»
Sliem u ħajja Parroċċa San Sebastjan Ħal Qormi Novembru 2019
Ingergru u nieqfu hemm? Fil-ħajja, l-bniedem, jgħaddi min ħafna mumenti sbieħ, bħal ngħidu aħna; twelid ta’ tarbija, l-Ewwel Tqarbina u l-Ġriżma tal-Isqof tat-tfal, suċċess fl-istudju u eżamijiet, żwieġ fil-familja u diversi mumenti oħra li għax iferħuna, jibqgħu mmarkati u għeżież għalina. Imma, fil-ħajja, kif lkoll nafu, mhux kollox huwa ward u żahar u allura, mhux l-ewwel darba, li nispiċċaw ingergu, minħabba xi sitwazzjoni jew realta’ li ngħaddu minnha. Xi drabi, ma neskludhiex li jkollna raġuni valida li nagħmlu dan, imma rridu noqgħodu attenti li kemm jista’ jkun ma nkomplux ntaqqlu l-ambjent li nkunu fih, bit-tgergir tagħna. Għalhekk tajjeb li fil-ħajja nippruvaw li: - Mhux biss naraw dak li huwa negattiv, imma nagħrfu wkoll il-ħafna sabiħ li hawn madwarna. X’ħin toqgħod taħseb ftit, tinduna li għandna ħafna aktar posittivi madwarna. - Naċċettaw il-fatt, li fil-ħajja, mhux kollox kif irrid jew kif naħsibha jien. Kulħadd għandu l-istil u l-idejat tiegħu.
- Nifhmu li fil-ħajja, billi ngerger u nieqaf hemm, ma nieħdu xejn, allura nistaqsi ftit, x’ nista’ nagħmel aħjar jiena min naħa tiegħi biex l-affarijiet jkunu aħjar, għax faċli naħli l-ħin, ngħid, x’messu jagħmel ħaddieħor u jiena nibqa’ ma nagħmel xejn. - Nkunu aktar ottimisti, ħalli nimtlew bil-kuraġġ biex nagħmlu l-bildiet li hemm bżonn, għax inkella faċli ħafna iżjed li naqtgħu qalbna bittgergir biss. Fl-aħħarnett, ejjew ma ninsewx li n-nisrani, għax jemmen fil-qawwa ta’ Kristu Rxoxt, m’għandux jkun bniedem li joqgħod igerger biss u daqshekk, imma bi kliemu u għemilu jipprova jnissel ferħ u kuraġġ fl-ambjent li jkun fih, għax il-fidi tagħna, fuq dan hija mibnija u mhux fuq in-negattivita. Nselli ħafna għalikom, filwaqt li nitlob biex il-Barka ta’ Alla tkun dejjem magħkom u fuq il-familji tagħkom. Tkunu Imberkin!!
DUN EWKARIST ZAMMIT ARĊIPRIET
Kors ta’ Kana għall-Għarajjes FIL-PARROĊĊA TA’ SAN SEBASTJAN, ĦAL QORMI
Il-Kors jibda l-Ħadd 12 ta’ Jannar 2020 Mqassam fuq għaxar laqgħat li jsiru kull nhar ta’ Ħadd Fiċ-Ċentru Parrokkjali mill-10.00am sal-12.00pm Nirriflettu fuq is-Sagrament taż-Żwieġ Kif ser ngħixu s-sejħa ta’ familja nisranija Temi attwali oħra marbutin mal-ħajja talkoppja u tal-familja L-Applikazzjonijiet għall-Kors jinġabru mill-Uffiċċju Parrokkjali. Hu ssuġġerit li l-koppja tagħmel dan il-kors sentejn qabel iż-żwieġ.
PROGRAMM GĦAX‑XAHAR TA’ NOVEMBRU Il-Ġimgħa 1 Festa tal-Qaddisin Kollha. Xieraq li nqaddsu dan il-jum bil-Quddiesa. Fis-6.30pm: Quddiesa kantata. Ħarġa ta’ Gurnata Għawdex organizzata mill-Parroċċa flimkien mal-Kumitat tal-Ladies Circle. Is-Sibt 2
L-Għid tal-Imwiet. Xieraq li nieħdu sehem fil-Quddiesa, biex nitolbu għal ħutna mejtin. Fis6.30pm: Quddiesa Solenni, fejn fiha nitolbu għal ħutna l-mejtin li mietu matul din l-aħħar sena fil-Parroċċa tagħna. Il-familjari, qraba u ħbieb ta’ dawn ħutna huma mistiedna li jattendu.
Il-Ħadd 3
L-Ewwel Ħadd tax-Xahar – Ġabra Speċjali Mid-9.00am sal-12.00pm: Seminar għall-Għarajjes fil-Kripta li ser jiżżewwġu fl-2020. Fl-4.00pm: Quddiesa fiċ-Ċimiterju ta’ Ħal Qormi u wara tberik tal-oqbra
It-Tnejn 4:
Il-Quddiesa ta’ filgħaxija fil-Parroċċa tibda tkun fis-6.00pm. Fis-7.00pm: Kummissjoni Liturġija fid-Dar Parrokkjali.
Il-Ħamis 7: Bejn il-5.00pm u 6.00pm Qrar għall-ġenituri tal-addolexenti li ser jagħmlu l-Griżma tal-Isqof fil-Knisja Arċipretali. Fis-7.00pm: Laqgħa għall-Ministri tat-Tqarbin. Il-Ġimgħa 8: Jibda l-Grupp il-ġdid taż-Żgħażagħ Impact fil-Parroċċa tagħna. Il-laqgħat jkunu kull nhar ta’ Ġimgħa, fiċ-Ċentru Parrokkjali mis-7.30pm sad-9.30pm għal żgħażagħ bejn 15 u 25 sena. Il-Ħadd 10: Fl-10.00am Quddiesa bis-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof fil-Knisja Arċipretali mmexija minn Mons Hector Scerri . Il-Quddies tad-9.30am u tal-11.00am jsiru fil-Kripta. Il-Ġimgħa 15: Fis-6.30pm Quddiesa u wara attività għall-Irġiel fl-okkażjoni tal-festa ta’ San Martin. Il-Ħadd 17: Il-Quddiesa tal-11.00am tkun animata mill-Grupp taż-Żgħażagħ Impact Il-Ħadd 24: Festa ta’ Kristu Re – Għeluq is-Sena Liturġika. It-Tnejn 25: Fl-4.00pm Laqgħa għat-Terzjarji Karmelitani fil-Knisja ż-Żgħira Il-Ġimgħa 29: Fis-6.00pm Quddiesa fil-Knisja ż-Żgħira u wara Lectio Divina tal-Avvent.
L-ORDNI KARMELITAN SEKULAR (OKS) Din is-sena, xi persuni millParroċċa ta’ S. Sebastjan, Ħal Qormi,issieħbu fl-Ordni Karmelitan Sekular (magħruf ukoll bħala t-Terz Ordni Karmelitan) fil-fergħa tal-Belt Valletta. Dan wasal biex il-Provinċjal tal-Patrijiet Karmelitani, id-Delegat tiegħu għall-OKS f’Malta u l-assistent spiritwali tal-Fraternità tal-OKS tal-Belt tlabna lill-Arċipriet Dun Ewkarist Zammit biex jibdew isiru laqgħat tal-OKS f’din ilParroċċa. L-Arċipriet ġentilment laqa’ t-talba tagħna, u għalhekk, bi ftehim
miegħu, kull l-aħħar Tnejn tax-xahar se jibdew isiru dawn il-laqgħat fil-knisja l-antika ta’ San Sebastjan. Dawn il-laqgħat jikkonsistu prinċipalment f’formazzjoni fil-ħajja, fil-kariżma u fl-ispiritwalità tal-Karmelu. Fil-qosor ħafna, il-kariżma Karmelitana tikkonsisti f’għotja lil Ġesù Kristu fuq l-eżempju ta’ Ommu Marija u l-Profeta Elija, f’ħajja ta’ talb, fraternità u qadi lill-Knisja u lill-bnedmin. Din il-kariżma nistgħu narawha inkarnata fil-ħajja ta’ diversi qaddisin u mistiċi Karmelitani li
ħallew lill-Knisja patrimonju rikk ta’ devozzjoni Marjana u spiritwalità. Dawk kollha li huma interessati fl-ispiritwalità Karmelitana u jixtiequ jħaddnuha biex tgħinhom fil-mixja tagħhom wara Ġesù, merħba bihom. L-ewwel laqgħa tal-OKS f’din il-Parroċċa se ssir it-Tnejn, 25 ta’ Novembru 2019, filknisja l-antika ta’ San Sebastjan. Fl-4.00 p.m. nitolbu r-Rużarju, u wara jkollna laqgħa ta’ formazzjoni sal-5.30 p.m. P. Ivan Scicluna O.Carm. ASSISTENT SPIRITWALI OKS Kunvent tal-Karmelitani, il-Belt Valletta