1 minute read
Artiklu milL-MFSA dwar il-kampanja favur l-għarfien dwar id-digital banking!
from GWIDA August 2021
ĦU ĦSIEB: QIS MITT DARBA U AQTA’ DARBA BIEX TEVITA KULL PERIKLU U MA JIDDISPJAĊIKX!
L-MFSA tniedi kampanja favur l-għarfien dwar digital banking!
Advertisement
Qatt għamilt użu minn digital banking? Tħossok biżżejjed infurmat dwar dan is-servizz, u taf xejn x’inhuma r-riskji li jeżistu? L-MFSA qed tniedi kampanja edukattiva, fejn int tkun tista' tifhem aktar il-benefiċċji, kif ukoll ir-riskji li jeżistu meta tagħmel użu minn digital banking. Fid-dinja tallum, ħafna u ħafna nies saru jagħmlu użu minn digital banking għal numru ta' fatturi differenti. Wieħed ewlieni huwa żgur il-fattur talkonvenjenza, metodu komdu u effiċjenti li jeżisti għall-klijent meta u fejn irid. Dan ifisser li hu jista' jaċċessa l-kont bankarju tiegħu fi kwalunkwe ħin. Permezz tad-digital banking, wieħed jista’ jagħmel transazzjonijiet, iħallas xi kontijiet jew terzi persuni, jiċċekkja l-bilanc tal-kont bankarju tiegħu jew transazzjonijiet li saru fil-passat fost affarijiet oħra. Dan kollu jsir mingħajr ma hemm għalfejn li wieħed joqgħod jaħli iktar ħin u jmur il-fergħa tal-bank tiegħu.
Servizzi oħra jinkludu l-immaniġġjar tas-self li tkun ħadt mill-bank, iġġedded l-ammont ta’ kreditu tal-mowbajl tiegħek kif ukoll tfittex għajnuna mill-Customer Care b’mod aktar faċli u effiċjenti. Dejjem għandek toqgħod attent u tassigura li jekk qiegħed tagħmel użu mill-applikazzjoni tal-Bank f’post pubbliku, mhux qieghed f’ post fejn dak li qed taghmel fuq il-mowbajl jistghu jarawh terzi persuni. Ir-riskji jeżistu u wieħed għandu jagħmel ċert li jipproteġi b’kull mod il-password, numri tal-pins, dettalji personali jew informazzjoni kunfidenzjali oħra. Tajjeb ukoll li wieħed qatt ma jgħaddi dettalji personali lil nies oħra.
L-apparat elettroniku li tuża għad-digital banking, importanti li tibża' għalih u tgħammru b’software li jżommlok il-mowbajl, laptop jew tablet protett awtomatikament. Dawn jinkludu programmi ta’ sigurtà bħal anti-virus jew firewall. Ara li dejjem tniżżel l-aħħar updates tal-applikazzjoni li qed tuża.
Jekk taf min jixtieq juża jew anke diġà qed juża d-digital banking,u jeħtieġ li jkun jaf b’din l-informazzjoni neċċessarja dawn għandhom jkellmu rappreżentant tal-bank taghhom. Xerred dan l-artiklu mal-qraba, ħbieb u familjari tiegħek! Għal aktar informazzjoni dwar din il-kampanja jew tagħrif ieħor, tista’ tidħol fis-sit tal-MFSA fuq https://www.mfsa.mt.