3 minute read
In-Newroxjenza Edukattiva u l-impatt fuq l-edukazzjoni
from Eduka - April 2023
by Union Print
Intervista ma’ Dr. Erika Galea Konsulent Edukattiv, Edukatur Universitarju, Kittieba dwar ix-Xjenza u għandha Dottorat fin-Newroxjenza Edukattiva il-moħħ, partikolarment fil-klassi, jista’ jkun esperjenza eċċitanti, divertenti, u fl-aħħar mill-aħħar ta’ benefiċċju.
Għaliex għażilt li tiffoka fuq dan il-qasam tan-Newroxjenza Edukattiva?
Naħseb li x-xjenza tal-moħħ, in-newroxjenza tat-tagħlim u tal-fehim, huma l-aktar suġġett affaxxinanti. Huwa interessanti ħafna għaliex kollox huwa kkontrollat minn moħħna: il-memorji, passjonijiet, il-ħsibijiet u t-tagħlim. Dan l-interess tiegħi għan-Newroxjenza Edukattiva beda ferm qabel il-passjoni tiegħi għar-riċerka fin-newroxjenza.
Tnejn u għoxrin sena xogħol fi skola qanqlu fija għatx biex niskopri u nfittex aktar dwar l-istrateġiji tat-tagħlim li kienu bbażati fuq xjenza u li verament ħadmu fil-klassi biex jilħqu lill-istudenti b’mod ħolistiku. L-aspett favorit tiegħi f’dan il-qasam tar-riċerka huwa l-funzjoni tal-moħħ f’relazzjoni mal-imġiba. Evidenza bħal din ikkonvinċietni li biex nifhem l-imġiba—kif u għaliex nagħmlu dak li nagħmlu—kelli bżonn nifhem il-moħħ, kif jiżviluppa u jifforma, kif jiffunzjona u ma jiffunzjonax. Huwa affaxxinanti kif xi ħaġa daqshekk żgħira għandha rwol daqshekk importanti u vitali għall-ġisem u l-imġiba tagħna. Dawn id-dettalji kurjużi tal-moħħ iqanqlu fija x-xewqa tiegħi li nitgħallem aktar dwar il-funzjonijiet tiegħu.
Kull xahar, nesploraw kif nistgħu napplikaw ix-xjenza tal-moħħ għad-dinja reali tal-klassi. L-intenzjoni wara l-Hub hija li jgħaqqdu l-edukaturi u l-ġenituri flimkien u jintroduċuhom mal-aktar prattiċi riċenti bbażati fuq l-evidenza u r-riċerka xjentifika biex itejbu l-pedagoġija, l-istrateġiji, u l-interventi fl-iskejjel u fid-djar. L-għan huwa li jinħoloq aktar għarfien u fehim aħjar tal-iżvilupp tal-moħħ fil-kuntest tat-tagħlim u l-fehim.
Il-blog EDUCATIONAL
NEUROSCIENCE HUB huwa ddisinjat bħala sistema diġitali għal tpartit ta’ ideat u opinjonijiet, u biex tissaħħaħ ilkollaborazzjoni bejn ir-riċerkaturi xjentifiċi, u l-edukaturi jew il-ġenituri, kif ukoll biex jaqsmu l-progress akkademiku u t-tkabbir, bit-tama li dawn l-istrateġiji xjentifiċi eventwalment jiġu implimentati u integrati lokalment bilgħan għal iżjed suċċessi u riżultati pożittivi għal kulħadd.
L-EDUCATIONAL NEUROSCIENCE
Int nedejt il-blog l-EDUCATIONAL NEUROSCIENCE HUB. Tista’ tgħidilna aktar dwaru?
Minħabba nuqqas ta’ għarfien lokalment, nedejt blog bl-isem ta’ EDUCATIONAL NEUROSCIENCE HUB biex inkun nista’ naqsam il-passjoni tiegħi dwar il-moħħ mal-edukaturi fi kwalunkwe livell ta’ edukazzjoni: mill-edukazzjoni primarja sa terzjarja, kif ukoll mal-ġenituri li għandhom irwol tant importanti fil-qasam tal-edukazzjoni tat-tfal tagħhom. Fil-blog nindika kif it-tagħlim dwar
HUB jolqot mhux biss lil edukaturi jew lil kwalunkwe professjonist sinifikanti ieħor li jaħdem mat-tfal, iżda wkoll lill-ġenituri li normalment huma l-ewwel sors kif ukoll is-sors kontinwu ta’ wliedhom għax magħhom jaqsmu l-istess esperjenzi tul ħajjithom. Il-familja hija l-ewwel istituzzjoni li x’aktarx tinfluwenza l-iżvilupp tal-moħħ.
