»
Sliem u ħajja Parroċċa San Sebastjan Ħal Qormi Jannar 2019
Sena ta’ Grazzja Fil-bidu ta’ din is-sena l-ġdida, nixtieq nawgura lilkom u l-familji tagħkom, is-Sena t-tajba. J’Alla tkun sena ta’ grazzja għal kulħadd, fejn tkompli tressaqna iżjed lejn Alla u tkompli tgħaqqadna aktar bejnietna. Is-sena 2019, hija waħda speċjali għall-Parroċċa tagħna. F’ din is-sena ser niċċellebraw il-75 sena minn mindu ħarġet għall-ewwel darba il-purċissjoni bl-istatwa tal-patrun tagħna San Sebastjan. Kien propju fit-2 ta’ Lulju 1944, li l-istatwa ta’ San Sebastjan, waslet indurata f’ Ħal Qormi, fost ilferħ tal-poplu ta’ Ħal Qormi. Min jaf kemm ferħu ta’ qabilna, jaraw din il-ħolma li saret realtà. Hekk nifirħu aħna llum, meta nħarsu lejn din ix-xbieha sabiħa tal-qaddis tagħna, mhux biss fil-festa, imma anke kull darba li ngħaddu quddiem din l-istatwa, biex nitolbuh fil-mixja tal-ħajja tagħna, quddiem l-isfidi u diffikultajiet li ngħaddu minnhom. Dan l-anniversarju sabiħ, ma nistgħux ma nfakkruhx, imma ma nistgħux nieqfu biss fuq l-aspett ta’ ċelebrazzjoni, imma rridu nistaqsu u ngħidu, llum lilna l-Qriema, devoti tiegħu, San Sebastjan, xi jrid jgħidilna. Din kienet riflessjoni li għamilna flimkien fix-xhur li għaddew bħala Parroċċa u għalhekk ġie deċiż li dak ikun il-motto li nagħżlu biex imexxina f’ din is-sena li qed nfakkru dan l-anniversarju. Għażilna frażi meħuda mitTestment il-Ġdid, mill-Ewwel Ittra ta’ San Pietru: “Kunu intom ukoll qaddisin” (1 Pt: 1,15).
Aħna, bħal San Bastjan, msejħin minn Alla, biex aħna wkoll nkunu qaddisin. Forsi wieħed jistaqsi u jgħid, imma kif, x’ nistà nagħmel? 1. Nilqgħu u nemmnu fl-imħabba li Alla għandu għalina. Dan nistgħu nagħmluh aktar kemm nkunu viċin tiegħu, billi nkunu bnedmin ta’ talb. Ejjew nippruvaw matul din is-sena speċjali, ma nfallux ilQuddiesa tal-Ħadd. San Bastjan, għalhekk sar qaddis, għax ħalla l-imħabba ta’ Ġesù, timlilu ħajtu u qalbu. 2. Inkunu ħbieb tal-Evanġelju. Wieħed mill-mezzi, kif insir naf aħjar lil Ġesù fil-ħajja tiegħi, huwa permezz tal-Kelma ta’ Alla. Ejjew nfasslu l-ħajja tagħna fuqha, ħalli bħal San Bastjan, nagħmlu dak li hu tassew ta’ ġid għalina. 3. Nkunu xhiedha ta’ Ġesù, billi nagħmlu l-ġid lil kulħadd, San Bastjan, fil-ħajja tiegħu, mhux hekk għamel? Ejjew, aħna wkoll bħala l-ulied spiritwali tiegħu, nagħmlu bħalu, biex b’hekk aħna wkoll nkunu dak li l-Mulej jixtieqna li nagħmlu u li nkunu llum. Nitlob u nawgura biex din is-sena, tkun tassew sena ta’ grazzja, għalina, għall-familji u għallParroċċa tagħna, billi fuq l-eżempju tal-Qaddis tagħna, San Sebastjan, nersqu aktar lejn Alla u bil-ħajja tagħna, ngħixu tassew dak li Alla jrid minnha, li nkunu qaddisin. Inselli ħafna għalikom u tkunu Imberkin Dun Ewkarist Zammit KAPPILLAN
ANNIVERSARJI TAL-ISTATWA TITULARI VINCE PERESSO
F’dan il-perjodu qed infakkru żewġ anniversarji sbieħ marbuta mal-vara titulari --- 80 sena minn meta l-istatwa waslet Ħal Qormi u fuq kollox 75 sena minn meta saret l-ewwel purċissjoni b’din l-istatwa. Il-Kappillan Dun Alwiġ Psaila sa mit-twaqqif tal-parroċċa San Bastjan, bil-pussess tiegħu nhar il-5 ta’ Jannar 1936, ra żewġ ħtiġijiet importanti għallparroċċa ġdida li ġiet avdata f’idejh mill-Arċisqof Dom Mauro Caruana -- knisja parrokkjali ikbar biex taqdi mill-aħjar l-għan pastorali tagħha u statwa titulari ta’ San Bastjan għaċċelebrazzjoni xierqa tal-festa. Anzi l-ewwelnett ħaseb sabiex ssir statwa titulari. Nhar is-26 ta’ Lulju 1936, il-Kappillan ippreżenta rikors quddiem l-Arċisqof. Fl-istess żmien ilKappillan Psaila avviċina lil Ċensu Apap u Ġorġ Borg, żewġ skulturi żgħażagħ u promettenti. Kull wieħed ressaq abboz u nhar it-22 Awissu 1936 ġunta maħtura mil-Kurja għażlet l-abbozz ta’ Borg. Inxtara zokk ta’ injam arżnu mit-tarzna u nhar it-22 ta’ Jannar 1937, Ġorġ Borġ beda jiskolpi l-istatwa ta’ San Bastjan fl-istudju tiegħu fil-Belt Valletta. Iżda Borg biex ilesti l-istatwa Borg ħa sentejn flok
it-tmien xhur li ntrabat bihom. Nhar it-18 ta’ Diċembru 1938 l-istatwa għalkemm mhux ndurata twasslet Ħal Qormi fejn intlaqgħet b’festa kbira. Ix-xogħol fuqha kellu jieqaf minħabba it-Tieni Gwerra Dinjija u nżammet fid-dar parrokkjali. Hekk kif għaddew l-eqqel snin tal-Gwerra, il-Kappillan Psaila, fis-sajf tal-1943, bagħat l-istatwa ż-Żejtun għall-karnaġjun miżżagħżugh Toussaint Busuttil u minn hemm għall-induratura għand id-ditta Mallia & Xuereb tal-Belt Valletta. Inxtara l-pedestall mill-parroċċa ta’ Ħaż-Żabbar, li kien l-oriġinali li Marjanu Gerada kien għamel għall-Madonna tal-Grazzja. Ilvara ndurata twasslet Ħal Qormi nhar it-2 ta’ Lulju 1944 fejn il-Kappillan Dun Alwiġ Psaila, bħala delegat tal-Arċisqof Gonzi,
bierek il-vara qabel tpoġġiet fil-Knisja ż-Żgħira. Il-festa ta’ 75 sena ilu saret nhar il-Ħadd 9 ta’ Lulju 1944, it-tieni Ħadd tax-xahar. Kienet festa li ġiet iċċelebrata bil-kbir. Kienet fuq kollox l-ewwel festa titulari tal-parroċċa bl-istatwa ndurata u miżbugħa. Il-ferħ li ħassew ilparruċċani dak in-nhar kien kbir. Għal din il-festa ħadu sehem sew il-Vigarju l-Isqof Emanuel Galea, li mexxa t-transulazzjoni, kif ukoll Mons Arċisqof Mikiel Gonzi, li ċċelebra quddiesa solenni u pontifikali fil-knisja, bil-paniġierku jkun minsuġ minn Patri Majjistru Ġużeppi Grech OP. Xieraq f’dan l-anniversarju niftakru f’dawk kollha li matul iż-żmien ikkuraw din il-istatwa tant għażiża għalina lkoll.
PROGRAMM TAL-FESTA LITURĠIKA TA’ SAN SEBASTJAN MARTRI Is-Sibt 12 ta’ Jannar: Fit-8.00pm Kunċert fil-Knisja Parrokkjali mtellgħa misSoċjetà Filarmonika Pinto Banda San Sebastjan. Kulħadd mistieden. Il-Ħadd 13 ta’ Jannar: Fid-9.30am: Quddiesa bisSagrament tal-Magħmudija. Il-Ħamis 17 ta’ Jannar: Quddiesa ta’ Radd il-Ħajr lil Alla fl-okkażjoni tal-40 sena mill-ftuħ tal-Kamra tan-Nar ta’ San Sebastjan bis-sehem tal-Għaqdiet tal-festa. Imexxi: Mons Karm Mercieca, Arċipriet taż-Żurrieq
Il-Ġimgħa 18 ta’ Jannar: Fil-5.00pm, it-Tfal kollha jinġabru fil-Knisja ż-Żgħira għal mument ta’ Talb u wara issir purċissjoni ferrieħa bl-istatwa ż-Żgħira ta’ San Sebastjan għall-Knisja Parrokkjali bis-sehem tal-Banda San Sebastjan. Fis6.00pm Quddiesa għat-tfal kollha u l-familji tagħhom fil-Knisja Parrokkjali. Imexxi: Dun Nicholas Dimech. Is-Sibt 19 ta’ Jannar: Festa tal-Konsagrazzjoni tal-Knisja u Lejliet il-festa liturġika Fis-6.00pm: Translazzjoni Solenni bir-relikwa ta’ San
Sebastjan, mill-Knisja ż-Żgħira salKnisja Parrokkjali. Fis-6.30pm: Quddiesa Solenni mmexxija minn Mons Vincenz Deguara Il-Ħadd 20 ta’ Jannar: Festa Liturġika ta’ San Sebastjan Martri Fid-9.00am: Ħruġ tal-Purċissjoni bl-istatwa titulari ta’ San Sebastjan. Fl-12.00pm: Dħul tal-Purċissjoni, titkanta l-Antifona u tingħata l-Barka Sagramentali. Fis-6.00pm: Quddiesa Solenni ta’ Jum il-festa mmexxija mill-Eċċ. Tiegħu Mons. Arċisqof Charles J. Scicluna. Kullħadd huwa mistieden li jattendi.
PROGRAMM GĦAX‑XAHAR TA’ JANNAR It-Tlieta 1:
Bidu tas-Sena Ġdida u Festa ta’ Marija Omm Alla. Il-Quddies jkun bħal nhar ta’ Ħadd u fis-6.00pm Quddiesa Solenni. Il-ġbir li jsir fil-Quddies jkun strina għall-Knisja.
Il-Ġimgħa 4: L-Ewwel Ġimgħa tax-xahar. Nersqu għall-Qrar u nieħdu sehem fil-Quddiesa. Is-Sibt 5:
Fis-6.30pm Quddiesa li tagħti bidu għall-festi speċjali marbutin mal-75 sena mill-ewwel purċissjoni bl-istatwa titular ta’ San Sebastjan. Fi tmiem il-Quddiesa jinxtelgħu mal-faċċatta tal-Knisja Parrokkjali, is-snin marbutin ma’ dan l-anniversarju.
Il-Ħadd 6:
Ġabra Speċjali b’ risq il-Knisja tal-Ewwel Ħadd tax-xahar. Festa tal-Epifanija tal-Mulej. Fis6.00pm Quddiesa Solenni fil-Knisja Parrokkjali u wara festin mogħti mill-Parroċċa lil dawk kollha li jagħtu s-sehem tagħhom fil-Knisja u fil-Parroċċa, fiċ-Ċentru Parrokkjali.
Il-Ġimgħa 11: Mis-7.15pm sad-9.00pm u l-Ħadd 13 ta’ Jannar mid-9.30am sal-12.00pm, fil-Kripta, ser isiru żewġ laqgħat formattivi għal dawk il-koppji kollha li ser jiżżewwġu fl-2019. Il-Ħadd 13: Festa tal-Magħmudija tal-Mulej. Fid-9.30am Quddiesa bis-Sagrament tal-Magħmudija bissehem tat-tfal u l-familji tagħhom. Il-Ħamis 17: Fis-6.00pm Quddiesa ta’ Radd il-ħajr fl-okkażjoni tal-40 sena mill-ftuħ tal-Kamra tan-Nar ta’ San Sebastjan. Il-Ġimgħa 18: Festa tat-Tfal, fl-okkażjoni tal-festa liturġika ta’ San Sebastjan. Is-Sibt 19:
Festa tal-Konsagrazzjoni tal-Knisja Parrokkjali.
Il-Ħadd 20: Festa Liturġika ta’ San Sebastjan Martri. It-Tnejn 21:
Adorazzjoni fil-Kripta mmexxija mis-Sup. Joe Fenech mill-10.00am sal-11.00am.
It-Tlieta 22: Fis-6.00pm Quddiesa fil-Knisja Parrokkjali fejn nitolbu għal dawk li mietu bejn Settembru u Diċembru li għadda. Il-Qraba u l-familjari huma mħeġġa li jattendu. Il-Ħamis 24: Fis-7.00pm laqgħa tal-Kummissjoni Liturġija fil-Kripta. It-Tnejn 28: Fis-7.00pm laqgħa tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali fiċ-Ċentru Parrokkjali. It-Tlieta 29: Fis-7.15pm laqgħa tal-Kummissjoni Familja fil-Kripta.
ĦINIJIET TAL-UFFIĊĊJU PARROKKJALI It-Tnejn, l-Erbgħa u l-Ġimgħa: Filgħodu: Mid-9.00am sal-10.30am Filgħaxija: Mill-5.00pm sas-7.00pm.
IT-TLIETA U L-ĦAMIS L-UFFIĊĊJU PARROKKJALI JKUN MAGĦLUQ.