Qaddisa

27 ta’ Mejju 2018

____________________________________________________________________________________

Għada/llum, 72 tifel u tifla mill-Parroċċa tagħna, ser jagħmlu l-Ewwel Tqarbina, filQuddiesa fl-10.30am. Minħabba l-Ewwel Tqarbina, l-Quddiesa tad-9.30am u l-11.00am, isiru fil-Kripta.

Nhar it-Tnejn fis-7.30pm, issir l-laqgħa tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali fiċ-Ċentru Parrokkjali.

Nhar l-Erbgħa fis-6.30pm, fil-Kripta, ssir l-laqgħa ta’ dawk l-Ommijiet li jrabbu weħidhom.

Nhar l-Erbgħa fis-7.00pm, ssir laqgħa formattiva għall-fratelli kollha tal-parroċċa, li tinkludi l-adorazzjoni. Din issir fil-Knisja żgħira.

Nhar il-Ħamis, niċċellebraw il-festa ta’ Corpus Domini, tal-Gisem u d-Demm tal-Mulej. Fis-6.30pm, ikollna l-Quddiesa bis-sehem tat-tfal tal-Ewwel Tqarbina u wara purċissjoni b’Ġesù Sagramentat, li tgħaddi mit-toroq: il-Vitorja, ż-Żinżell, San Dwardu, l-Ġdida, San Bastjan u San Bartilmew. Il-purċissjoni tintemm fil-Knisja bil-Barka Sagramentali. Nħeġġu lil kulħadd biex nieħdu sehem u b’turija ta’ mħabba u devozzjoni lejn Ġesù Ewkaristija, nixtiequ li minn fejn tgħaddi l-purċissjoni, it-toroq jiżżejjnu bil-qsari u fit-twieqi narmaw xbieha jew inkwadru tal-Qalb ta’ Ġesù.

Il-Ġimgħa, l-ewwel ġimgħa tax-xahar ta’ Ġunju. Nħeġġu lil kulħadd biex nieħdu sehem filQuddiesa u nersqu għas-Sagrament tal-Qrar. Fis-7.15pm, fil-Knisja ż-Żgħira, ikollna lAdorazzjoni bis-sehem tal-katekisti tal-Parroċċa.

Nhar il-Ħadd, nagħtu bidu għall-Ġimgħa Ewkaristika fil-Parroċċa tagħna, billi jkollna ġurnata sħiħa ta’ Adorazzjoni, fil-Knisja ż-żgħira li tintemm fis-7.00pm, bit-talba tal-Għasar u tingħata l-Barka Sagramentali.

Nhar il-Ħadd, ikun l-ewwel Ħadd tax-xahar u għalhekk ikollna l-ġabra speċjali għallbżonnijiet tal-Knisja.

Nhar il-Ġimgħa 8 ta’ Ġunju, niċċellebraw il-festa tal-Qalb ta’ Ġesù. Fis-6.30pm, ikollna lQuddiesa u wara purċissjoni b’ Ġesù Sagramentat.

TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184

T EL : 2 1 4 8 6 3 5 0

E- M AI L: i nf o @q o r mi sb par i s h. o rg


Dawk li jixtiequ jirreklamaw fil-Ktieb tal-festa ta’ San Sebastjan, maħruġ mill-Parroċċa, jistgħu jagħmlu kuntatt mal-Kappillan jew ma` Vince Peresso.

Id-Distributuri li jqassmu l-FLIMKIEN, huma mitluba biex jieħdu l-kopji tagħhom mill-Uffiċċju. Filwaqt li nirringrazzjhom ta’ dan is-servizz, navżaw li mal-FLIMKIEN ta’ Ġunju, ser tirċievu envelope biex tagħtu l-offerta tagħkom għall-festa ta’ San Bastjan. Inħeġġu lil kulħadd biex inkunu ġenerużi. L-Envelopes jibdew jinġabru mill-kolletturi tal-Parroċċa, mitTnejn 4 ta’ Ġunju.

Fit-talb tagħna nitolbu għal ħutna Calcedonia Buhagiar, David Magro u Antonia Camilleri li mietu mill-parroċċa tagħna matul din il-ġimgħa. Agħtihom Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem...

Paċi u barka Fr. Eucharist Zammit Kappillan


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.