3 minute read

L-Importanza tar-Robotika

Next Article
u l-ħidma ta’

u l-ħidma ta’

fil-Ħajja tat-tfal tagħna

Intervista ma’ Abby Camilleri Pearson, edukatriċi li tħarreġ għalliema fir-robotika u t-teknoloġija

Advertisement

Kemm huwa importanti t-tagħlim tar-robotika fil-ħajja tat-tfal tagħna?

Attivitajiet ta’ robotika jgħinu lit-tfal jiffaċjaw sitwazzjoniiet fil-ħajja b’aktar kuraġġ u determinazzjoni. Waqt attività tar-robotika int tkun il-protagonist u taf eżatt minn fejn trid titlaq u fejn se tasal. Taf x’se titgħallem u trid issib soluzzjoni. Hawn trid tuża l-ħsieb loġiku tiegħek biex issolvi l-problema li qed taffaċja. Trid tanalizza, tipprova soluzzjonijiet diffferenti u tosserva r-riżultat ta’ kull azzjoni li tieħu. Waħdek tirrealizza fejn tkun ħadt żball jew fejn trid timmodifika s-sitwazzjoni biex toħroġ b’soluzzjoni aħjar. Ir-robotika tagħtik il-kunfidenza biex tipprova modi ġodda ta’ tagħlim biex toħroġ bl-aħjar riżultat. Ir-robotika tħalli lil kull individwu juża l-aħjar mudell ta’ tagħlim li hu komdu għalih għaliex m’hemmx mod wieħed biex tasal għar-riżultat. L-importanti li jirnexxilek issolvi l-isfida li qed taffronta. Mela r-risposta lejn din il-mistoqsija ċara. Jekk ir-robotika tkabbarlek l-indipendenza fit-tagħlim tiegħek u tgħinek taffaċja problemi fil-ħajja u f’kull suġġett ta’ tagħlim b’aktar kunfidenza allura aktar ma tinvolvi ruħek f’dan it-tip ta’ tagħlim aktar se tirnexxi. Aktar ma tkun espost għal dan it-tip ta’ tagħlim kmieni aktar jgħinek. Aħna nibdew naħdmu fuq dan it-tip ta’ tagħlim mill-età tenera ta’ tliet snin.

Kif ikunu mqassmin sessjonijiet speċifikament tar-robotika?

Matul is-sessjonijiet ma’ robocoach l-istudenti jkunu esposti għal firxa wiesgħa ta’ robotika u għodda relatati mat-teknoloġija biex jistimulaw il-kreattività tagħhom u wisq aktar importanti jtejbu l-ħiliet ta’ ħsieb loġiku. Huma jibnu proġetti individwali kif ukoll fi gruppi biex jitgħallmu aktar dwar ir-robotika u affarijiet relatati ma’ dan is-suġġett tant interessanti. Dawk li għandhom l-esperjanza nkomplu nistimulawhom u nesponuhom għal aktar biex ikabbru l-għarfien tagħhom. Dawk li qatt ma kienu esposti jibdew jibnu pass pass u jibbenefikaw mill-aħjar li jistgħu f’dan is-suġġett.

Kull individwu jħabbat wiċċu ma’ kompitu motivanti u stimulanti għalih biex jitgħallem jagħraf isib soluzzjoni. Kulħadd juża dak li jissejjaħ ‘The Design Process’ fejn jaħsbu fil-kompitu preżentat biex jaħdmu u jibnu l-proġett mistenni. Waqt dan il-proċess iridu jittestjaw kontinwament biex joħroġ riżultat effettiv u sodisfaċenti. Ma jkunux esposti biss għall-bini ta’ robots iżda ħa jkollhom sessjonijiet ta’ coding u programming biex joħorġu b’soluzzjonijiet għall-kompiti ppreżentati. Dan dejjem fuq il-livell li jkunu jistgħu jaslu għalih skont l-età u l-abilità tagħhom.

Il-lezzjonijiet tar-robotika se jkunu qegħdin iħejju lil uliedna għall-isfidi tal-ħajja?

Dawn il-lezzjonijiet ikunu qegħdin jgħinu fl-iżvilupp tal-moħħ biex l-isfidi li naffaċjaw jiġu organizzati f’moħħna b’mod sistematiku u loġiku. Il-programm tar-robotika jipprepara lit-tfal biex jaqsmu problema f’biċċiet żgħar u jitgħallmu jikkreaw soluzzjonijiet loġiċi permezz ta’ sekwenza. Dan il-potenzjal huwa ferm importanti għall-isfidi tal-ħajja ta’ kuljum u fil-verità din il-ħila hija importanti mhux għat-tfal biss imma anke għall-adulti. Għalhekk programm tar-robotika jista’ jiġi inkluż u integrat ma’ kull suġġett u aspett fil-ħajja.

Fejn nista’ nsib dawn it-tip ta’ korsijiet tar-robotika?

Aħna noffru programmi differenti wara l-ħin tal-iskola fl-iskejjel u ċentri madwar Malta u Għawdex. Noffru wkoll programm vast fil-ġranet tas-sajf. Sena wara sena nkomplu naġġornaw il-kontenut u noħolqu programm varjat. Nużaw riżorsi differenti relatati mar-robotika u t-teknoloġija. It-tfal ikunu kontinwament fiċ-ċentru tal-attivitajiet u jibnu proġetti ferm interessanti. Għal aktar informazzjoni fuq dawn il-programmi tar-robotika żur is-sit elettroniku www.robocoach.com.mt

1

Għall-Iskola

Jekk trid tibża’ għall-futur tiegħek, dejjem ħu miegħek flixkun li jista’ jerġa’ jintuża u evita fliexken tal-plastik li jintużaw darba biss!

Jekk trid iżżomm l-ikel tiegħek frisk u tieħu ħsieb l-ambjent, agħżel li tieħu l-lunch ġo kontenituri li jistgħu jerġgħu jintużaw u evita li tuża boroż tal-plastik 3

2

Minn sena skolastika għall-oħra, ipprova erġa’ uża l-istess oġġetti skolastiċi bħall-basktijiet u pockets tal-iskola, fajls, covers tal-kotba u xi rigi u lapsijiet

Agħżel li tieħu miegħek frott u ħaxix lokali u staġjonali sabiex tevita l-ikel li għandu ippakkeġġjar tal-plastik żejjed. SAVING

4

Game

VR gaming spaces are natural t for the Metaverse, and already make up a large portion of what developers will build upon.

Socialise

Customisable avatars and dynamic group experiences will facilitate a new age of social interaction in the Metaverse.

A metaverse is a digital space where people meet and interact virtually. Some current metaverse-adjacent platforms operate as games, some as social networks, and some as places where people go to create and distribute content. source: stambol.com

Shop

Virtual shopping malls will allow Metaverse participants to interact with and purchase both digital and real-world clothing, sporting goods, and more.

Work

Now that remote work is here to stay, look for calls to engage in virtual spaces for professional reasons. Meet to collaborate, design, review, and provide customer service, all virtually.

Watch

www

/ESkillsMalta @eSkills_Malta eskills.org.mt

This article is from: