8 minute read

Strada Stretta: Episodju 7/ L-ewwel Staġun: It-Tieni Parti

EPISODJU 7/ L-EWWEL STAĠUN XEWQAT IL-QALB (It-tieni parti)

Skript miktub minn Audrey Brincat Dalli Produzzjoni SharpShoot Media ltd. Adattament għall-GWIDA minn Anthony M. Baldacchino

Advertisement

Alvio tefa l-flus bil-but u beda jiprepara biex joħroġ mid-dar ta’ Carolina. Carolina tibkielu biex jibqa’ magħha u tħallsu aktar, imma hu bl-aktar mod arroganti jgħidilha li tagħtih kemm tagħtih qatt mhu biżżejjed. Alvio kien persuna li jkollu kemm ikollu qatt ma kien kuntent. Fil-klassi tal-arti, kien hemm Oscar u Gian Marie fost ħafna studenti. Gian Marie kien mifxul, moħħu kien banda oħra. Oscar mill-ewwel ittantah u staqsih imorru jieħdu grokk, imma dan irrifjuta għax ma kien filmuża.

Għala? Jaqaw ħa tiltaqa’ ma’ dik. Le x’niltaqa’ ma’ dik.....għamilt waħda tinkiteb u ma nafx kif ser noħroġ minnha. X’ġara?l Taħlef li ma tgħid lil ħadd hux. Iva mela, x’ġara? Żgur hux, ittini kelma ta’ raġel? Iva Gian ...kelma ta’ raġel. Violet ...inqabdet tqila. Tiegħek? Hekk qaltli, mar-raġel anqas kien qed ikollha x’taqsam dan l-aħħar, dejjem iġġiblu xi skuża. Issa x’ser tagħmel? Ma nafx ...anqas naf hux ħa nibqa’ naraha. Naħseb għandek bżonn dak il-whiskey iktar minni Gian. Donnu dakinhar għall-baxwati kellha tkun għax anke ċ-ċkejken Victor għamel waħda tinkiteb. Fi triqtu lejn id-dar mill-iskola, iltaqa’ ma grupp ta’ tfal li provaw jagħmlu ċajta lil Polly li kienet sejra sabiex tiftaħ il-bar. Dawn poġġew triki traki fil-kantuniera ħalli xħin tasal jagħtuha qatgħa. Victor mill-ewwel ried jiżżattat għal xi ħaġa bhal din. It-tfal l-oħra li donnhom kienu imodirijin jagħmluha qalulu biex jistaħba sew għax jinqabat. Jindunaw li ma jkunux xelgħu t-triki traki u l-idea ġenjali kienet ser tgħejb fix-xejn. Victor jgħidilhom biex jixgħelha hu, jagħtuh is-sulfarini u dlonk jixgħelha. Il-qatgħa li ħadet Polly dakinhar kienet kbira. Bdiet tgħajjat u malajr ġie Johnny l-puluzija biex jara x’kien ġralha. Sfortunatament Victor ma ġriex biżżejjed u spiċċa nqabad u weħel kollox hu! Ħsibt li ħa taħrabli hux!

Ħallini jien ma għamilt xejn. Eh le! Ma rajtiex dik il-povra mara kif ħsadtuha, issa kieku tbati b’qalbha? Nenu li kien qiegħed fil-viċinanzi jara u jgħarbex kollox beda jidħaq b’Victor. Dawk it-tnejn ivvintaw kollox, anqas nafhom jien, illum l-ewwel darba li rajthom. Magħhom kont għax rajtek. Issa tiġi miegħi għand ommok u nħalli lilha tieħu ħsiebek. Le uwejja. Eh m’għadniex cowboys iktar hux issa. Kullħadd jibża’ mil-mama. Qed tara x’jiġrilek hux? Pastaż, pastaż, ugżah il-mummy,ugżah il-mummy. Oqgħod kwiet Nen għax indaħlek il-ħabs.

