5 minute read

Intervista ma’ Charmaine Debono, is-sid ta’ Little Treasure

LITTLE TREASURE

Child care centre b’suċċess f’Marsaskala u issa dalwaqt f’Ħaż-Żebbuġ Malta.

Advertisement

JIFTAĦ DALWAQT

Huma ħafna l-ġenituri li jagħmlu użu miċ-child care centres, iżda qabel ma wieħed jiddeċiedi, jagħmel lista ta’ affarijiet tajbin li jkun ra fiċ-ċentru partikolari. Ħafna familji minn Marsaskala, Żejtun, u l-madwar isibu li wieħed mill-isbaħ ċentri tat-tfal huwa proprju Little Treasure ta’ 269, Triq tal-Gardiel, Marsaskala. Dan iċ-ċentru ilu miftuħ għal ftit iktar minn 5 snin, proprju fil-11 ta’ Jannar 2016. Iltqajna ma’ Charmaine Debono, is-sid ta’ dan iċ-ċentru biex niskopru aktar fuq l-attivitajiet li jsiru. Charmaine hija omm ta’ tlieta u ilha taħdem is-snin f’dan is-settur li minn għajnejha stajna nindunaw il-ħeġġa u l-imħabba li għandha f’dan is-settur.

Bħala ċentru tenfasizzaw fuq attivitajiet fejn it-tfal jużaw is-sensi kollha. Għaliex?

Fin-natura tal-bniedem it-tfal jitwieldu lesti sabiex jixorbu kull tagħlim provdut mill-ambjent tal-madwar. L-ambjent fiċ-ċentru tagħna naraw li jiġbed l-interess tat-tfal sabiex jesperimentaw u jintegraw sabiex fl-aħħar mill-aħħar jitgħallmu bil-logħob. Hekk kif aħna nilqgħu tfal ta’ età pjuttost żgħira naraw li nużaw il-ħin li jkollhom magħna biex nilħqu s-sensi kollha b’mod innovattiv. Tul is-snin użajna varjetà kbira ta’ oġġetti kemm li nsibu fid-dar ta’ kuljum kif ukoll oġġetti ġodda. Dawn jinkludu varjetà ta’oġġetti riċiklati bħal kartun u prodotti tal-ikel agrikolturali fost bosta oħrajn. Dawn l-attivitajiet jistimulaw lit-tfal sabiex jikbru u jirnexxu bit-tagħlim li jkunu ġabu tul l-avventuri tagħhom magħna.

Kull xahar ikun iddedikat għal xi ħaġa partikolari?

Iva, kull xahar niddedikaw żewġ temi differenti sabiex inkunu nistgħu nippjanaw l-attivitajiet għall-istudenti tagħna. Għalkemm l-attivitajiet jiġu pjanati skont it-tema, il-carers fiċ-ċentru tagħna jaraw li jinnutaw l-interess talistudenti fi gruppi li jkollhom sabiex jaddattaw l-attivitajiet li jistimulaw dan l-interess, b’hekk it-tfal jipparteċipaw u juru interess akbar. Riċentament kellna tema tal-annimali li jgħixu fil-baħar fejn preparajna krafts, logħob, kotba u ġugarelli relatati. Saru attivitajiet bħal sajd fejn imlejna l-pixxina żgħira li għandna bi ftit ilma u poġġejna varjetà ta’ ħut li naraw fl-ibħra – filwaqt li t-tfal użaw il-ħiliet tagħhom sabiex jiġbru kemm jista’ jkun ħut bil-qasab u koppijiet provduti.

Hekk kif jidħol is-sajf ta’ kull sena nippreparaw żewġ pixxini żgħar fejn l-istudenti flimkien mal-carers tagħhom jilagħbu logħob fl-ilma u jqattgħu l-ħin jiffriskaw u jċafċfu.

Il-carers jinżlu ħafna għal-livell ta’ tfal, jilagħbu magħhom u jagħmlulhom attivitajiet apposta skont l-età tal-gruppi. Hemm ħafna attivitajiet differenti li żgur jieħdu pjaċir jagħmluhom.

Kif inhu mqassam iċ-ċentru?

Iċ-ċentru tagħna huwa mqassam fuq pjan wieħed miftuħ, bosta żoni ddedikati għal attivitajiet diversi. Fost dawn insibu ż-żona ddedikata għat-trabi (3 xhur sa sena), dik iddedikata għal attivitajiet ta’ kreattività, żona għall-

mistrieħ, oħra għall-ikel etċ. Għandna wkoll żewġt ibtieħi fejn it-tfal ikunu jistgħu jitqassmu skont l-età tagħhom biex jagħmlu logħob fiżiku kemm dak gwidat mill-carers kif ukoll logħob ħieles, dejjem taħt is-superviżjoni tal-carers.

L-ambjent fiċ-ċentru ġie pjanat sabiex ikun attraenti għat-tfal ċkejknin b’varjetà ta’ kuluri u ġugarelli interessanti. Ma stajniex ninsew issaħħa tat-tfal biex b’hekk rajna li kull rokna hija mgħammra b’sigurtà u li ma jkunx hemm inċidenti.

Inqisu wkoll lilna nfusna fortunati hekk kif aħna mdawrin b’dawl naturali u arja friska tal-baħar li jipprovdu saħħa u enerġija pożittiva għaċċkejknin tagħna.

Is-suċċess taċ-ċentru jiġi affettwat ukoll mill-ħaddiema u għalhekk nixtieq infaħħar u nirringrazzja lill-ħaddiema kollha li bis-sinerġija ta’ bejniethom irnexxielna noħolqu ambjent seren. Jien mal-carers inħossni qisni waħda minnhom biex b’hekk ilkoll naqsmu l-ideat tagħna sabiex ikollna sillabu vast, aġġornat u mimli.

Iżżomm kuntatt mal-ġenituri meta jkun hemm ittfal tagħhom fiċ-ċentru?

Iva ovvjament. Mhi faċli xejn għall-ebda ġenitur li jħalli lill-wild tiegħu ma’ stranġieri f’età daqshekk tenera. Għal din ir-raġuni naraw li nżommu kuntatt regolari u nżommu relazzjoni pożittiva mal-ġenituri sabiex b’hekk inkunu nistgħu naraw li t-tfal jaddattaw f’dan l-ambjent f’qasir żmien u li jħossuhom kuntenti.

Għaliex ġenitur għandu jġib it-tfal tiegħu ġoċċentru tagħkom?

Fil-ħajja mgħaġġla tal-lum bosta ġenituri ma jsibux soluzzjoni ħlief dik li jużaw is-servizz bħal tagħna. Hekk kif tul is-snin id-domanda kibret, ma setax jonqos li tikber il-kompetizzjoni wkoll. Aħna naraw li noffru l-aqwa servizz li nistgħu nagħtu waqt li naraw li nimxu skont il-liġijiet u l-gwidi provduti mis-settur tal-edukazzjoni ta’ Malta. Nippruvaw nakkomodaw ukoll għall-bżonnijiet tal-ġenituri li jagħżlu s-servizz tagħna. Meta jkun hemm bżonn xi tibdil dejjem inġibu l-ħsieb tat-tfal fiċ-ċentru tagħna sabiex isservizz ikun child-centred u b’hekk jissodisfa l-bżonnijiet ħolistiċi tat-tfal kollha. Il-ġenituri huma dejjem milqugħa u anki mistiedna sabiex jiġu hawn, josservaw kif ukoll jiddiskutu il-progress ta’ wliedhom jew kwalunkwe diffikultà oħra. Bħala ċentru naraw li jkollhom ukoll kuntatt kontinwu mal-carer tattifel/tifla biex b’hekk inkunu nistgħu naħdmu id f’id għallġid tat-tfal u b’hekk ikollhom is-setgħa li jikbru u jirnexxu. Insibu wkoll ġenituri li jagħżlu li jibagħtu lil uliedhom fiċ-ċentru sabiex jibbenefikaw mit-tagħlim u interazzjoni soċjali li hi l-bażi tajba li nippreparaw lit-tfal għat-tagħlim formali fl-iskejjel.

Apparti minn hekk, aħna nippreparawhom biex xħin jidħlu l-iskola, iħossuhom komdi u preparati. Nippruvaw ngħinuhom biex it-tranżizzjoni tkun minima kemm jista’ jkun. Nidħlu f’dettalji tant li lejn l-aħħar lit-tfal ngħallmuhom kif huma stess jistgħu jagħmlu l-lunch għalliskola. Saħansitra nagħmlu sessjoni magħhom kif idellku l-ħobż! Ikunu preparati u lesti biex imorru l-iskola.

Peress li nkunu studjajna fuq l-ispektrum tal-imġiba tat-tfal, nafu nagħrfu l-abiltajiet u l-bżonnijiet tagħhom. F’każ li tifel/tifla mhux isegwi bħall-oħrajn, nippruvaw nanalizzaw il-każ. Minn hemm niggwidaw lill-ġenituri sabiex jirrikorru għand l-ispeċjalisti biex tingħata t-terapija u l-għajnuna addattata minn qabel. Fiċ-ċentri tagħna għandna carers kwalifikati biex inkunu nistgħu nadattaw għal kull sitwazzjoni u niffukaw fuq l-istudenti f’każ ta’ abiltajiet differenti.

Issa ħa tiftħu xi mkien ieħor?

Iva! Iddeċidejna li niftħu ċentru ieħor din id-darba f’ĦażŻebbuġ (wara St. Dorothy). Hu pjanat li nibdew nilqgħu lin-nies għal Settembru/Ottubru. Il-pandemija tefgħetna ftit lura, imma bis-saħħa t’hekk ninsabu preparati biex inkomplu bis-suċċess li ksibna. Ser ikun jismu wkoll Little Treasure u lilna togħġobna għax meta jkollok tarbija, din tkun it-teżor tiegħek u meta tirfes l-għatba tagħna dak it-teżor jifjorixxi. Aħna nqisu kull tifel u tifla li jkollna bħala t-teżor tagħna wkoll, nieħdu ħsiebhom u naraw li ma jonqoshom xejn.

B’hekk jekk trid isserraħ rasek li t-tfal tiegħek qed jingħataw l-aħjar tagħlim, l-aqwa dixxiplina u qegħdin f’ambjent nadif u sigur, taf li Little Treasure ta’ Marsaskala u issa Ħaż-Żebbuġ jipprovdu proprju dan. Għal aktar informazzjoni tista’ ċċempel fuq 9922 5545 jew ibgħat email 2016littletreasure@gmail.com għal aktar dettalji.

This article is from: