Intervista
JIFTAĦ DALWAQT
LITTLE TREASURE
Child care centre b’suċċess f’Marsaskala u issa dalwaqt f’Ħaż-Żebbuġ Malta. Huma ħafna l-ġenituri li jagħmlu użu miċ-child care centres, iżda qabel ma wieħed jiddeċiedi, jagħmel lista ta’ affarijiet tajbin li jkun ra fiċ-ċentru partikolari. Ħafna familji minn Marsaskala, Żejtun, u l-madwar isibu li wieħed mill-isbaħ ċentri tat-tfal huwa proprju Little Treasure ta’ 269, Triq tal-Gardiel, Marsaskala. Dan iċ-ċentru ilu miftuħ għal ftit iktar minn 5 snin, proprju fil-11 ta’ Jannar 2016. Iltqajna ma’ Charmaine Debono, is-sid ta’ dan iċ-ċentru biex niskopru aktar fuq l-attivitajiet li jsiru. Charmaine hija omm ta’ tlieta u ilha taħdem is-snin f’dan is-settur li minn għajnejha stajna nindunaw il-ħeġġa u l-imħabba li għandha f’dan is-settur. Bħala ċentru tenfasizzaw fuq attivitajiet fejn it-tfal jużaw is-sensi kollha. Għaliex? Fin-natura tal-bniedem it-tfal jitwieldu lesti sabiex jixorbu kull tagħlim provdut mill-ambjent tal-madwar. L-ambjent fiċ-ċentru tagħna naraw li jiġbed l-interess tat-tfal sabiex jesperimentaw u jintegraw sabiex fl-aħħar mill-aħħar jitgħallmu bil-logħob. Hekk kif aħna nilqgħu tfal ta’ età pjuttost żgħira naraw li nużaw il-ħin li jkollhom magħna biex nilħqu s-sensi kollha b’mod innovattiv. Tul is-snin użajna varjetà kbira ta’ oġġetti kemm li nsibu fid-dar ta’ kuljum kif ukoll oġġetti ġodda. Dawn jinkludu varjetà ta’oġġetti riċiklati bħal kartun u prodotti tal-ikel agrikolturali fost bosta oħrajn. Dawn l-attivitajiet jistimulaw lit-tfal sabiex jikbru u jirnexxu bit-tagħlim li jkunu ġabu tul l-avventuri tagħhom magħna.
Kull xahar ikun iddedikat għal xi ħaġa partikolari? Iva, kull xahar niddedikaw żewġ temi differenti sabiex inkunu nistgħu nippjanaw l-attivitajiet għall-istudenti tagħna. Għalkemm l-attivitajiet jiġu pjanati skont it-tema, il-carers fiċ-ċentru tagħna jaraw li jinnutaw l-interess talistudenti fi gruppi li jkollhom sabiex jaddattaw l-attivitajiet li jistimulaw dan l-interess, b’hekk it-tfal jipparteċipaw u juru interess akbar. Riċentament kellna tema tal-annimali li jgħixu fil-baħar fejn preparajna krafts, logħob, kotba u ġugarelli relatati. Saru attivitajiet bħal sajd fejn imlejna l-pixxina żgħira li għandna bi ftit ilma u poġġejna varjetà ta’ ħut li naraw fl-ibħra – filwaqt li t-tfal użaw il-ħiliet tagħhom sabiex jiġbru kemm jista’ jkun ħut bil-qasab u koppijiet provduti. Hekk kif jidħol is-sajf ta’ kull sena nippreparaw żewġ pixxini żgħar fejn l-istudenti flimkien mal-carers tagħhom jilagħbu logħob fl-ilma u jqattgħu l-ħin jiffriskaw u jċafċfu. Il-carers jinżlu ħafna għal-livell ta’ tfal, jilagħbu magħhom u jagħmlulhom attivitajiet apposta skont l-età tal-gruppi. Hemm ħafna attivitajiet differenti li żgur jieħdu pjaċir jagħmluhom. Kif inhu mqassam iċ-ċentru? Iċ-ċentru tagħna huwa mqassam fuq pjan wieħed miftuħ, bosta żoni ddedikati għal attivitajiet diversi. Fost dawn insibu ż-żona ddedikata għat-trabi (3 xhur sa sena), dik iddedikata għal attivitajiet ta’ kreattività, żona għall-
58 GWIDA Awissu 2021