6 minute read

L-Aqwa għal uliedna ċkejknin - editorjal fuq it-trabi u t-tfal

L-AQWA GĦAL ULIEDNA ĊKEJKNIN

Il-kura tal-ulied hija waħda mill-affarijiet fil-ħajja li hija importanti kemm għall-ulied infushom kif ukoll għal dawk li jkunu qegħdin jieħdu ħsiebhom. Trabi ċkejknin u anka wlied li għadhom żgħar fl-età tant huma ħelwin li jnisslu ferħ f’dawk ta’ madwarhom. Ulied li għadhom ċkejknin huma dipendenti fuq dawk li qegħdin jieħdu ħsiebhom, u għalhekk il-ħarsien tagħhom huwa essenzjali sabiex dawn jikbru f’għożża, f’ħafna mħabba u b’saħħithom. Permezz ta’ ħarsien b’mod ħolistiku, jiġifieri ħarisen li jolqot aspetti differenti tal-kura tagħhom, inkunu qegħdin naraw li lil uliedna qegħdin nagħtuhom l-aqwa kura.

Advertisement

Il-kura u l-iżvilupp ta’ wliedna minn trabi sa tfal ċkejknin

Nibdew bl-ewwel żewġ aspetti; il-ħalib u l-ikel għat-trabi. L-Għaqdiet Dinjija tas-Saħħa jirrakomandaw illi fl-ewwel sitt xhur tal-ħajja tagħha, tarbija għandha tingħata biss ħalib. Wara bejn wieħed u ieħor sitt xhur huwa rrakomandat sabiex lit-tarbija nibdew nintroduċulha ikel ieħor flimkien mal-ħalib fid-dieta tagħha, proċess li ħafna jirreferu għalih bħala weaning. It-tarbija ser turik li trid l-ikel solidu għaliex ser tibda tinnota aktar l-ikel, ser tkun iktar kapaċi toqgħod bilqiegħda u tibda tipprova taqbad l-affarijiet b’idejha, tibda tpoġġi l-affarijiet f’ħalqha u tipprova tomgħod, u jaf anka tibqa’ bil-ġuħ hekk kif tkun xorbot il-ħalib.

Huwa ssuġġerut lill-ġenituri u lil dawk responsabbli mill-kura tat-trabi sabiex fil-bidu tal-weaning, jippruvaw kemm jistgħu togħmiet differenti. Waqt dan il-proċess, it-tarbija ser tagħraf kemm is-sensazzjoni ta’ ikel solidu u mhux likwidu bħall-ħalib u kemm it-togħmiet differenti li huma kapaċi jwassluha sabiex tkun iżjed avventuruża f’dak li ser tiekol ’il quddiem. Frott u ħaxix magħsur huma rakkomandati fil-bidu tal-weaning, u wieħed jista’ jżid ma’ dawn xi ftit ħalib ukoll. Nibdew nintroduċu l-ikel darba kuljum, sakemm naslu għal tliet darbiet kuljum. It-tarbija tkun qed titgħallem kemm tmexxi l-ikel f’ħalqha u kif ukoll tibla’ l-ikel. B’hekk jeħtieġ li nkunu kalmi u li nieħdu l-ħin li għandha bżonn it-tarbija sabiex hija jew huwa jagħrfu dak li jkun qed jiġri. Din l-esperjenza hija kollha waħda li ssir pass wara pass hekk kif bil-mod il-mod nibdew ngħallmu lil din il-ħlejqa tiekol waħedha billi nħalluha taqbad l-imgħarfa jew anka tmiss l-ikel b’idejha stess.

Meta t-tarbija jkollha bejn seba’ u disa’ xhur tkun lesta għal ikel aktar solidu bħal ħobż, laħam magħsur, għaġin u anka fażola. Wara l-ewwel disa’ xhur u hekk kif it-tarbija tkun ser tagħlaq l-ewwel sena tagħha, huwa rrakomandat illi t-tarbija tkun tiekol tliet ikliet kuljum u anka ikel ieħor bejn l-ikliet prinċipali tal-ġurnata. Dawn l-ikliet ikunu jinkludu l-affarijiet imsemmijin qabel kif ukoll bajd, ħut u prodotti magħmulin mill-ħalib. Il-ħalib jibqa’ aspett essenzjali fid-dieta tat-trabi sal-ewwel tnax-il xahar tagħhom. L-ilma huwa meqjus bħala l-aqwa alternattiva għall-ħalib. Nota tal-aħħar rigward l-ikel hija sabiex dejjem inżommu f’moħħna ikel li jista’ jkun allerġiku bħallkarawett, u għalhekk dan m’għandux jingħata lil tfal ta’ inqas minn tliet snin.

Treddigħ u tmigħ tal-ħalib mill-fliexken

Il-ħalib tal-omm huwa meqjus bħala l-aqwa ħalib b’mod speċjali fl-ewwel sitt xhur tat-tarbija jew minn tal-inqas l-ewwel tliet xhur. Dan il-ħalib fih kemm innutrijenti, kemm l-aspetti li jgħinu lit-tarbija fl-iżvilupp tagħha kif ukoll komponenti li jipproteġu lit-tarbija minn infezzjonijiet. Interessanti kif il-ħalib tal-omm fih aktar minn tliet mitt komponiment differenti. Fatt ieħor interessanti huwa kif il-ħalib tal-omm jibdel ilkomponimenti tiegħu skont il-bżonn u l-iżvilupp tattarbija. Għall-omm li qiegħda tredda’ huwa mifhum li hemm benefiċċji wkoll bħan-nuqqas ta’ riskju ta’ żvilupp ta’ mard partikolari aktar ’il quddiem fil-ħajja tagħha. Dawk l-ommijiet li jagħżlu jew jippreferu li jagħtu lit-tarbija tagħhom ħalib tal-formula mill-flixkun, tajjeb li nkunu nafu li l-manifatturi ta’ dawn il-prodotti dejjem jaħdmu sabiex kemm jista’ jkun dan ikun jixbah lill-ħalib tal-omm. Hekk kif il-ħalib tal-omm fih omega-3 u omega-6, importanti għall-iżvilupp tal-moħħ, għassistema nervuża u anka għas-saħħa tar-retina fl-għajnejn, il-manifatturi tal-ħalib tal-formula żiedu dawn ilkomponimenti essenzjali fil-formula.

Il-ħasil adekwat tat-tarbija u li din tkun miżmuma nadifa hija aspett essenzjali ieħor

Għall-ħasil tat-tarbija huwa essenzjali li naraw li l-ambjent huwa sigur u għalhekk nippreparaw l-affarijiet minn

L-irqad; problemi u soluzzjonijiet

It-trabi jafu jdumu sakemm ikollhom madwar tliet xhur sabiex jibdew jagħrfu n-nhar millejl. Aħna nistgħu ngħinuhom jiżviluppaw dan l-arloġġ jekk inqajmuhom filgħodu dejjem fl-istess ħin pereżempju, u li nuru lit-tarbija dawl naturali matul il-ġurnata. Lit-tarbija għandna noffrulha ambjent li huwa kalm minflok ma nesponuha għad-dawl pereżempju jew għallimġiba li kapaċi taffettwalha s-sistema nervuża eżattament qabel ma jkun il-ħin tal-irqad. Il-konsistenza hija essenzjali u għalhekk huwa tajjeb li nżommu ċertu ħinijiet tal-irqad regolari sabiex nevitaw li kemm it-trabi u anka tfal ftit ikbar jitilfu r-rutina. Fatt ieħor importanti huwa li nagħrfu li t-tarbija verament għandha bżonn torqod għaliex jekk qegħdin inġiegħlu lit-tarbija torqod meta mhijiex għajjiena, hija ser tassoċja l-irqad ma’ problema biex torqod, bir-riżultat illi tiżviluppa problemi tal-irqad.

