Avviżi Tal-Kommunità
Parroċċa San Sebastjan
ĦAL QORMI - MALTA
3 GĦID A
30 ta’ April 2017
____________________________________________________________________________________ •
Matul il-ġimgħa li ġejja ser isir it-tberik f’dawn it-toroq: It-Tlieta 2 ta’ Mejju
Triq Santa Katerina
L-Erbgħa 3 ta’ Mejju Triq Correa, Triq Flora u Triq il-Kuncizzjoni (Numri bil-fart) Il-Ħamis 4 ta’ Mejju Triq Antoio Muscat Fenech u Triq il-Kuncizzjoni (Numri biz-zewg) Il-Ġimgħa 5 ta’ Mejju Triq Bellic, Triq Guze Muscat Azzopardi, Triq S. Bastjan (Numri bil-
fart)
•
Nagħmlu l-ħila tagħna biex inkunu preżenti għat-tberik. Huwa mument li jiswa ta’ ġid kemm għallfamilji tal-parroċċa tagħna, kif ukoll għalina s-saċerdoti li niġu nżurukom.
•
Nhar l-Erbgħa issir il-laqgħa tan-nisa romol u separati, fis-6.30pm, fil-Kripta tal-Knisja.
•
Il-Ħamis li ġej issir l-ikla ta’ Jum l-Omm. Biljetti mill-helpers tal-Knisja.
•
Nhar il-Ħadd 7 ta’ Mejju ser issir laqgħa ta’ follow-up tal-Eżerċizzi tal-Miżżewġin li saru matul irRandan li għadda. Din il-laqgħa ser issir fil-Kripta tal-Knisja, fil-5.00pm. Koppji miżżewġin mistiedna jattendu.
•
Matul il-ġranet ta’ din il-ġimgħa, il-quddies tas-6.30pm ser jiġi trasmess fuq Xejk TV għallbenefiċċju ta’ dawk li ma jistgħux joħorġu minn djarhom. Sabiħ ukoll li ngħarfu l-importanza talquddiesa ta’ kuljum.
•
Wasal il-fuljett Flimkien ta’ Mejju. Distributuri jistgħu jiġbruh mill-Uffiċċju Parrokkjali. Mallfuljett issibu envelope għal min jixtieq jagħti kontribuzzjoni għall-ħidma karitattiva tal-Knisja.
•
Mit-Tlieta li ġejjin jiftaħ il-booking tal-kors ta’ tħejjija għaż-żwieġ li ser jibda fl-24 ta’ Settembru li ġejjin. L-għarajjes huma mħeġġa li jagħmlu dan il-kors madwar sentejn qabel iż-żwieġ.
Paċi u barka Fr Joseph Buhagiar Kappillan TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184
•
T EL : 2 1 4 8 6 3 5 0
•
E- M AI L: i nf o@q or mi sb par i s h. org