1 minute read
Riċetta ta’ Manuel Xuereb – Insalata tal-klamari mimli bil-kuskus
from GWIDA August 2021
Ingredjenti
P nofs basla żgħira, imqatta’ P 2 sinniet tewm, imqatta’ P kuċċarina paprika affumikata P mgħarfa żejt taż-żebbuġa P pakkett kuskus Mediterranju P vażett bżar iggriljat P 2 imgħaref żebbuġ iswed P kuċċarina kappar P mgħarfa tursin u kosbor imqatta’ P qoxra ta’ lumija P 4 klamari żgħar jew 2 klamari medji P mgħarfa żejt taż-żebbuġa P weraq tal-insalata żgħir mħallat P nofs basla, imqatta’ P 100g ġobon feta mfarrak P ftit tadam żgħir u żebbuġ iswed
Advertisement
INSALATA TAL-KLAMARI MIMLI BIL-KUSKUS
RiĊetta ta’ Manuel Xuereb
Metodu
Qalli l-basla, it-tewm u l-paprika fiż-żejt taż-żebbuġa sakemm jirtabu. Żid ilkuskus ma’ 150ml ilma jagħli u sajjar għal 2 minuti. Qatta’ l-bżar griljat u żid malkuskus flimkien maż-żebbuġ, kappar, qoxra tal-lumi, tursin u kosbor. Naddaf u laħlaħ il-klamari, u aqta' t-tentakli. Imla l-klamari u għalaq it-truf bit-toothpicks. Saħħan taġen gradilja bi ftit żejt u aqli l-kalamari mimlijin min-naħat kollha flimkien mat-tentakli. Agħmel il-weraq tal-insalata ġo skutella maż-żejt tażżebbuġa , it-tadam ċirasa, il-feta, il-basla u ż-żebbuġ u servi fuq il-platti. Qatta’ l-kalamari u servi flimkien mal-insalata bil-biċċiet tal-lumi fuq il-ġenb.