»
Sliem u ħajja Parroċċa San Sebastjan Ħal Qormi Diċembru 2019
L-Umiltà...is-sigriet tal-Milied
Il-festa tal-Milied, hija festa għażiża. Tfakkarna li l-Iben ta’ Alla sar bniedem. Biex imma nifhmu sewwa t-tifsira tagħha, jeħtieġ preparazzjoni tajba, għax faċli jiġri li niċċellebraw il-Milied u ma nkunux fhimna t-tifsira veru tiegħu. Għalhekk, il-Knisja, tagħtina ż-żmien tal-Avvent, sabiex aħna, l-aktar permezz talKelma ta’ Alla, nħejju t-triq għat-twelid tal-Messija, is-Salvatur tagħna. Fil-fatt meta l-anġlu deher lil San Ġużepp f’ ħolma, biex jurih it-twelid ta’ Ġesù, huwa qallu: “Inti ssemmih Ġesù, għax hu jsalva l-poplu tiegħu minn dnubiethom.” [Mt:1:21] X’inhi t-tifsira tal-Milied? Il-Milied huwa l-wirja tal-umiltà ta’ Alla, li resaq lejna l-bnedmin, billi sar wieħed minna. Fil-fatt sar tarbija, biex jifdi u jħobb lill-bnedmin. Iva, Ġesù Bambin huwa s-sinjal li jafferma kemm Alla għall-bniedem jagħmel kollox. Alla ma joqgħodx ikejjel, imma għallkuntrarju jagħżel li jumilja ruħu biex jagħti mill-ġdid lill-bniedem dinjità wara li kien tilifha bid-dnub. Dan ifakkaruna San Ġwann, meta fid-daħla tal-Evanġelju tiegħu huwa jistqarr: “U mill-milja tiegħu aħna lkoll ħadna, grazzja fuq grazzja.” [Ġw:1:16] Kif ser niċċellebraw il-Milied? Min naħa tagħna, huwa meħtieġ li nersqu lejn Alla u bħal Ġesù nkunu bnedmin ta’ qalb ħelwa u umli. Għalhekk, l-umiltà hija ċ-ċavetta li lilna tgħinna nidħlu fil-qalba ta’dan il-misteru kbir. Għax bħalma Alla iċekken u ressaq lejn il-bniedem, hekk ukoll il-bniedem jeħtieġ li jagħżel l-umiltà bħala t-triq li twasslu għand Alla.
Xi tfisser tkun bniedem umli? 1. Tħalli l-kelma ta’ Alla idawwlek u timlilek qalbek. Għal dan il-għan, matul l-Avvent, il-Parroċċa ser toffri l-Lectio Divina, jiġifieri riflessjoni mibnija fuq l-Evanġelju tal-Ħadd, sabiex b’ hekk tkun din il-Kelma, li tgħinni napprezza aktar ir-rigal tal-Milied – Ġesu’ tarbija. 2. L-umli huwa dak li jħalli l-imħabba tmexxih firrelazzjoniet tiegħu mal-proxxmu. Għalhekk ma jkunx arroganti fl-imġieba tiegħu, imma dejjem juri rispett fi kliemu kif ukoll f’ għemilu. Huwa jħabbrek, biex inissel dejjem il-paċi kull fejn ikun. Jiena f’ dawn il-ġranet ta’ ferħ, huwa mistenni minni, li aktar min drabi oħra nfittex li nissel il-paċi fl-ambjent fejn nkun. 3. Jagħraf li għax huwa dgħajjef, għandu bżonn il-maħfra ta’ Alla. Il-festa tal-Milied, hija konferma ta’ kemm Alla jfittex li jiltaqà mal-bniedem fraġli. Għalhekk f’ dawn il-jiem, nieħdu ħsieb li nersqu għal Qrar, biex qalbna terġa tistrieħ fil-Mulej u mhux flaffarijiet materjali. Fl-ewwel Milied, Alla wriena t-triq tal-umiltà, meta qorob lejna permezz ta’ Ġesù, ejjew aħna wkoll llum nersqu lejn din t-tarbija ta’ Betlhem b’dan il-mod, biex tassew qalbna dduq il-ferħ tat-twelid ta’ Ġesù Bambin. Nawgura lilkom u lill-familji tagħkom Avvent qaddis, sabiex b’hekk naslu biex niċċellebraw Milied sabiħ. Il-Milied it-Tajjeb lil kulħadd. DUN EWKARIST ZAMMIT ARĊIPRIET
“Ejja, nitolbuk, Mulej, salvana!” LECTIO DIVINA FI ŻMIEN L-AVVENT
Minn Dr Joseph Ciappara (Lecturer flUniversità ta’ Malta fil-Fakultà tat-Teoloġija) Fil-Knisja ż-Żgħira tal-Parroċċa ta’ San Sebastjan fis-6:45pm. Kulħadd mistieden. Il-Ġimgħa 29 ta’ Novembru, il-Ġimgħa 6 ta’ Diċembru, il-Ġimgħa 13 ta’ Diċembru u l-Erbgħa 18 ta’ Diċembru
L-ISTILLA LI DDIET ĦAFNA – Sylvia Falzon
Mela darba kien hemm stilla li ħassitha konfuża ħafna. Għaliex ma kienetx taf. Xtaqet tmur il-bogħod x’imkien weħidha. Bdiet tħoss li x’imkien kienet ħa tiġri xi ħaġa ġdida u kbira. Ġriet ma l-univers kollu tfittex u tħares l’hemm u l’hawn. Iż-żmien beda għaddej u hi u miexja tħares l-isfel lejn id-dinja, ħasset, u għarfet x’kien ser jiġri. Iva, iva issa kienet taf x’kellha tagħmel. Bil-ferħ li ħasset bdiet TIDDI, TIDDI u TIDDI… Xi slaten li kienu jħobbu jiflu u jaqraw l-istielel, tgerfxu meta raw din l-istilla tiddi daqshekk bil-qawwi. Bilfors li kienet speċjali. Imma għaliex? Ikkuntatjaw ma’ xulxin u ftehemu li jsegwuha. Kull wieħed mis-slaten, telaq b’ħafna nies u iġmla mgħobbija, mill-Belt tiegħu u ltaqgħu flimkien proprju fid-deżert. Kienu tlett slaten maġi. Tkelmu u ddiskutew bejniethom.
Fehemu li kellu jitwieled xi ħadd important ħafna. U fehemu li kienet l-istilla li ser turihom fejn isibuh. X’ħin l-istilla lemħithom, bdiet tikber u tintefaħ u tiddi aktar. Kważi kważi riedet tgħajtilhom... Imma tibżax . Il-Maġi rawha xorta u lkoll flimkien bdew mexjin warajha. L-istilla dejjem timxi bi dritt, ħeq imma in-nies kellom ħafna għoljiet , mogħdijiet imħarbta u xmajjar x’jaqsmu, u għalhekk ħadu ż-żmien biex ileħqu ma l-istilla. Fil-fatt darba tilfuha u spiċċaw marru għand is-Sultan tal-post li waslu fih. Dan is-Sultan interessa ruħu ħafna u ried li meta l-Maġi jsibu lit-tarbija, jgħidulu, u hu wkoll imur biex jaduraha. Dak il-lejl l-istilla reġgħet sabithom u bdiet tiddi ħafna biex tkompli turihom it-triq. Il-Maġi kienu pronti, qamu u telqu għall-warajha . Imxew il-barra mir-raħal u marru fuq ix-xagħri. Hemm kien
hemm ukoll xi rgħajja bil-merħliet tagħhom…kulħadd jiċċassa lejn l-istilla speċjali. Fl-aħħar l-Istilla waqfet fuq għar ġol-blat. Minn hemm instemgħet bikja ta’tarbija. Iva kienu waslu. Is-slaten Maġi daħlu ħdejn dik it-tarbija li kienet il Bambin Ġesu’ u tawh ir-rigali li kienu ilhom iġġorru magħhom tul il-vjaġġ. Kemm ferħet l-istilla li kienet hi li urithom it-triq. Vera kienet qed tħossha importanti. U għala le. Kienet hi li waslithom għal din il-ġrajja importanti fl-istorja tad-dinja. Viva l-Istilla li ddiet ħafna biex twasslilna l-aħbar tat-twelid talBambin.
PROGRAMM GĦAX‑XAHAR TA’ DIĊEMBRU
Il-Ħadd 1:
It-Tnejn 2:
L-Ewwel Ħadd tal-Avvent – Bidu ta’ Sena Liturġika Ġdida (Sena A) Illum l-ewwel Ħadd tax-xahar u nagħmlu l-ġabra speċjali b’risq il-Knisja. Fis-7.00pm laqgħa tal-Kummissjoni Liturġija fid-Dar Parrokkjali.
Il-Ġimgħa 6: L-Ewwel Ġimgħa tax-xahar. Nersqu għall-Qrar u nieħdu sehem fil-Quddiesa. Fis-6.45pm Lectio Divina tal-Avvent, fil-Knisja ż-Żgħira. Il-Ħadd 8:
It-Tieni Ħadd tal-Avvent. Fil-11.00am ikollna l-Quddiesa bis-Sagrament tal-Magħmudija. Matul dan ilweekend il-Grupp taż-Żgħażagħ tal-Parroċċa, l-IMPACT, jorganizza Bake Sale fuq iz-zuntier tal-Knisja.
Il-Ġimgħa 13: Fis-6.45pm, Lectio Divina tal-Avvent, fil-Knisja ż-Żgħira Il-Ħadd 15: It-Tnejn 16: It-Tlieta 17:
It-Tielet Ħadd tal-Avvent. Bidu tan-Novena tal-Milied – disà t’ijiem bi tħejjija għall-festa ta’ Ġesù Bambin. Fil-11.00am Quddiesa tan-novena tal-Milied animata mill-Grupp taż-Żgħażagħ Impact. Fis-7.00pm: Kunċert tal-Milied fil-Knisja ż-Żgħira. Kulħadd mistieden.
Mill-10.00am sal-11.00am Adorazzjoni fil-Kripta animata mis-Superjur Joe Fenech. Fis-6.00pm Quddiesa tan-novena tal-Milied għat-tfal kollha tal-Parroċċa u l-familji tagħhom, fil-Knisja Parrokkjali. Fis-6.00pm Quddiesa tan-novena tal-Milied animata mill-Museum tal-Bniet ta’ St. Edward’s.
L-Erbgħa 18: Fis-6.00pm Quddiesa tan-Novena tal-Milied fil-Knisja ż-Żgħira animata mill-Grupp Familji Nsara. Fis6.45pm, Lectio Divina tal-Avvent, fil-Knisja ż-Żgħira.
Il-Ħamis 19: Fis-6.00pm Quddiesa tan-Novena tal-Milied animata mill-Komunità tas-Sorijiet Agostinjani f’Ħal Qormi.
Il-Ġimgħa 20: Fis-6.00pm, Quddies tan-novena tal-Milied animata mill-Grupp tal-Abbatini u l-familji tagħhom, fejn fiha ssir il-Vestizzjoni tal-Abbatini. Is-Sibt 21:
Fis-6.30pm Quddiesa tan-novena tal-Milied animata mill-Grupp tal-Fratelli.
It-Tnejn 23:
Mill-5.00pm sas-7.30pm diversi saċerdoti jkunu disponibbli għall-Qrar bi tħejjija għall-Milied.
Il-Ħadd 22:
It-Tnejn 23: It-Tlieta 24:
Ir-Rabà Ħadd tal-Avvent. Fil-Quddiesa tad-9.30am isir it-tberik tal-Bambini u l- presepji li t-tfal jkunu ġabu magħhom fil-Quddiesa. Fis-6.00pm Quddiesa tan-novena tal-Milied animata mill-Grupp tal-Ladies Circle tal-Parroċċa.
Lejlet il-Milied. Fil-5.15pm: Quddiesa fil-Knisja Arċipretali. Fil-5.30pm: Tibda mill-Museum tas-Subien id-Dimostrazzjoni (Purċissjoni) bil-Bambin organizzata mill-membri tal-MUSEUM. Fl-10.15pm: Tiftaħ ilKnisja għall-Lejl tal-Milied. Fil-11.00pm: Tibda l-Velja tal-Milied animata mill-Grupp taż-Żgħażagħ IMPACT. Wara ssir il-Priedka tal-Milied mill-abbati Kean Schembri. Fl-12.00am tibda l-konċelebrazzjoni Solenni tal-lejl tal-Milied. Wara l-Quddiesa nagħtu l-awguri lil xulxin fuq iz-zuntier tal-Knisja. Inħeġġu lil kulħadd biex fil-lejl tal-Milied ninġabru lkoll l-Knisja biex flimkien niċċellebraw it-twelid tal-Bambin.
L-Erbgħa 25: Jum il-Milied. Il-Quddies kollu jkun bħal nhar ta’ Ħadd u fis-6.00pm ikollna l-Quddiesa Solenni tal-Milied. Il-Ġimgħa 27: Fl-4.00pm: Quddiesa tal-Milied għall-anzjani u l-morda Qriema fil-Knisja Parrokkjali organizzata millGrupp taż-Żgħażagħ IMPACT. Tingħata tifkira lil dawk l-anzjani li jattendu. Is-Sibt 28:
Il-Ħadd 29: It-Tlieta 31:
Fis-6.30pm Quddiesa organizzata mill-Kummissjoni Familja, fl-okkażjoni tal-festa tal-Familja Mqaddsa. Mistiedna speċjali dawk li żżewwġu matul din l-aħħar sena u dawk li għalqu ħmistax u għoxrin sena miżżewwġin. Wara nkompli flimkien waqt bibita fiċ-Ċentru Parrokkjali.
Il-ġbir kollu li ser issir waqt il-Quddies ser imur kollu għall-karità b’ risq id-Dar tal-Providenza. Mit-8.30am sas-1.00pm l-Mobile Blood Donation Unit ser tkun ħdejn il-Kappella tal-Vitorja, biex wieħed ikun jistà jagħti d-demm. Importanti li wieħed jieħu miegħu l-Karta tal-Identità.
Fit-8.30am Quddiesa fil-Knisja ż-Żgħira u wara nagħmlu ġurnata sħiħa ta’ Adorazzjoni Ewkaristika, bħala ringrazzjament lil Alla għal din is-sena. Nagħlqu din l-Adorazzjoni fl-4.00pm bit-talba tar-Rużarju. Fil5.15pm, Quddiesa fil-Knisja u fis-6.30pm Quddiesa kantata ta’ Radd il-ħajr lil Alla li tintemm bil-kant ta’ Te Deum u l-Barka Sagramentali.
L-Erbgħa 1 ta’ Jannar 2020: Festa ta’ Marija Omm Alla. Il-Quddies ikun bħal nhar ta’ Ħadd. Il-Ġbir li jsir illum fil-Knisja, ikun strina għall-bżonnijiet tal-Knisja.