6 minute read
Intervista mar-rebbieħ ta’ Liquorish ta’ din is-sena – Lukas Farrugia
from GWIDA August 2021
LUKAS FARRUGIA
Jirbaħ is-17 -il edizzjoni ta’ Liquorish
Advertisement
Lukas Farrugia huwa r-rebbieħ tas-17 –il edizzjoni ta’ Liquorish, fejn din is-sena ħaditna l-Rwanda, fl-Afrika. F’din l-intervista tkellimna mar-rebbieħ, Lukas dwar l-esperjenza tiegħu u kif ukoll tkellimna mal-Producer ta’ Liquorish għal dawn l-aħħar 17 –il sena, Joseph Cauchi li qalilna li din kienet l-aktar edizzjoni diffiċli s’issa.
Lukas, kif tħossok li inti rebbieħ ta’ Liquorish 2021 u x’kien li ħeġġek tapplika?
Lukas: Ma kontx qed nistennieha imma ovvjament pjaċir kbir li tirbaħ Liquorish u naħseb li jiena wieħed mill-iżgħar li rebaħ Liquorish ukoll. Niftakar konna applikajna jiena u ħija u tħajjarna waqt li konna qed naraw Liquorish tas-sena l-oħra. Eventwalment bagħtulna għall-audition u ħija qisu staħa u ma ġiex. Iżda bis-sapport ta' sieħbi mort waħdi. Jiena minn dejjem kont nsegwi Liquorish, minn meta kont għadni fil-primarja u dejjem xtaqt li xi darba immur u fl-aħħar seħħet.
Milli jidher mhux kullħadd kien jaf li mort Liquorish, hux? Spjegalna ftit x’ġara.
Lukas: Fil-bidu nett il-familja u sieħbi kienu jafu li mort Liquorish u f’liema pajjiż mort iżda kien hemm ħabib partikolari li ma għedilnux u sar jaf dakinhar li xxandar l-ewwel programm! Infatti lill-sieħbi l-ieħor tajtu l-password tiegħi ta’ Facebook u kollox u għedtlu x’ħin ikellmek, kellmu lura ħalli ma jaħsibx ħażin li ma rridx nkellmu jew jaħseb li ġrali xi ħaġa. Infatti ħadmet għax ma ndunax!
Kif tiddeskrivi l-esperjenza tiegħek f’Liquorish?
Lukas: Ċertament li ser nibqa’ niftakar l-isfidi kollha li għamilna! Kif ukoll l-eliminazzjonijiet! L-avventura kollha ser nibqa’ niftakarha! U ser nibqa’ ngħożżha żgur mhux forsi. Kien hemm ħafna affarijiet li ma kontx ħa nagħmel, pereżempju li niekol il-ġurati kienet waħda minnhom. Esperjenza oħra li ħadt gost ukoll nagħmel kienet meta morna niltaqgħu man-nies tal-lokal – nsajjru magħhom, niżfnu magħhom u jifirħu magħna mix-xejn. Ħafna middrabi bdew jirringrazzjawna huma minflok aħna lilhom, talli morna għandhom. Din kienet l-ewwel esperjenza tiegħi ta’ avventura simili u mhux ser tkun tal-aħħar żgur!
Lukas
Kien hemm mumenti fejn qtajt qalbek u kif mort mal-kumplament tal-grupp?
Lukas: Ma ħassejtnix homesick u lanqas immissjajt ilmobile pero batejt ftit ġuħ, iva. Iżda ma jiddispjaċini xejn li mort, jiena ma naqta’ qalbi minn xejn. Ġieli jkun hemm mumenti diffiċli bħall-aħħar hitch
hike fejn konna ninsabu ġo foresta jew meta nkunu qed nfittxu fejn ħa norqdu. Naturalment, jgħaddulek ħsibijiet jekk hux ħa jirnexxielek jew le u anke ħabba xi restrizzjonijiet jew curfews tal-pajjiż peress li ninsabu waqt żmien ta’ pandemija. Iżda mportanti tiġbed ħabel wieħed u taħdem bħala tim. Matul l-avventura ħassejtni li mort tajjeb ma’ kullħadd. Jiena dejjem inżomm lillkullħadd ta li hu u nirrispetta l-karattru ta’ kullħadd. Jiena minix persuna li nħobb niġġieled!
Inbidlet il-perspettiva tiegħek lejn il-ħajja wara li wasalt lura Malta?
Lukas: Wara esperjenza bħal dik, il-ħajja tinbidillek xi ftit għax tara dak il-faqar u tiftakar fi żminijiet li jirrakuntawlek in-nanniet fejn esperjenzaw faqar simili. Tinbidel u tibda tgħid mela aħna għandna kollox u m'aħniex ferħanin biżżejjed filwaqt li huma tagħtiehom anke sempliċiment frotta qisek tajthom id-dinja. Sfortunatament ħafna drabi, aħna jkollna kemm ikollna qisu qatt mhu biżżejjed. Faċilment tinnota kemm huma grati ħafna b’li għandhom u li jkollhom. Kważi kważi ngħid li jinsabu aħjar minna.
Qalulna li l-parteċipanti nisa talbuk pendent magħmul mill-filugranu minnek. Spjegalna ftit fuq dan il-pendent.
Lukas: Iva, jiena xogħli naħdem il-filugranu u ilni f’din is-sengħa għal dawn l-aħħar tliet snin ma’ missieri u huwa xogħol għal qalbi ħafna u jtini sodsifazzjon. Il-parteċipanti nisa kienu ftehmu biex naħdmilhom pendent, li juri l-mappa tal-Afrika u fossa li timmarka fejn tinsab l-Rwanda fuqha u kont tajthielhom bħala tifkira tal-avventura.
Joseph, inti ilek tesperjenza l-avventura ta’ Liquorish għal dawn l-aħħar 17 –il sena. Żort diversi pajjiżi kważi f’kull kontinent, esperjenzajt diversi mumenti u rajt numru kbir ta’ parteċipanti b’entużjażmu għall-avventura. Qabel bdejtu l-vjaġġ lejn l-Rwanda stqarrejt li din kienet l-aktar edizzjoni diffiċli għalik. Għaliex?
Joseph: Din is-sena kienet partikolari ħafna minħabba l-pandemija. Kien hemm punt fis-Sajf, fejn kellna nieħdu deċiżjoni u allura għamilna cut-off date bejnietna fejn kellna niddeċiedu hux ha nagħmluh jew le. Ma jfissirx li kien faċli għaliex ridna nagħżlu l-pajjiżi li setgħu
Ritratti: Thomas Aquilina
Afrika qisek mort in-Namibia jew il-Kenya. Għandu feeling differenti u għandu feeling kważi daqsxejn Ażjatiku, mhux fin-nies iżda fil-landscape. Però n-nies, il-kuluri, it-togħmiet tal-pajjiż jibqgħu dawk Afrikani.
Li kienet daqsxejn diffiċli, li kienet tagħmel ix-xita kuljum waranofsinhar. Ħafna xita ta’ kuljum, qisu għall-ħabta tas-sagħtejn imma aħna konna nibqgħu għaddejjin ma stajniex induru max-xita. Liquorish jaħdem ħafna bl-arloġġ naturali jiġifieri x’ħin titla’ x-xemx u x’ħin tinżel ix-xemx.
jaċċettaw li turisti u nies minn barra jidħlu u anke naraw il-konsegwenzi f’każ li xi ħadd ikun pożittiv. Għaliex peress li qed nitkellmu fuq kważi għoxrin ruħ, il-persentaġġ li xi ħadd jista’ jkun pożittiv huwa kbir. Dan huwa l-iżjed programm li jiswa’ flus biex jittella’ Malta allura ċertu sogru jrid jittieħed ħafna qabel. Kellna nikkunsidraw kollox!
Aħna dejjem nemmnu li biex jittella’ l-programm peress li huwa diffiċli minnu nnifsu qisna ma għandniex limit. Din is-sena, bil-pandemija, għalkemm id-diffikultajiet kienu kbar ma ridniex li twaqqafna. Għamilna dak kollu neċessarju, protokolls u bgħattna lill-kullħadd iżjed minn darba biex jagħmel it-test tal-Covid-19, biex inkunu ċerti.
Il-protokolli tal-pajjiż għamluha ‘faċli’ sabiex programm bħal Liquorish jista’ jseħħ?
Joseph: Loġistikament kien aktar mexxej għaliex flIrwanda, il-gvern u s-sistema tas-saħħa tal-pajjiż hija vera tajba minkejja li kien hemm protokolli li kienu stretti fuqna. Sintendi aħna kellna nobdu l-liġijiet tal-pajjiż li kienu differenti ħafna minn dak li aħna mdorrijin bihom. Għaldaqstant ridna naddattaw għal dak li aħna ser insibu iżda l-bqija bħala avventura ma affettwatniex. Aħna normalment ma mmorrux fejn hemm ħafna nies; ġeneralment aħna dejjem nitilqu fil-bogħod fejn ikun hemm inqas nies u dan huwa kunċett li ilu jsir Liquorish żmien. Allura f’kuntest ta’ pandemija aħna ma konniex qegħdin fir-rassa, konna mmorru is-suq, eċċ imma konna nillimitawhom u noqogħdu attenti. Kienet avventura li kienet diffiċli bħas-soltu, kellna l-isfidi bħas-soltu u sibna l-intoppi bħas-soltu jiġifieri dak ma nbidel xejn. Kull ma żidna ntopp ieħor li kienet tal-Covid-19 u għamilnieh xorta.
X’kienu l-aktar mumenti memorabbli minn din l-edizzjoni?
Joseph: Jiena l-Afrika nħobbha! X’ħin wasalt l-Irwanda ndunajt li l-feeling tal-pajjiż mhuwiex bħall-
Diġà għandna l-ewwel parteċipanta taledizzjoni tas-sena d-dieħla – Aneliese. Xi tgħidilna dwar dan?
Joseph: Aneliese hija l-ewwel parteċipanta ta’ Liquorish. Aneliese hija persuna b’saħħitha ħafna u għandha karattru partikolari ħafna. Il-fatt li hija għandha dan il-karattru partikolari ħafna, jiena naħseb, li potenzjalment jista’ jgħinha ħafna jew potenzjalment tista’ issibha diffiċli. Naħseb li mal-kumplament tal-grupp ħa jkun hemm taħlita nteressanti. Aneliese hija persuna happy go lucky ħafna, minn dak it-tip li jiġi merħba bih, tidħol ħafna fl-affarijiet bi spirtu pożittiv ħafna, tagħmel ilvolotarjat, hija waterpolo player, taħdem ġo uffiċċju wkoll. Issa naraw kif ħa jibda’ jifforma l-grupp magħha però hi ser tkun parteċipanta bħall-oħrajn, kull m’għandha dan ir-rigal extra li huwa l-Enemed Experience imma tista tiġi eliminata u kollox.
Ritratti: Thomas Aquilina
X’għandu jistenna l-pubbliku minn Liquorish tas-sena d-dieħla?
Joseph: Il-kunċett bażiku jibqa’ dak li hu fejn grupp ta’ nies immorru f’pajjiż remot u jgħixu avventura. Ovvjament il-programm evolva u naħseb dak kien wieħed mis-sigrieti għalfejn baqa’ għaddej 18 –il sena. Din issena ser naqbdu l-avventura u ħa naraw kif nistgħu ntuha laqta’ differenti, għaliex wara 17 –il sena ħafna mill-parteċipanti jkunu raw il-programm u jkunu jafu bl-amment kważi x’ħa jsir.
Apparti minn hekk qed naħdmu ukoll fuq dehra aktar refreshed tal-programm fejn ħa jkun iżjed lively, ovvjament ma tantx nista ngħid wisq imma x-xogħol diġà beda. In-nies mdorrijin jaraw Liquorish għax iħobbu jaraw dak it-tip ta’ programm għaldaqstant m’aħniex ħa nagħmlu bidliet drastiċi imma ħa ntejjbu fuq dak li ġa hemm.
Ħerqanin biex naraw biex it-tim ta’ Liquorish ser joħroġ is-sena d-dieħla. Sadanitant awguri Lukas!