qabel. Niċċekkjaw it-temperatura tal-ilma u nużaw ilma fietel. Naraw li t-tarbija miżmuma sħuna u sigura u ngawdu dan il-mument magħha. Nużaw biċċa drapp fina sabiex naħslu t-tarbija u tajjeb li nkunu nafu li speċjalment fil-bidu, l-użu tas-sapun mhuwiex essenzjali. Dan għaliex jista’ jnixxef il-ġilda tattarbija u wkoll għaliex it-trabi ma jitħammġux wisq. Dan il-mument huwa magħruf bħala mument speċjali fejn it-tarbija u l-ġenitur tagħha qegħdin jibnu rapport. Meta qegħdin nibdlu l-ħarqa tat-tarbija huwa wkoll essenzjali li nagħrfu li l-post huwa sigur u nadif jew diżinfettat. Nippreparaw dak kollu li ser ikollna bżonn minn qabel. It-tarbija għandna nimsħuha b’mod ġentili u nattendu għaliha jekk naraw il-bżonn li tinbidel il-ħarqa hekk kif din tista’ tikkawża infezzjonijiet lit-tarbija. Naraw li anka jdejn u saqajn it-tarbija huma nodfa hekk kif inkunu bdilna l-ħarqa f’każ illi din tkun misset b’idejha jew b’saqajha dan li aħna nkunu għadna kemm neħħejna!

X’għandna nlibbsu lit-trabi u tfal ċkejknin?

F’temperaturi kesħin, lit-trabi tajjeb li nlibbsuhom diversi saffi ta’ lbies u anka nżommuhom sħan permezz ta’ xi kutra ħelwa, filwaqt li f’temperaturi sħan saff wieħed ikun biżżejjed. Il-ħwejjeġ li nlibbsu kemm lit-trabi u kif ukoll lil tfal li huma akbar fl-età, għandhom ikunu komdi u magħmulin mill-qoton. Il-materjal tal-ħwejjeġ tajjeb li jkun wieħed li jipproteġi lil tfal ta’ kull età mirraġġi tax-xemx, u fejn jidħlu ż-żraben tajjeb li dawn ikunu addattati. Il-ħasil tal-ħwejjeġ tat-tfal tajjeb li jsir permezz ta’ sapun li huwa sensittiv sabiex nevitaw li nirritaw il-ġilda tat-tfal. Aspett tal-aħħar għal żvilupp ħolistiku hija l-għażla tal-ġugarelli. Trabi sa sitt xhur jieħdu pjaċir b’xi oġġett li jagħmel xi ħoss jew b’xi oġġett li jistgħu jaqbdu b’idejhom, trabi minn sitt xhur sa sena huma trabi li jkunu bdew jiċċaqilqu xi ftit jew wisq waħedhom u għalhekk xi ballun jinżel għasel. Għaliex? Sabiex jakkwistaw il-ballun ikun jeħtieġ li jużaw muskoli kbar. Blokok tal-injam jew blokok rotob jinżlu tajjeb ukoll kif ukoll affarijiet li huma jistgħu jwaqqgħu bħal pereżempju kontenituri tal-plastik. Għal tfal ta’ sena jkun addattat xi ktieb animat bl-istampi, kanzunetti tat-tfal, karti u kuluri sabiex joħolqu pupi, u anka oġġetti oħrajn bħal ngħidu aħna xi aċċessorji jew xi telefon sabiex huma jimitaw. Għal ulied ta’ sentejn, ġugarelli li bihom isolvu problema jew jippretendu li qegħdin jibnu permezz ta’ blokok pereżempju, huma ideali.

Nagħlqu dan l-editorjal billi nenfasizzaw il-bżonn kif ukoll l-importanza taċ-ċentri tal-kura tat-tfal speċjalment għal dawk il-ġenituri li għandhom impjieg jew karriera barra mid-djar tagħhom. Iċ-ċentri joffru l-kura, l-attenzjoni u l-ħarsien neċessarju u b’mod ħolistiku msemmi hawn fuq għall-iżvilupp tal-ulied tant għal qalbna. Dawk il-ġenituri li jaħdmu, moħħhom mistrieħ li wliedhom qegħdin f’idejn tajba kif ukoll bdew il-proċess ta’ soċjalizzazzjoni ma’ tfal oħrajn, li huwa tant essenzjali wkoll għall-iżvilupp san tagħhom.

This article is from: