1 minute read

B A L L

Jiena ballun artab ħafna. Il-kuluri tiegħi huma isfar u abjad. Noqgħod fi skola kbira u mimlija tfal u għalliema. Eżatt eżatt ilkamra tiegħi hija uffiċċju mdaqqas tal-assistenta kap tal-iskola. Noqgħod ġo kaxxa kbira tal-kartun. Miegħi hawn iktar blalen bħali imma ta’ kuluri differenti.

Tnejn minnhom huma ħodor u suwed, ieħor blu u iswed u ieħor aħmar u iswed. Hawn tnejn oħra li xi darba kienu bojod u suwed imma biż-żmien u bl-użu bilkemm għadu jidher il-kulur abjad.

Advertisement

Inqatta’ l-ġurnata tiegħi hawnhekk nosserva n-nies li jidħlu fl-uffiċċju u nisma’ l-istejjer tat-tfal li jidħlu hawn ġew.

Ikolli nammetti li dan il-post jogħġobni. L-assistenta kap għandha tassew gosti sbieħ kif iżżejjen l-uffiċċju tagħha. Hija żżommu nadif

Malli ddoqq il-qanpiena għall-break, jiġu xi tfal ta’ età differenti biex joħduna ħalli jilagħbu bina. Jiena nieħu gost li jilagħbu bija tfal differenti. Nammetti li xi drabi nweġġa’ ftit wara xi daqqa jew xutt tajjeb. Iżda malajr jgħaddili u nieħu gost inkompli nilgħab mat-tfal.

Waqt xi logħba football, ġieli jkun hemm xi tifel goff li jaħtafni taħt idu u jibda jgħid li hemm penalty għax xi ħadd kien għamel foul.

Mat-tisfira tal-għalliema, jerġgħu jiħduni fil-kaxxa tal-kartun li hemm fl-uffiċċju, nistenna li jasal l-għada għal-logħba ballun oħra.

This article is from: