Sliem u Ħajja - Jannar 2020

Page 1

»

Sliem u ħajja Parroċċa San Sebastjan Ħal Qormi Jannar 2020

Ir-rigal għalik fis-Sena l-Ġdida Nixtieq l-ewwelnett, nawgura lilkom u lill-familji tagħkom, għal din is-sena l-ġdida. J’Alla tkun sena ta’ grazzja, mimlija ferħ u paċi għalikom lkoll.

Fil-bidu ta’ sena ġdida, kulħadd jesprimi l-ħolm u xewqat, li jkun jixtieq li jseħħu fil-ħajja tiegħu. Anki l-parroċċa tagħna, li hija ffurmata min-nies, għandha l-ħolma u xewqa tagħha. Nixtiequ nipproponu lillkomunità tagħna, rigal sabiħ u għażiż, sabiex ikompli jqawwina u jsostnina fil-ħajja tagħna. Mingħajru ma’ ngħaddux. Huwa rigal uniku, mogħti lilna minn Ġesù sabiex jkompli jsaħħaħ r-rabta u l-imħabba tiegħu magħna. Mela dan, mhuwiex rigal kwalunkwe, imma rigal għaziz, ħiereġ mill-Qalb ta’ Ġesù għalina. Għalhekk, għal din is-sena l-ġdida, nixtiequ nintroduċu l-Adorazzjoni Ewkaristika, miftuħa għal kulħadd u li ssir kull nhar ta’ Ġimgħa, matul is-sena, fil-Knisja ż-Żgħira, mis-6.30pm sas-7.00pm. Nibdew mill-Ġimgħa 3 ta’ Jannar 2020. Għalfejn din neħtieġuha? Il-ħajja tagħna, mingħajr l-Ewkaristija, mhijiex kompluta u allura titlef is-sens tagħha. Il-veru ferħ jitnissel fina, frott din l-intimita tagħna miegħU. Għalhekk is-saħħa tagħna, tiġi kollha kemm hi minn din il-laqgħa ma’ Ġesù, li għażel li jibqà magħna, biex jurina kemm jixtieq jkun viċin tagħna. Iva, aħna dependenti fuq dan is-Sagrament ta’ mħabba.

Santa Tereża ta’ Calcutta, il-mara li għażlet li tħobb u li tgħix mal-fqar, hija personaġġ li dinja tħares lejha b’ammirazzjoni kbira. Il-Papa qaddis Gwanni Pawlu II, jgħidilna li dan ir-rispett kbir huwa dovut għal fatt, li din il-mara “innamrat ma’ Alla.” Ġesù Ewkaristija kien il-għaxqa tagħha. Kienet tfittxu f’kull ħin talġurnata. L-istess Ewkaristija kienet tagħtiha l-qawwa biex tħobb lil Ġesù u taqdih fost l-ifqar fost il-fqar. Fl-Ewkaristija, hija kienet tilmaħ il-kontinwazzjoni tal-misteru ta’ mħabba muri fuq is-salib, għalhekk hija tistqarr: “Meta inti tħares lejn il-Kurċifiss tifhem kemm ħabbek Ġesù. Meta inti tħares lejn l-Ostja Mqaddsa inti tifhem kemm Ġesù qiegħed iħobbok ISSA.” Aħna, allura ma nistgħux nikbru flimħabba tagħna lejn Ġesù jekk ma’ nkunux nies talEwkaristija. Għalhekk hija kienet tgħaddi l-aħjar ħin tal-ġurnata f’ riġlejn dan is-Sagrament ta’ mħabba. B’din l-Adorazzjoni Ewkaristika komunitarja, nixtieq li biha nirrispondu minn naħa tagħna, għal din l-imħabba ta’ Ġesù. Nixtieq li tassew nuru li nemmnu f’ din il-qawwa li aħna msejħin biex naduraw. Nixtieq li tassew nuru, li mingħajr l-Ewkaristija, l-fidi tagħna, titlef is-sens kollu tagħha u fl-aħħarnett nixtieq li tassew nuru li aħna lil Ġesù tassew nħobbuh. Nixtieq għalhekk inħeġġeġ lil kulħadd biex nilqgħu dan irrigal li l-parroċċa, tixtieq tagħtina f’isem Ġesù għal din is-sena l-ġdida. Tkunu mberkin DUN EWKARIST ZAMMIT ARĊIPRIET


Nifirħu lillAdolexxenti li rċevew isSagrament talGriżma tal-Isqof Nifirħu u nawguraw lil 71 adolexxent mill-Parroċċa tagħna li nhar il-Ħadd 10 ta’ Novembru 2019, irċivew is-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof mingħand Mons. Hector Scerri. Nirringrazzjaw lill-ġenituri tagħhom li flimkien mal-katekisti ħadu ħsieb il-formazzjoni tagħhom bi tħejjija għal dan isSagrament. Nħeġġu lill-dawn l-adolexxenti biex jibqgħu jattendu l-Museum. Nitolbu ħafna għalihom sabiex bilqawwa tal-Ispirtu s-Santu, jibqgħu dejjem viċin ta’ Ġesù, jagħżlu dak li huwa tajjeb u dak li tassew jagħmilhom il-ġid fil-ħajja tagħhom.


ESPERJENZA FIL-MISSJONI – Paul Scicluna

Jiena Paul Scicluna minn Ħal-Qormi, għandi 65 sena, miżżewweġ lil Elizabeth, issa ilna mizzewgin 41 sena u għandna erbà t’tfal. Ħassejt is-sejħa li mmur nagħmel xogħol ta’ volontarjat barra minn xtutna u fl2017, mort il-Peru, għamilt ħames gimgħat, fis-sena 2018 mort l-Albanija u f’Ottubru li għadda mort l-Etiopja Tlaqna min Malta kmieni filgħodu u wasalna tard filgħaxija, għaliex il-vjagg kien twil. Wasalna Adis-Ababa, għand is-Sorijiet Frangiskani li laqawna ħafna, fejn minnhom, tlieta huma maltin. Dawn is-sorijiet jieħdu ħsieb tfal mit-twelid sa ma jikbru, jigifieri sa tmintax il-sena. It-trabi jaslu għand is-sorijiet permezz tal-pulizija, peress li jsibuhom abbandunati u ma jkunx hemm minn jieħu ħsiebhom. Is-sorijiet mill-banda l-oħra, jieħdu ħsiebhom bl-akbar

għożża, billi jaħsluhom, jagħtuhom x’jieklu, kif ukoll jgħallmuhom l-iskola. Permezz tal-ġenerożita tal-Poplu Malti, dawn it-tfal jkomplu jikbru u xi wħud minnhom jiġu addottati. Ix-xogħol tiegħi kien, li nagħmel, dak li kien hemm bżonn fid-dar. Bil-flus li kont ġbart minn Malta, xtrajna washing machine, żewg DVD players lit-tfal u l-kumplament tal -flus għaddejthom lill-madre għall-ħtiġijiet tat-tfal. Mort nagħmel xogħol ukoll għand is-sorijiet ta’ Madre Tereża ta’ Kalkutta. Dawn jieħdu ħsieb sptar tal-morda u f’post ieħor jismu Asko, s-sorijiet jieħdu ħsieb, il-persuni b’ diżabilità. Hemmhekk għamilt ħafna xogħol nirranga is-siġġijiet tar-roti (wheelchairs). Morna ukoll Harar, fejn is-Sorijiet Frangiskani, jieħdu ħsieb skola kbira, hemmhekk ħadna ħsieb ukoll nirranġaw diversi

affarijiet u fil-break kont noqgħod nilgħab logħba basketball mattfal. Din kienet esperjenza li ma ninsiha qatt, ferħan ħafna b’ dak li jiena għamilt. Nixtieq li jkun hawn aktar volontiera li jmorru barra min xtutna jagħmlu xi ħaġa ta’ dan it-tip. Nixtieq ukoll nirringrazzja lil dawk kollha li tawni donazzjoni, għax biha żgur ferraħna ħafna nies.


PROGRAMM GĦAX‑XAHAR TA’ JANNAR

L-Erbgħa 1:

L-Ewwel Jum tas-Sena l-Gdida. Festa ta’ Marija Omm Alla u Jum il-Paċi. Il-Quddies fil-Parroċċa jkun bħal nhar ta’ Ħadd. Il-Gbir li jsir llum fil-Quddies jkun strina għall-Knisja.

Il-Ġimgħa 3: L-Ewwel Ġimgħa tax-xahar – Festa tal-Isem ta’ Ġesù. Fis-6.00pm Quddiesa fil-Knisja ż-Żgħira u wara Adorazzjoni Ewkaristika animata mill-Grupp ta’ Talb tal-Vokazzjoniet. Il-Ħadd 5:

Festa tal-Epifanija tal-Mulej. Fid-9.30am Quddiesa għat-tfal kollha fil-Knisja u wara ssir rapreżentazzoni tal-Maġi fuq iz-zuntier tal-Knisja Parrokkjali flimkien mat-tfal mill-Parroċċa ta’ San Ġorġ u bis-sehem tat-tlett baned ta’ Ħal Qormi. It-tfal huma mitluba jġibu magħhom oġġetti tal-ikel biex ngħadduhom lillfamilji fil-bżonn tal-Parroċċa tagħna. Fis-6.00pm: Quddiesa Solenni tal-Epifanija tal-Mulej u wara jsir reċiviment fiċ-Ċentru Parrokkjali għal dawk kollha li jagħtu s-sehem tagħhom fil-Knisja u fil-ħidma tal-Parroċċa, bħala apprezzament tal-ħidma tagħhom.

Il-Ġimgħa 10: Fis-6.00pm Quddiesa fil-Knisja ż-Żgħira u wara Adorazzjoni Ewkaristika animata mis-Sorijiet Agostinjani. Kulħadd Mistieden. Il-Ħadd 12:

Festa tal-Magħmudija tal-Mulej. Fid-9.30am il-Quddiesa tat-tfal tkun bis-Sagrament tal-Magħmudija. Fl-10.00am: Jibda l-Kors ta’ Kana għall-Għarajjes fiċ-Ċentru Parrokkjali.

Il-Ġimgħa 17: Fis-6.00pm Quddiesa fil-Knisja ż-Żgħira u wara Adorazzjoni Ewkaristika animata mill-Grupp tal-Ħniena Divina. Mit-18 sal-25 ta’ Jannar: Ġimgħa ta’ Talb għall-Għaqda fost il-Knejjes Insara. Il-Ħadd 19:

Lejliet il-festa liturġika ta’ San Sebastjan. Fis-6.00pm: Translazzjoni u Quddiesa Solenni tal-Anniversarju mill-Konsagrazzjoni tal-Knisja Arċipretali.

It-Tnejn 20:

Jum il-festa liturġika ta’ San Sebastjan. Mill-10.00am sal-11.00am, is-Superjur Joe Fenech janima l-Adorazzjoni fil-Knisja Arċipretali. Fis-6.30pm: Quddiesa Solenni. Kulħadd Mistieden.

Il-Ħamis 23: Fis-6.00pm Quddiesa għal dawk ħutna li mietu fil-Parroċċa tagħna minn Settembru sa Diċembru li għadda. Il-familjari tagħhom huma mħeġġa biex jattendu. Il-Ġimgħa 24: Fis-6.00pm Quddiesa fil-Knisja ż-Żgħira u wara Adorazzjoni Ewkaristika animata mill-Kummissjoni Familja u l-Grupp Familji Nsara. Is-Sibt 25:

Festa tal-Konverżjoni tal-Appostlu Missierna San Pawl.

It-Tnejn 27:

Fl-4.00pm laqgħa għall-Grupp tat-Terzjarji Karmelitanti fil-Knisja ż-Żgħira, mmexija minn Patri Ivan Scicluna O. Carm.

Il-Ġimgħa 31: Fis-6.00pm Quddiesa fil-Knisja ż-Żgħira u wara Adorazzjoni Ewkaristika.

PROGRAMM TAL-FESTA LITURĠIKA TA’ SAN SEBASTJAN MARTRI IL-ĦADD 19 TA’ JANNAR: Fid-9.30am: Quddiesa għat-tfal kollha tal-Parroċċa u l-familji tagħhom. Wara nkomplu b’purċissjoni ferrieħa bis-sehem tasSoċjeta Filarmonika Pinto, bl-istatwa ta’ San Sebastjan tat-tfal li tgħaddi minn Triq San Bartilmew, Triq San Bastjan u tintemm fil-Knisja

ż-Żgħira. Tingħata tifkira lit-tfal li jieħdu sehem. Imexxi: Dun Nicholas Dimech, Viċi Arċipriet talParroċċa. Fis-6.00pm: Translazzjoni Solenni tar-Relikwa ta’ San Sebastjan u wara Quddiesa Solenni li tfakkar l-34 sena mill-Konsagrazzjoni talKnisja Arċipretali.

Imexxi Dun Sergio Fenech, Viċi Arċipriet fil-Parroċċa tal-Mosta. IT-TNEJN 20 TA’ JANNAR: Fis-6.30pm: Quddiesa Solenni ta’ Jum il-festa liturġika. Imexxi: L-Eċċ. Tiegħu Mons. Joe Galea Curmi, Isqof Awżiljarju. Jattendi il-President ta’

Malta Dr. George Vella. Kulħadd Mistieden. “San Bastjan kien żagħżugħ kaptan tal-gwardja Pretorjana. Kien jitkellem fuq Kristu kullimkien u kien ifittex kif jikkonverti lil sħabu.” Il-Papa Franġiksu, Eżortazzjoni Appostolika Christus Vivit, par 51


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.