2 minute read

Id-Diplomazija f’idejn l-istudenti… Imniedi l-ktieb Diplomazija għat-Tfal

It-tnedija tal-ktieb Diplomazija għat-Tfal hija importanti għax dan huwa wieħed tal-ewwel xorta tiegħu li qed jagħti ħarsa lejn id-dinja diplomatika mil-lenti tat-tfal. Grazzi għall-Ambaxxatur Vella għall-ewwel darba qed naraw li t-tfal qabel jagħżlu suġġetti li se jifformaw il-bażi tal-istudji tagħhom għas-snin li ġejjin, qed nuruhom x’toffri l-karriera ta’ diplomazija.” Dan sostnieh il-Ministru Għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ Ian Borg waqt din it-tnedija uffiċjali tal-ktieb li saret it-Tlieta 4 ta’ April fl-iskola medja tar-Rabat u li tagħmel parti mill-Kulleġġ San Nikola.

Advertisement

Il-Ministru Borg żied jgħid ukoll li, li tkun rappreżentant ta’ pajjiżek barra minn xtutna u anke tifforma l-politika barranija ta’ pajjiżek huwa ta’ unur u “nemmen li għandna bżonn aktar żgħażagħ li jersqu lejn din il-karriera. Bl-iżviluppi demokratiċi li rajna fl-aħħar snin, per eżempju bl-introduzzjoni tal-VOT16, iż-żgħażagħ qed ikollhom aktar sehem fl-iżviluppi tal-politika u b’hekk bħala Gvern nemmnu bi sħiħ li uliedna għandu jkollhom opportunita’ jkomplu jfasslu t-triq ‘il quddiem għal pajjiżna.”

Diplomazija għat-Tfal fih laqta ta’ storja, ġeografija, u fatti interessanti dwar l-ispettru diplomatiku. Il-Ministru Borg tenna li t-tnedija ta’ dan il-ktieb intlaqgħet b’mod pożittiv ħafna mill-istudenti tal-iskola medja tar-Rabat.

“Inħares ‘il quddiem li aktar tfal u żgħażagħ jkollhom aċċess għal dan il-ktejjeb biex ikomplu jifhmu aħjar kif taħdem Ambaxxata, Strateġija Diplomatika, Konsulat u ħafna aktar. Inħeġġiġkom taqrawh!,” ikkonkluda l-intervent tiegħu l-Ministru Borg.

Min-naħa tiegħu l-awtur tal-ktieb, Dr Kenneth Vella, li hu kap ta’ skola u l-Ambaxxatur ta’ pajjiżna għall-Estonja u l-Finlandja rringrazzja lil Ministru Borg u lis-Segretarju fuq, din il-barriera kważi ngħelbet kompletament. Għaliex qed ngħidu hekk, u mhux “ingħelbet għalkollox”? Raġuni minnhom hija li sa ftit snin ilu kien għad fadal parti minn din il-barriera, din id-darba fuq il-midja soċjali, fejn ġenituri Maltin li kienu jippruvaw ifittxu ritratti ta’ persuni Maltin bid-Down’s Syndrome, iktar u iktar ta’ tfal żgħar, ma kienu jsibu xejn. Għal darb’oħra, hawnhekk kien jinħtieġ li xi ħadd iservi ta’ xprun għal familji oħra li xtaqu jqajmu għarfien dwar din il-kundizzjoni. Illum il-ġurnata mhux talli nsibu ritratti ta’ persuni bid-Down’s, talli saħansitra minn mindu jkunu għadhom ħalib ommhom fi snienhom ġa jkunu daħlu fil-qasam tal-midja permezz tal-immudellar, kant, żfin, u ħafna affarijiet oħra. Mhux biss, iżda anki rnexxielhom jirbħu titli f’pajjiżna kif ukoll barra minn xtutna. Każ ċar huwa s-sena l-oħra fejn tifla Maltija saħansitra ntgħażlet biex tirrappreżenta lil pajjiżna waqt id-Diversity Fashion Week u din is-sena hija l-ambaxxatriċi Maltija għal Wouldn’t Change A Thing (WCAT) - organizzazzjoni li tippromwovi l-inklużjoni.

Permanenti Christopher Cutajar li emmnu minnufih f’din l-inizjattiva u tawh l-opportunita’ jinseġ flimkien iż-żewġ professjonijiet li tant għandu għal qalbu, dik edukattiva u dik diplomatika. Hu qal ukoll li dan il-ktieb jikkumplimenta anki temi diskussi f’suġġetti oħra u kif sostna l-Ministru Borg iħeġġeġ ukoll lit-tfal biex ma jaqtgħux qalbhom milli jibdew karriera anki fid-diplomazija u li jkunu b’hekk ta’ servizz għal pajjiżna.

Dan għax il-ktieb jinkludi wkoll tagħrif dwar l-ittra tal-kredenzjali, kif twieldet id-diplomazija fid-dinja, l-Unjoni Ewropea u n-Nazzjonijiet Magħquda u informazzjoni oħra ta’ kurżita’ u interess bħal liema kienet l-ewwel ambaxxata li fetħet Malta barra minn xtutna, Napuljun Bonaparte u r-relazzjoni tiegħu ma’ Palazzo Parisio li jinsab il-belt Valletta, l-ambaxxati ta’ pajjiżi barranin li hawn fostna u r-relazzjoni bejn Malta u pajjiżi oħra fl-UE.

It-tema ta’ din is-sena għall-Jum Dinji tad-Down’s Syndrome kienet “With Us Not For Us”, bil-għan li l-pubbliku jagħraf illi persuni b’tip ta’ kundizzjoni bħalma hi d-Down’s Syndrome mhumiex sempliċi oġġett mixħut f’vetrina sabiex jiġbdu l-empatija tan-nies. Għall-kuntrarju, il-messaġġ ewlieni ta’ din it-tema kien biex persuni b’diżabbiltà jingħataw opportunitajiet daqs kull individwi oħra fis-soċjetà. Permezz t’hekk, l-integrazzjoni tagħhom fl-iskola u fuq il-post tax-xogħol tkun inqas diffiċli u ħajjithom dejjem tmur għall-aħjar.

Il-progress li sar fuq il-mhedda tas-snin iqawwilna qalbna għal ġejjieni b’iktar inklużjoni minflok “empatija” għaliex dawn il-persuni huma kapaċi jwettqu affarijiet bħal ħaddieħor jekk jingħataw iċ-ċans u ż-żmien.

This article is from: