2 minute read
Tagħrif dwar iż-żodjaku Leo minn PaulJon
from GWIDA August 2021
IŻ-ŻODJAKU MA’ PAULJON
Tagħrif dwar iż-żodjaku ta’ Leo
Advertisement
Bdejna x-xahar ta’ Awissu, meqjus bħala l-aktar xahar sħun matul is-sena; xahar li normalment kulħadd jieħu pawsa mill-ħidma tiegħu. Din is-sena minħabba dak li qed iseħħ madwarna, il-pawsa flok xi vaganza f’xi pajjiż barrani jkollha tkun lokali! Dan ix-xahar ser ilaqqagħna ma’ żewġ żodjaki b’aspett totalment differenti minn xulxin. Nibdew biż-żodjaku ta’ Leo u lejn l-aħħar tax-xahar ikun imiss iż-żodjaku ta’ Virgo. Iżda f’dan artiklu, it-tagħrif ser ikun dwar il-ħames żodjaku; dak ta’ Leo.
Is-simbolu li jippreżenta dan iż-żodjaku huwa dak ta’ ljun; ġej mill-kelma Griega (Λέων). Iż-żodjaku ta’ Leo jibda mill-Ġimgħa 23 ta’ Lulju u jintemm il-Ħadd 22 ta’ Awissu. Dan hu marbut mal-element tan-nar li fih ukoll ikopri ż-żodjaki ta’ Aries u Sagittarius li bejniethom hemm kombinazzjonijiet komuni!
Il-qmura f’dan iż-żodjaku; Is-Sibt 24 ta' Lulju kien hemm il-qamar kwinta msejjaħ Strawberry. Dan hemm żewġ spegazzjonijiet għal dan it-titlu. L-ewwel spjegazzjoni hi għax jaħbat mal-istaġun tal-frawli, teżi li tmur lura aktar minn mitt sena u t-tieni hi li dan il-qamar kwinta jagħtina dehra ħamranija, dehra ferm interessanti! Waqt li l-qamar l-ieħor dak ta’ new moon ser ikun il-Ħadd 8 ta’ Awissu!
Iż-żodjaku ta’ Leo joffrilna diversi aspetti pożittivi fosthom insibu d-determinazzjoni kbira tagħhom, insibu l-kuraġġ, il-qlubija u t-twemmin f’dak li huma kapaċi jwettqu. Dawn għandhom ukoll abbiltà li kapaċi jaqsmu t-talent tagħhom ma’ ħaddieħor. Minn aspett negattiv, ħadd ma jibdlilhom fehmithom, jitilfu l-paċenzja malajr u ma tantx iħobbu lil min imexxihom jew jiddettalhom x’għandhom jagħmlu. Dawn żgur ikunu ta’ żbilanċ meta tkun qed tipprova twettaq dawn ma’ dan iż-żodjaku ta’ Leo!
Diversi qarrejja jistaqsuni kif tkun taf eżatt taħt liema żodjaku u f’dan il-kuntest li qegħdin fiż-żodjaku ta’ Leo ħa nwassal ittagħrif li xtaqtu! Jekk int twelidt bejn it-23 ta’ Lulju u l-5 ta’ Awissu, int għandek kombinazzjonijiet bejn Cancer/Leo. Iżda jekk int twelidt bejn is-6 ta’ Awissu u l-14 ta’ Awissu int imsejjaħ Leo pur. Jekk int twelidt bejn il-15 ta’ Awissu u t-22 ta’ Awissu int ser tkun filkumbinazzjoni ta’ Leo/Virgo.
Fatt interessanti dwar iż-żodjaku ta’ Leo. Jekk tinqabad f’xi forma ta’ nuqqas ta’ verità dan ikun ifisser li tlift dik il-fiduċja ta’ Leo. Leo huma magħrufin li jagħmlu ħafna ħin jirriflettu sakemm finalment jaslu għal dik id-deċiżjoni jew direzzjoni. Leo magħrufin kemm jafu jaħbu l-emozzjonijiet tagħhom u sabiex wieħed jifhem trid tqatta’ ż-żmien mhux ħażin fil-ħajja tagħhom! Leo jdejquhom dawk in-nies li jgergru, pessimisti jew negattivi iżda jibqa’ l-fatt li fl-aħħar mill-aħħar huma nies umli li verament kapaċi jwassluk fejn int tixtieq jekk int turi dik il-fiduċja sħiħa fihom.
Personaġġi magħrufa maż-żodjaku ta’ Leo fost oħrajn insibu lil Barack Obama, Whitney Houston, Usian Bolt, Arnold Schwarzenegger, Jason Staham, Madonna, Antonio Banderas, Sandra Bullock, Robert De Niro, Jennifer Lopez, Steve Martin, Marine Le Pen, Sean Penn u J.K.Rowling.
Għaż-żodjaku ta’ Leo, il-jum ideali huwa dak tas-Sibt waqt li għandek tevita dak tat-Tlieta. Ix-xahar ideali huwa dak ta’ Marzu waqt li għandek tevita dak ta’ Diċembru. Il-kristalli ideali għalik huma c-Citrine u Rutiland Quartz waqt li d-dati ideali għalik waqt iż-żodjaku ta’ Leo huma l-24, is-26 u d-29 ta’ Lulju waqt li fix-xahar ta’ Awissu għandek dawn id-dati: 3, 10, 14 u 17 li għaż-żodjaku tiegħek dawn id-dati jistgħu jkunu ferm importanti kemm għalik personali kif ukoll għall-madwar tiegħek, għalhekk agħraf dan!
Għal aktar informazzjoni kemm dwar iż-żodjaku tiegħek kif ukoll għal dawk ta’ madwarek, għandek taqra l-aħħar pubblikazzjoni tiegħi PaulJon bl-Oroskopju Għalik fejn issib ħafna aktar informazzjoni interessanti u ta’ benefiċċju għalik! Żur is-sit tiegħi www.pauljon13.com. Namaste.