L-influwenza tal-ġenituri fuq l-iżvilupp tal-moħħ tat-tfal huwa każ interessanti u ġdid għall-appoġġ tat-trobbija tal-ulied.
X’jista’ jsir biex nippromwovu n-Newroxjenza Edukattiva lokalment?
Fid-dawl ta’ dan t’hawn fuq, għandna għalhekk ninkoraġġixxu sessjonijiet ta’ żvilupp professjonali. Nibdew edukazzjoni għall-għalliema, programmi ta’ taħriġ, seminars, webinars, konferenzi, kemm għall-ġenituri kif ukoll għall-edukaturi, ibbażati fuq diskussjonijiet, analiżi tal-kisba tal-istudenti u propju għalhekk li n-Newroxjenza Edukattiva tipprovdi lenti kritika tajba għal dan. L-għalliema, li huma ġeneralment kurjużi dwar in-Newroxjenza Edukattiva u dwar l-applikazzjonijiet tagħha, huma limitati fl-għarfien tagħhom, u din hija xi ħaġa li xxekkilhom fil-prattika ġenerali tagħhom.
Riżultat ta’ dan jibdew jinħolqu xi miti (kunċetti żbaljati) dwar in-newroloġija, li b’mod negattiv jinfluwenzaw u jkomplu jinfluwenzaw it-tagħlim tagħhom għas-snin li ġejjin. Jekk ma ninfurzawx għarfien u tagħlim preċiż dwar in-Newroxjenza Edukattiva, l-edukaturi se jibqgħu jibbażaw il-pedagoġiji tagħhom fuq dawn il-miti aktar milli fuq evidenza affidabbli. Fil-fatt, waħda mir-riċerkaturi f’dan il-qasam Brookman-Byrne tistqarr li l-istħarriġ madwar id-dinja jixhed sejbiet xokkanti dwar x’jemmnu xi għalliema (u l-pubbliku inġenerali) dwar il-moħħ. Għalhekk, wasal iż-żmien li nieħdu dak li nafu dwar dawn il-miti, u niddeterminaw l-irwol tagħhom fil-klassi, inwarrbuhom jekk meħtieġ u naħdmu mal-għalliema biex niżviluppaw u napplikaw bażi ta’ evidenza xierqa. Għandna bżonn nagħtu bosta attenzjoni lill-edukazzjoni ħolistika tat-tfal, filwaqt li wieħed iżomm f’moħħu l-interazzjoni sostanzjali bejn proċessi komportamentali, emozzjonali, konjittivi u newrokognittivi fit-tagħlim.
Fuq bażi internazzjonali, in-Newroxjenza Edukattiva saret magħrufa aktar u n-numru ta’ edukaturi dejjem qed jikber u dejjem qed jimmodifikaw il-metodi ta’ istruzzjoni, il-kurrikuli, u l-valutazzjonijiet tagħhom biex din ir-riċerka ġdida tkun analizzata b’mod strutturali. Diversi universitajiet u kulleġġi rrikonoxxew u stabbilixxew programmi ddedikati għal dan l-isforz, kollha mmirati biex jintroduċu dan is-servizz u sessjonijiet professjonali ta’ żvilupp għall-edukaturi f’dan il-qasam innovattiv dwar kif nitgħallmu.
Dan kollu se jgħin biex isir żvilupp fit-tagħlim tan-Newroxjenza Edukattiva. Lokalment, irridu nfittxu li ninkoraġġixxu lill-iskejjel biex jibnu sistema bbażata fuq evidenza xierqa għall-preparazzjoni tat-tagħlim, b’hekk l-għalliema jkunu jistgħu jagħżlu strateġiji ta’ istruzzjoni aħjar u li jaqblu mal-istudenti tal-lum. Fl-opinjoni tiegħi, l-abbiltà tal-għalliem li jifhem kif jaħdem il-moħħ u kif jistgħu jinfluwenzaw il-mod kif student jitgħallem għandu jkun il-bażi tal-edukazzjoni!
Għal aktar informazzjoni tista’ tfittex f’dan is-sit: www.educationalneurosciencehub.com
ROBERT ALOISIO