Oscar: Gian Marie: Oscar: Gian Marie: Oscar: Gian Marie: Oscar: Gian Marie: Oscar: Gian Marie: Oscar: Gian Marie: Oscar:

Johnny:

Victor:

Johnny: Victor:

Johnny: Victor:

Johnny: Nenu:

Johnny:

EPISODJU 7/ L-EWWEL STAĠUN XEWQAT IL-QALB (It-tieni parti)

Skript miktub minn Audrey Brincat Dalli Produzzjoni SharpShoot Media ltd. Adattament għall-GWIDA minn Anthony M. Baldacchino

Nenu:

Johnny:

Lilly:

Lydia:

Lilly: Lydia:

Johnny: Carmen:

Johnny:

Carmen:

Victor:

Carmen:

Victor:

Carmen:

Johnny:

Victor:

Carmen:

Johnny: Victor:

Carmen:

Xxxxxxx tgħidilhom xejn,tgħidilhom xejn,xxxxxxxx Hekk mela mur.

Nenu jaħrab mil-post, Johnny baqa jwiddeb lil Victor. Dak il-ħin, Lydia kienet qed tistrieħ, Lilly xħin ratha li għadha ma qamitx qajmitha tiġri għax kien ser issir il-ħin biex imorru għax-xogħol. Lydia tqum bil-mod. Kienet għajjiena u ftit pallida. Lilly bdiet tipprova ġġiegħlha tħaffef iżda Lydia dakinhar kienet madura wisq bit-tqala. Ejja ta’...għax Polly fija twaħħal jekk naslu tard.Mur għidilha! Taħseb li jien inżommok għax indum quddiem il-mera NITPITTER...kif tgħid hi! Isma inti kollox sew?? Le!

X’għandek? X’inti tħoss? Il-kamra qed iddur bija ...l-istonku ma nifilħux. Lydia tagħtha taqliba u Lilly provat tgħinha kif setat. Xħin ratha f’dik is-sura, ssuġġeriet li aħjar ma tqumx missodda, iżda biex isserħilha rasha qaltlilha li dawk kienu sintomi tat-tqala. Lilly wiegħdet lil Lydia li kienet ser tkellem lil Polly hi, imma ma kinitx ser tikxifha li kienet tqila. Bhekk Lydia baqgħet id-dar u Lilly ħarġet għax-xogħol. Sadanittant il-pulizija Johnny mar id-dar taċ-ċkejken Victor u ħabbat il-bieb. Fetħet Carmen, omm iż-żgħir u ħadet qatgħa xħin rat lil binha mal-pulizija fil-bieb. Sinjura ma rridx nallarmak, biss ħassejt li Għandi bżonn niġbidlek l-attenzjoni fuq it-tifel. X’għamilt Vic? Hu flimkien ma’ xi tfal oħra tat-triq kienu qed jilagħbu b’xi bombi tan-nar u ħasdu lil-sinjura li taħdem hemm, setgħu korrewha, u jien spjegajtlu li dan mhux ċajt. Iva gustuż ...issa nirranġak ...issa nitkellmu ta’. (Tbikkem u b’qalb sewda qal) Anqas nafhom lid-dawn it-tfal ma’ kienu qed jilagħbu u komplejt magħhom ma kontx naf li riedu jagħtu qata’ lil dik il-mara! Qed titpastaż dan l-aħħar Vic. Idħol issa nitkellmu la jiġi missierek. Veru ma’, mhux apposta ...tgħidx lil papa. Skuzani eh! Nassigurak li ma tergax tkun, kemm ilu li qed jikber iktar jivvinthom ...issa nkellmu jien. Ma ġara xejn imma jekk tkellmu naqra dejjem aħjar. Ħafna drabi it-tfal jibdew jitħarbtu meta jispiċċaw jilagħbu weħidhom, jidħaltu ma’ tfal oħra, u biżżejjed ikollok wieħed imqarqaċ biex iħawwadhom kollha. Naqbel miegħek! Jien qatt ma nilgħab ma’ tfal ma nafhomx imma kemm ilni ma nistax immur il-b... maħżen malpapa nibnu il-karrijiet tal-karnival ...ma baqaliex żvogg. Eh le m’għandekx żvogg min jisimgħak ...nixtrulek li trid. Min jisimgħu jitkellem jaħsbu xi msawwat. Kelli nieqaf nibagħtu ma’ missieru il-maħżen għax kienu jdumu sa tard u l-għada l-iskola dejjem rieqed. JHekk għandha naqra raġun ommok. L-iskola importanti. Iva ....imma jien żvogg irrid. La ma nistax nitla’ aktar il- ...maħżen. Mhux nilgħab mat-tfal irrid, umbagħad toqgħodx tgerger li tħarbat. Isma’ l-ieħor! Kif jiksrek quddiem in-nies ukoll. Għadu żgħir sinjura ...tifhmu ukoll.

