»
Sliem u ħajja Parroċċa San Sebastjan Ħal Qormi Lulju 2018
L-importanza tal-Quddiesa tal-Ħadd
Iċ-ċelebrazzjoni tal-Quddiesa tal-Ħadd hija fil-qalba tal-ħajja nisranija. Aħna l-insara mmorru l-Quddiesa tal-Ħadd biex niltaqgħu ma’ Ġesù Rxoxt. Fil-Quddiesa talĦadd aħna nisimgħu l-kelma ta’ Ġesù u nsostu ruħna bil-ġisem u d-demm tiegħu. Meta nieħdu sehem fil-Quddiesa tal-Ħadd aħna nsiru Knisja, jiġifieri, ilkomunità tad-dixxipli ta’ Ġesù fid-dinja llum.
soltu. Fis-sajf irridu “break”. Dan il-“break”, xi kultant, neħduh anke fl-għajxien tal-ħajja nisranija. Jista’ jiġri li fis-sajf nintelqu anke fl-affarijiet ta’ Alla.
Sa mill-bidunett id-dixxipli ta’ Ġesù ċċelebraw l-Ewkaristija fl-ewwel jum tal-ġimgħa, il-Ħadd, għax f’dak il-jum Ġesù qam minn bejn l-imwiet u deher liddixxipli tiegħu.
Fis-sajf, ħafna minna jkollna żmien ta’ vaganzi: insiefru jew immorru f’xi post ħdejn il-baħar biex ninsew ftit ix-xogħol u l-impenji l-oħra. Dan huwa tajjeb; imma xi wħud, fi żmien il-vaganzi, jinsew anke lil Alla.
Il-Ħadd hu jum qaddis għalina, imqaddes miċċelebrazzjoni tal-Ewkaristija, preżenza ħajja tal-Mulej fostna u għalina. Mela hija l-Quddiesa li tagħmel ilĦadd ġurnata speċjali. Iċ-ċentru tal-ġurnata tal-Ħadd hija l-Quddiesa. X’Ħadd ikun, għan-nisrani, dak li fih titħalla barra l-laqgħa ma’ Ġesù fil-Quddiesa? Ħafna pajjiżi warrbu għal kollox is-sens Nisrani talĦadd mibni fuq l-Ewkaristija. Dan qed jiġri anke f’Malta; ħafna nies inqatgħu mill-Quddiesa tal-Ħadd. Minflok qed ninġabru għal ftit ħin madwar Ġesù qed nimpenjaw ruħna f’kull tip ta’ attività u xogħol. Xi dnub tara familji sħaħ il-bogħod mill-Quddiesa talĦadd! Issa beda s-sajf u s-sħana bdiet ukoll. F’dawn il-jiem, s-sħana qisu taqtgħalna qalbna aktar malajr mis-
Fis-sajf, xi wħud ma jattendux għall-Quddiesa talĦadd għax jgħidu li ma jifilħux għas-sħana li jkun hemm fil-knisja. Xi wħud oħrajn, is-Sibt filgħaxija jibqgħu barra sa tard bil-lejl u l-għada jqumu tard u ma jkollhomx ħin għall-Quddiesa.
Għal ħafna minna, il-Quddiesa tal-Ħadd hija l-uniku kuntatt mal-Kelma ta’ Alla u mal-Ewkaristija. Meta xi ħadd ma jattendix għall-Quddiesa tal-Ħadd għal darba, tnejn jew iżjed, ikunu għaddew ġimgħat sħaħ mingħajr kuntatt ma’ Ġesù preżenti fil-Kelma tiegħu u fl-Ewkaristija. Hija ħasra li, filwaqt li Ġesù jħobbna ħafna, aħna nwarrbuh mal-iċken diffikulta li niltaqgħu magħha jew insibu ħafna skużi biex ma mmorrux għallQuddiesa. Hija ħasra li fi tmiem is-sajf tisma’ tfal jgħidulek li matul is-sajf ma jkunu marru qatt il-knisja. Ejjew ma nħallux is-sajf ibegħedna minn Ġesù. Nappella lill-ġenituri kollha biex, matul is-sajf, mhux biss huma jattendu għall-Quddiesa tal-Ħadd, imma
jaraw ukoll li wliedhom tfal u żgħażagħ jibqgħu qrib ta’ Ġesù permezz tal-Quddiesa. Il-Quddiesa hija għajn ta’ ġid kbir. Hemm bżonn nerġgħu niskopru t-tifsra tal-Ħadd Nisrani. Il-Ħadd huwa jum ta’ ferħ, jum li fih ninġabru fil-komunità, jum ta’ solidarjetà, jum ta’ mistrieħ li jġedded il-ġisem u r-ruħ. Waqt l-Udjenza Ġenerali tal-Erbgħa 13 ta’ Diċembru 2017, il-Papa Franġisku qal hekk: “Mingħajr Ġesù aħna kkundannati li nibqgħu maħkuma mill-għeja tal-ħajja ta’ kuljum, mit-tħassib tagħha, u mill-biżà mill-ġejjieni. Il-laqgħa mal-Mulej f’jum il-Ħadd tagħtina l-qawwa li ngħixu l-ġurnata b’fiduċja u kuraġġ u biex nibqgħu mexjin bit-tama f’qalbna.”
Hemm min jgħidlek li m’hemmx bżonn tmur il-Quddiesa, għax l-importanti hu li tgħix tajjeb u tħobb lill-proxxmu. Il-Papa Franġisku jwieġeb hekk: “Hu minnu li l-kwalità tal-ħajja nisranija titkejjel skont il-ħila li wieħed iħobb, kif qal Ġesù, imma kif nistgħu ngħixu l-Vanġelu mingħajr ma nixorbu l-enerġija meħtieġa biex nagħmlu dan, Ħadd wara l-ieħor, mill-għajn ma taqta’ qatt tal-Ewkaristija? Aħna ma mmorrux il-Quddiesa biex nagħtu xi ħaġa lil Alla, imma biex nirċievu mingħandu dak li għandna bżonn tabilħaqq... Aħna l-insara għandna bżonn li nieħdu sehem fil-Quddiesa tal-Ħadd għax hu biss bil-grazzja ta’ Ġesù, bil-preżenza ħajja tiegħu fina u fostna, li nistgħu nqiegħdu fil-prattika l-kmandament tiegħu tal-imħabba, u hekk insiru xhieda kredibbli tiegħu.” Fr Lino Azzopardi VIĊI KAPPILLAN
ĦINIJIET ĠODDA TAL-UFFIĊĊJU PARROKKJALI It-Tnejn, l-Erbgħa u l-Ġimgħa: Filgħodu: Mid-9.00am sal-10.30am Filgħaxija: Mill-5.00pm sas-7.00pm.
It-Tlieta u l-Ħamis l-Uffiċċju Parrokkjali jkun magħluq.
PROGRAMM GĦAX‑XAHAR TA’ LULJU Il-Ħadd 1:
It-Tlettax-il Ħadd taż-Żmien Matul is-Sena – Gabra Speċjali b’risq il-festa ta’ San Sebastjan.
It-Tnejn 2:
Fit-8.30pm, pageant fuq iz-zuntier fuq il-ħajja ta’ San Sebastjan.
Il-Ħamis 5:
Fis-7.30pm issir Quddiesa għaż-żgħażagħ kollha fil-Knisja ż-Żgħira fl-okkażjoni tal-festa ta’ San Sebastjan.
Il-Ġimgħa 6:
L-ewwel Ġimgħa tax-xahar. Ikun tajjeb ħafna li llum nieħdu sehem fiċ-Ċelebrazzjoni tal-Quddiesa. Fis-6.30pm ikollna Quddiesa u ħin ta’ talb quddiem Ġesù Ewkaristija biex il-festa ta’ San Sebastjan tħalli fina frott spiritwali.
Is-Sibt 7:
Fit-8.30pm ikollna l-Lejla Qormija fuq iz-zuntier.
Il-Ħadd 8:
L-Erbatax-il Ħadd taż-Żmien Matul is-Sena. Fil-Quddiesa tad-9.30am ikollna ċ-ċelebrazzjoni tasSagrament tal-Magħmudija. Wara l-Quddiesa ta’ filgħaxija jkollna l-Lejla Qormija fuq iz-zuntier.
Mit-Tnejn 9 sal-Il-Ħadd 15 ta’ Lulju: Il-ġimgħa tal-festa tal-Patrun tagħna San Sebastjan. Ara l-programm tal-festa li qed jitqassam ma’ din ir-rivista fi djar tal-familji. L-Erbgħa 18:
Fis-7.30pm laqgħa tal-Grupp Familji Nsara fiċ-Ċentru Parrokkjali.
Il-Ħadd 22:
is-Sittax-il Ħadd taż-Żmien Matul is-Sena.
It-Tnejn 23:
Fl-10.00am, fil-kripta tal-knisja, issir siegħa adorazzjoni mmexxija mis-Superjur Joe Fenech. Wara l-Quddiesa tas-6.30pm ikollna d-dħul tal-vara ta’ San Sebastjan fin-niċċa.
Il-Ħadd 29:
is-Sbatax-il Ħadd taż-Żmien Matul is-Sena.
It-Tnejn 30:
Fis-7.30pm issir il-laqgħa tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali.
NIĊĊELLEBRAW FESTA SABIĦA BILLI: Fuq l-eżempju ta’ San Sebastjan nersqu aktar lejn Alla. Nieħdu sehem fiċċelebrazzjonijiet tal-Knisja, biex b’hekk inħejju ruħna spiritwalment aħjar biex niċċellebraw il-festa. Nersqu għas-Sagrament tal-Qrar Ngħożżu l-għaqda ta’ bejnietna u nuru rispett lejn kulħadd, anki bil-kliem tagħna. Nkunu aktar sensittivi għallbżonnijiet tal-oħrajn. Napprezzaw il-ħidma volontarja li ssir mill-organizzaturi tal-festa u nieħdu sehem fl-attivitajiet li jiġu organizzati.
FIL-FAMILJA TAGĦNA INGĦAQDU MA’ KRISTU BIL-MAGĦMUDIJA: Luca Parnis Nick Falzon Emma Cumbo Giulia Micallef Mallia Lakisha Casha Hannah Zerafa NIFIRĦULHOM
INGĦAQDU FLIMKIEN FISSAGRAMENT TAŻ-ŻWIEĠ: Carl Camilleri u Diandra Bonello Wallace Frank Formosa u Claudine Cassar Justin Rocco u Deborah Farrugia Malcolm Agius u Marylyn Galea NIFIRĦULHOM
DAĦLU FIL-ĦAJJA TA’ DEJJEM Emanuel Tabone (9 ta’ Mejju) Giuseppe Cardona (15 ta’ Mejju) Antonia Camilleri (19 ta’ Mejju) Calcidonia Buhagiar (22 ta’ Mejju) David Magro (24 ta’ Mejju) NITOLBU GĦALIHOM U NAGĦTU L-KONDOLJANZI LILL-FAMILJARI TAGĦHOM.