1 minute read
Riċetta t’Anton B. Dougall – Ċfuf bit-tonn taż-żejt
from GWIDA August 2021
Ingredjenti
P għaġin forma ta’ ċfuf P tonn taż-żejt P żebbuġ iswed bil-għadma. Dan għandu togħma aktar tajba minn dak li tixtri mingħajr għadma. P ħabaq frisk P mayonnaise P mozzarella P ħass P ftit yogurt plain
Advertisement
ĊFUF BIT-TONN TAŻ-ŻEJT
RiĊetta ta’ Anton B Dougall
Metodu
1. Għalli l-għaġin. Ftakar li ma tridx tħallih isir żejjed. Meta jkun sar qattru tajjeb u qegħdu ġod-dixx jew bieqja fejn se sservih. 2. Aħsel u qattar tajjeb il-ħass. Meta jkun tqattar tajjeb żidu ma’ l-għaġin. 3. Żid ukoll it-tonn taż-żejt, iż-żebbuġ, il-bżar u l-melħ. Ħawwad tajjeb. 4. Ġo bieqja żgħira ħallat il-mayonnaise ma ftit yogurt flimkien mal-ħabaq. Ħallat sakemm l-ingredjenti kollha jsiru ħaġa waħda. 5. Ferrex din it-taħlita fuq l-għaġin u tonn taż-żejt. 6. Żejjen il-wiċċ ta’ l-insalata bil-blalen tal-mozzarella.