GWIDA August 2021

Page 67

EPISODJU 7/ L-EWWEL STAĠUN

XEWQAT IL-QALB (It-tieni parti) Skript miktub minn Audrey Brincat Dalli Produzzjoni SharpShoot Media ltd. Adattament għall-GWIDA minn Anthony M. Baldacchino

Alvio tefa l-flus bil-but u beda jiprepara biex joħroġ mid-dar ta’ Carolina. Carolina tibkielu biex jibqa’ magħha u tħallsu aktar, imma hu bl-aktar mod arroganti jgħidilha li tagħtih kemm tagħtih qatt mhu biżżejjed. Alvio kien persuna li jkollu kemm ikollu qatt ma kien kuntent. Fil-klassi tal-arti, kien hemm Oscar u Gian Marie fost ħafna studenti. Gian Marie kien mifxul, moħħu kien banda oħra. Oscar mill-ewwel ittantah u staqsih imorru jieħdu grokk, imma dan irrifjuta għax ma kien filmuża. Oscar: Għala? Jaqaw ħa tiltaqa’ ma’ dik.

Gian Marie: Le x’niltaqa’ ma’ dik.....għamilt waħda tinkiteb u ma nafx kif ser noħroġ minnha. Oscar: X’ġara?l

Gian Marie: Taħlef li ma tgħid lil ħadd hux. Oscar: Iva mela, x’ġara?

Gian Marie: Żgur hux, ittini kelma ta’ raġel? Oscar: Iva Gian ...kelma ta’ raġel.

Gian Marie: Violet ...inqabdet tqila. Oscar: Tiegħek?

Gian Marie: Hekk qaltli, mar-raġel anqas kien qed ikollha x’taqsam dan l-aħħar, dejjem iġġiblu xi skuża. Oscar: Issa x’ser tagħmel?

Gian Marie: Ma nafx ...anqas naf hux ħa nibqa’ naraha.

Oscar: Naħseb għandek bżonn dak il-whiskey iktar minni Gian. Donnu dakinhar għall-baxwati kellha tkun għax anke ċ-ċkejken Victor għamel waħda tinkiteb. Fi triqtu lejn id-dar mill-iskola, iltaqa’ ma grupp ta’ tfal li provaw jagħmlu ċajta lil Polly li kienet sejra sabiex tiftaħ il-bar. Dawn poġġew triki traki fil-kantuniera ħalli xħin tasal jagħtuha qatgħa. Victor mill-ewwel ried jiżżattat għal xi ħaġa bhal din. It-tfal l-oħra li donnhom kienu imodirijin jagħmluha qalulu biex jistaħba sew għax jinqabat. Jindunaw li ma jkunux xelgħu t-triki traki u l-idea ġenjali kienet ser tgħejb fix-xejn. Victor jgħidilhom biex jixgħelha hu, jagħtuh is-sulfarini u dlonk jixgħelha. Il-qatgħa li ħadet Polly dakinhar kienet kbira. Bdiet tgħajjat u malajr ġie Johnny l-puluzija biex jara x’kien ġralha. Sfortunatament Victor ma ġriex biżżejjed u spiċċa nqabad u weħel kollox hu!

Johnny: Ħsibt li ħa taħrabli hux!

Victor: Ħallini jien ma għamilt xejn.

Johnny: Eh le! Ma rajtiex dik il-povra mara kif ħsadtuha, issa kieku tbati b’qalbha? Nenu li kien qiegħed fil-viċinanzi jara u jgħarbex kollox beda jidħaq b’Victor. Victor: Dawk it-tnejn ivvintaw kollox, anqas nafhom jien, illum l-ewwel darba li rajthom.

Johnny: Magħhom kont għax rajtek. Issa tiġi miegħi għand ommok u nħalli lilha tieħu ħsiebek. Victor: Le uwejja.

Johnny: Eh m’għadniex cowboys iktar hux issa. Kullħadd jibża’ mil-mama. Qed tara x’jiġrilek hux? Nenu: Pastaż, pastaż, ugżah il-mummy,ugżah il-mummy.

Johnny: Oqgħod kwiet Nen għax indaħlek il-ħabs.

Xewqat il-Qalb - 104

GWIDA Awissu 2021 67


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.