EPISODJU 7/ L-EWWEL STAĠUN XEWQAT IL-QALB (It-tieni parti)

Skript miktub minn Audrey Brincat Dalli Produzzjoni SharpShoot Media ltd. Adattament għall-GWIDA minn Anthony M. Baldacchino

Carmen:

Johnny:

Carmen:

Victor:

Carmen:

Victor:

Johnny: Victor:

Carmen:

Victor:

Carmen:

Victor:

Gian Marie:

Oscar:

Gian Marie:

Oscar:

Gian Marie:

Oscar:

Gian Marie:

Oscar:

Gian Marie:

Oscar:

Gian Marie:

Oscar:

Gian Marie:

Oscar:

Gian Marie:

Oscar:

Gian Marie:

Għandek tfal int?

Le għadni le ...imma jekk il-bambin irrid fil-futur. U mela ...salib ta! Imma ma tistax ma tħobbhomx.

U jien kif ħa nibqa’? X’iġifieri? Ħa tibda tħallini mmur mal-papa ...xejn, xejn nagħmel naqra ħin miegħu ...qatt ma narah ħabba ix-xogħol. Forsi ġurnata ‘l hawn u ‘l hemm fil-ġimgħa! (filwaqt li jehmeż lil Victor) M’hemmx għalfejn kuljum ...kemm ma noħroġx nitħarbat mat-tfal tat-triq. (ħarset lejh b’ħarsa imbarazzanti u ċċedi) Forsi ġurnata fil-ġimgħa. Darba? Imqar tlett darbiet! Jekk tibda iċċempilli l-madam tal-iskola u tgħidli li qed tmur lura u l-ħin kollu rieqed tieqaf. Fhimt! Tlett darbiet iġifieri nista’ mmur? anke erbgħa? Carmen u l-pulizija baqgħu mistgħaġbin kif dan iċ-ċkejken minn twiddiba rnexxielu jibdilha f’opportunita! Dan Victor inkredibbli, moħħu kien jilħaqlu wisq! Fil-bar ta’ Polly, kien hemm Oscar u Gian Marie jixorbu. Il-bar dakinhar kien mimli sa ruħ ommu! Il-mużika kienet għolja u ż-żewġt iħbieb kienu t-tnejn bil-buri. Inti rajtha iktar lil Angela? Għaliex?

Naf li kont qed tħawwad magħha, minhiex iblah, kont narak fil-klassi kif tħares lejha. Imma ma rajtiex iktar min dik in-nhar ta’.... Eh le! U dawk it-tpinġijiet li għandek fil-basket, mhux pożi tal-iskola. (imbarazzat) Allura ġieli ħallastha biex tippużali, kollox professjonali. (b’ton sarkastiku qallu) Iva jidher! Kullħadd jaf x’tagħmel Osc.... X’għandu x’jaqsam x’tagħmel! ...Jaqaw trid tinsa’ il-problem tiegħek illejla. Ħa ngħidlek inħares lejn ħajtek nikkonsla ftit. Aħjar tara x’ser tagħmel la jitwieled il-baby! Issemiliex Osc, mhux bħalissa, m’għandiex aptit. Ehhhh. Qed tara hux ...Mhux waħdek trid tinsa.

Mela aqleb id-diskors. Fuq xiex tridni inkelmek? Possibli m’għandna xejn iktar x’ngħidu! Int għidtli noħorġu illejla ...fuq xiex kien bi ħsiebek nitkellmu. Xejn partikolari, għidtlek noħorġu għax anke jien ried naqta’ naqra! Minn Angela? Mill-iskola.

