Sliem u Ħajja - Lulju 2019

Page 1

»

Sliem u ħajja Parroċċa San Sebastjan Ħal Qormi Lulju 2019

IL-PAPA MHUX PERFETT! Il-Papa Franġisku mhuwiex perfett. Meta staqsew lil Papa : ‘‘Int min tgħid li int?’’ Il-Papa weġibhom ‘‘Jiena midneb’’. Fil-ħajja tiegħu l-Papa Franġisku ssemmi ġrajja meta huwa deher li ma kienx perfett. Huwa jgħid li darba minnhom meta kien isqof, kellu irtir u telaq biex jaqbad it-tren. Iżda qabel għadda il-knisja, ftit passi bogħod mill-istazzjon biex jitlob quddiem Ġesu’ Sagramentat. Hekk kif kien se jitlaq resaq lejh ġuvni u talbu biex iqerr. Peress li ried jaqbad it-tren dar fuq il-ġuvni u qallu: ‘‘Dalwaqt ikun hawn qassis ieħor biex tqerr. Qerr għandu għax jien għandi x’nagħmel’’. Kien jaf li dak il-ħin ma kienx hemm qassis fil-knisja. Kif l-isqof għamel l-ewwel passi biex jitlaq, l-Papa jgħid li ħass il-kuxjenza tniggżu u reġa lura. Sab lil ġuvni u qallu: ‘‘Il-qassis se jdum ma jiġi. Ejja qerr għandi’’. U dak il-ġuvni qerr. Il-Papa Franġisku (dak iż-żmien, ismu kien Jorge Bergoglio) ma kienx perfett fl-imħabba, iżda is-sabiħ ta’ l-istorja huwa li nduna li kien midneb u reġa lura biex jixbah lil Ġesu’ u jwassal lil Ġesu’ lil dak il-ġuvni permezz tal-Qrar. Il-Papa Franġisku ta’ sikwit iħeġġeġ lil nsara jwasslu lil Ġesu’ lil oħrajn bil-ħajja u l-eżempju tagħhom. Dan għandu jseħħ allavolja ħadd minnha m’hu perfett iżda kulħadd jixtieq li jkun qaddis, jixtieq li jkun tajjeb. Għalhekk il-Papa Franġisku f’dokument dwar iż-żgħażagħ Christus Vivit isemmi lil San Sebastjan bħala mudell għażżgħażagħ - mudell ta’ mħabba lejn Ġesu’. Il-Papa Franġisku jfakkarna li San Sebastjan kien jitkellem ta’

kuljum dwar Ġesu’ u allavolja ma kienx perfett kien jipprova jgħix ta’ nisrani tajjeb. Il-Papa jkompli jgħid li San Sebastjan bil-ħajja tiegħu ikkonverta lil diversi nies. Aħna, bħal Papa Franġisku m’aħniex nies perfetti iżda għadna xewqa kbira li nkunu qaddisin u li nerġgħu lura għat-tajjeb. Għalhekk ejjew fil-festa ta’ San Sebastjan, li ser niċċelebraw flimkien, nersqu aktar lejn Ġesu’ mhux għax aħna perfetti iżda għax aħna midinbin li nixtiequ nikkonvertu għat-tajjeb permezz tal-ħniena u l-imħabba ta’ Alla. Dun Nicholas Dimech VIĊI ARĊIPRIET

NIĊĊELLEBRAW FESTA SABIĦA BILLI: Fuq l-eżempju ta’ San Sebastjan nersqu aktar lejn Alla. Nieħdu sehem fiċ-ċelebrazzjonijiet tal-Knisja, biex b’hekk inħejju ruħna spiritwalment aħjar biex niċċellebraw il-festa. Nersqu għas-Sagrament tal-Qrar. Ngħożżu l-għaqda ta’ bejnietna u nuru rispett lejn kulħadd, anki bil-kliem tagħna. Inkunu aktar sensittivi għall-bżonnijiet tal-oħrajn. Napprezzaw il-ħidma volontarja li ssir millorganizzaturi tal-festa u nieħdu sehem flattivitajiet li jiġu organizzati.


SEBASTIAN SALIBA U KIMBERLY DIMECH

IL-FAMUŻ KORS TA’ KANA

Il-kors ta kana huwa għall-koppji għarajjes li qegħdin iħejju ruħhom biex jersqu għas-Sagrament tażŻwieg, kif ukoll biex isaħħu ir relazzjoni ta’ bejniethom permezz ta Gesù. Il-kors jgħinnek tiskopri lilek innifsek aktar u anke timxi il bogħod mil-kelma jiena li sfortunatament fil-ħajja tal lum saret tintuża ħafna. Fil-każ tagħna il-kors servina ta gid eneromi biex komplejna niskopru lilna infusna u anke biex ningibdu aktar lejn xulxin. Il kors jinvolvi għaxar sezzjonijiet li jolqtu kemm jista jkun suġġetti differenti li wieħed jiltaqà magħhom fit- tħejjija għasSagrament taż-Żwieg kif ukoll fil-ħajja miżżewwga. Permezz tal-koppji mexxeja li huma nies

dedikati ferm imbghad kien ikollna attenzjoni individwali u meta kien hemm xi affarijiet li xtaqna naħdmu fuqhom, kienu hemm lesti biex jigwidawna fiddirezzjoni it-tajba. F’dan il-kors wieħed jiltaqà ma koppji oħrajn. Minħabba li kullħadd ikun ġej minn sfond differenti kullħadd ikollu il-bagalja tieghu u inkredibli l- fatt ta’ kemm wieħed jitgħallem u jgħin fl istess ħin meta jaqsam l esperenzi tiegħu ma nies oħrajn. Fil-grupp li konna fih aħna inzertajna li l- koppji kollha morna tajjeb ħafna flimkien tant li sal-aħħar ta’ dan il-kors konna iktar bħala familja milli bħala grupp. Ilum il-ġurnata li għamilna dan il-kors nirringrazzjaw l’Alla

li sibna nies dedikati li jagħtu mill-ħin tagħhom sabiex jgħinu nies oħrajn bħalna li qed iħejju lilhom infushom għas- Sagrament taż-Żwieg. Ovvjament inħeġġu aktar koppji biex jagħmlu dan il-kors għaliex huwa informattiv u formattiv ħafna u li fih ħafna x tieħu miegħek biex tużah għal ħajtek kollha. Il-Kors ta’ Kana li jmiss filParroċċa tagħna se issir f’ Jannar 2020. Il-laqgħat jsiru l-Ħadd filgħodu bejn l-10.00am u 12.00pm fiċ-Ċentru Parrokkjali. Il-booking għall-Kors jiftaħ mit-Tnejn 9 ta’ Settembru 2019 ‘l quddiem u l-applikazzjoniet jinġabru mill-Uffiċċju Parrokkjali.


ĦINIJIET

TAL-UFFIĊĊJU PARROKKJALI

It-Tnejn, l-Erbgħa u l-Ġimgħa: Filgħodu: Mid-9.00am sal-10.30am Filgħaxija: Mill-5.00pm sas-7.00pm. IT-TLIETA U L-ĦAMIS L-UFFIĊĊJU PARROKKJALI JKUN MAGĦLUQ.


PROGRAMM GĦAX‑XAHAR TA’ LULJU It-Tlieta 2:

Fil-5.15pm ssir fil-laqgħa tal-Kummissjoni Liturġija u fis-6.30pm laqgħa għall-Katekisti talParroċċa tagħna li jagħtu s-servizz tagħhom fiċ-Ċentru Parrokkjali.

Il-Ġimgħa 5: L-Ewwel Ġimgħa tax-xahar. Nieħdu sehem fil-Qrar u fil-Quddiesa. Il-Ħadd 7:

L-Ewwel Ħadd tax-xahar – Ġabra Speċjali.

It-Tnejn 8:

Fit-8.30pm Pageant mtellgħa mill-Grupp tad-Drama tal-Parroċċa bl-isem ta’ Sebastjan 255 A.D u 288 A.D fuq iz-zuntier tal-Knisja.

It-Tlieta 9:

75 sena mill-ewwel purċissjoni bl-istatwa titulari ta’ San Sebastjan Fis-6.00pm: Quddiesa Kantata fil-Knisja Arċipretali mmexxija minn Mons Joe Borg u fis-7.00pm purċissjoni bl-istatwa ta’ San Sebastjan li tgħaddi mit-toroq: Triq San Bartilmew, Triq San Dwardu, Triq Santa Katarina, titla Triq il-Vitorja u ssir waqfa ħdejn il-Kappella tal-Vitorja, tinżel Triq il-Vitorja, Triq San Bastjan sal-Każin tal-Banda, iddur ma’ Triq San Bartilmew u tintemm fuq iz-zuntier tal-Knisja ż-Żgħira fl-10.30pm bil-Barka Sagramentali. Dakinhar ser jieħdu sehem it-tlett baned ta’ Ħal Qormi. Kulħadd Mistieden!!

L-Erbgħa 10: Fis-7.30pm lejla ta’ apprezzament artistiku tal-istatwa ta’ San Sebastjan minn Dr. Sandro Debono, fil-Knisja ż-Żgħira. Kulħadd mistieden. Il-Ħamis 11: Fit-8.00pm Quddiesa għaż-Żgħażagħ tal-festa fil-Knisja ż-Żgħira. Il-Ġimgħa 12: Fis-7.00pm Quddiesa fil-Knisja Żgħira għal dawk kollha li fis-snin li għaddew kienu reffiegħa tal-istatwa ta’ San Sebastjan. Is-Sibt 13:

Lejla Qormija fuq iz-zuntier tal-Knisja mit-8.30pm ‘l quddiem.

Il-Ħadd 14: Fil-11.00am Quddiesa bis-Sagrament tal-Magħmudija. Fis-6.00pm Quddiesa bis-sehem talfratelli u mis-7.30pm ‘l quddiem tkompli il-Lejla Qormija fuq iz-Zuntier tal-Knisja. It-Tnejn 15: Fis-7.00pm Quddiesa fuq barra quddiem il-Knisja ż-Żgħira u wara jsir il-ħurġ tal-istatwa u nimxu lejn il-Knisja Arċipretali. It-Tlieta 16: Fis-6.15pm it-tfal kollha tal-Parroċċa jinġabru fil-Museum ta’ Subien biex nimxu f’ purċissjoni ferrieħa bl-istatwa ta’ San Bastjan tat-Tfal fejn fis-7.00pm ssir Quddiesa għat-tfal fil-Knisja. Fi tmiem tal-Quddiesa tfal jingħataw tifkira tal-okkażjoni. L-Erbgħa 17: Fid-9.30am: Quddiesa għall-Anzjani tal-festa fil-Knisja Arċipretali u fis-7.00pm Quddiesa talEwwel Jum tat-Tridu bil-preżentazzjoni tat-Trabi lil San Bastjan. Il-Ħamis 18: Fis-7.00pm Quddiesa tat-Tieni Jum tat-Tridu bis-sehem tal-famiji tal-Parroċċa. Il-Ġimgħa 19: Fis-7.00pm Quddiesa tat-Tielet Jum tat-Tridu bis-sehem tas-Saċerdoti u dawk kollha li jagħtu is-sehem tagħhom fil-Parroċċa. Is-Sibt 20:

Lejliet il-festa ta’ San Sebastjan. Fis-6.15pm Translazzjoni Solenni u fis-7.00pm Quddiesa Kantata.

Il-Ħadd 21: Fit-8.30am: Quddiesa Solenni ta’ Jum il-festa u fis-7.00pm Purċissjoni bl-istatwa ta’ San Sebastjan. It-Tlieta 23: Mill-10.00am sal-11.00am Adorazzjoni fil-Kripta mmexxija mis-Superjur Joe Fenech. It-Tnejn 29: Fis-6.30pm Quddiesa ta’ radd il-ħajr lil Alla tal-festa u wara dħul tal-istatwa ta’ San Sebastjan fin-niċċa. It-Tlieta 30: Fis-7.15pm laqgħa tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali fiċ-Ċentru Parrokkjali.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.