EPISODJU 7/ L-EWWEL STAĠUN XEWQAT IL-QALB (It-tieni parti)

Skript miktub minn Audrey Brincat Dalli Produzzjoni SharpShoot Media ltd. Adattament għall-GWIDA minn Anthony M. Baldacchino

Gian Marie:

Oscar:

Gian Marie:

Oscar:

Gian Marie:

Oscar:

Gian Marie:

Oscar:

Johnny: Violet:

Johnny: Violet:

Johnny:

Violet:

Johnny:

Violet:

Johnny:

Jeffrey:

Carmen:

Victor:

Jeffrey:

Int gustuż Oscar vera ...imma għandek ħaġa kontrik sieħbi ...anqas miegħek innifsek ma taf tkun sinċier. Aħseb u ara ma’ sieħbek ...jew ma’ Angela. Għala qed tibqa’ ssemmi lil Angela? Għidtlek mhux kif qed taħseb. Għandek raġun, għax ħaddieħor opportunita’ ma jitlifhiex ara int, kollox bil-mogħod, sakemm ma tikkonkludi xejn. Hekk tarani lili ...aħjar minnek Gian, għall-inqas ma ntaqqalx nisa ta’ ħaddieħor, naħsibhom l-affarijiet qabel ma naġixxi. Int tiġri u tfattar. (Qam minn fuq il-mejda tefa l-flus tax-xorb li kien xorob u ħabat ser jitlaq) Uwejja poġġi Osc..... Ħa ...għax milli jidher la jien u anqas int m’aħna fil-vena. Ma rridekx tieħu għalik. Oscar it-tnejn għandna il-problemi tagħna. Ma naħsibx. Tiegħek Gian problema reali, tiegħi anqas teżisti. Il-problema t’Oscar għadha kemm bdiet tikomplika aktar ruħha. Wara li Johnny mar ikellem lil omm Victor, baqa’ sejjer id-dar fejn sab lil Violet tistennieh. Kienet qed tħares lejn il-ħajt imħassba. Johnny xħin raha bħas-soltu mtela b’ferħ kbir, wara kollox kien idum ma jaraha u kien jimmisjaha ħafna. Ara! X’kien hawn dal-ħin?

Naħseb kellek raġun John. Fuq xiex? Irrid naħdem naqra inqas ...qatt ma niltaqgħu jien u int ...qisna żewġ turisti f’din id-dar. Int tħossok id-dar John? X’mistoqsijiet toħroġ bihom kultant. (Induna li kellha xi ħaġa mhux tas-soltu, Violet ma ssaqsiex dawn it-tip ta’ domandi) ...Jien fejn ikun hemm int, inkun id-dar ...inqala’ xi ħaġa, ma nafx kif qed narak. Le, le xejn ...imma bqajt naħseb, illum kelli ħafna ċans. Naħseb li jekk irridu it-tfal, xi darba irridu nibdew, nippruvaw għall-inqas. Jiena ma rridx ngħaġlek għax naf kemm kienet diffiċli meta ma stajtx tinqabad ...imma it-tabib qallek li l-moħħ kollox kultant. Jekk tħossok aħjar, iktar kalma, meta trid... Int spiċċajt għal-lum? Iva!

Johnny waqa’ fin-nasba ta’ Violet, Violet ħadet nifs twil u stiednet lir-raġel tagħha biex ipoġġi ħdejha fis-sodda. Mur għidlu li din kienet diġa tqila! Missier Victor kien qed jiprepara biex jitlaq ix-xogħol. Victor li issa kellu l-benedizzjoni t’ommu ħareġ jiġri biex imur miegħu. Diġa tkellimna. Taf li ma nistax nieħdok miegħi. Il-Papa ix-xogħol sejjer issa mhux il-maħżen. Għax jien u l-mama fthemna li nista’ nibda niġi ...il-maħżen erba’ darbiet fil-ġimgħa. X’inhu?

This article is from: