1 minute read
Il-logħba tal-Editur
IL-LOGHBA TAL-EDITUR
Barnuża Ħamra - It-Tliet Qżieqeż
Advertisement
Fis-suq tal-kotba Maltin għaż-żgħar kien hawn nuqqas - ma kinux jeżistu kotba popup bil-Malti. Issa din il-ħolma saret realtà grazzi għall-Merlin Publishers li ppubblikaw dawn iż-żewġ ħrejjef klassiċi f’din il-verżjoni fejn l-istampi litteralment ifaqqsu minn ġol-paġna u jieħdu l-ħajja quddiem għajnejk.
Kulħadd jafha l-istorja ta’ Barnuża Ħamra u kif fi triqitha għal għand in-nanna ltaqgħet ma’ lupu makakk u kattiv. Jew l-istorja It-Tliet Qżieqeż li ġiethom l-idea li jibnu dar kull wieħed sa ma l-lupu l-kattiv iddeċieda li ma jħallihomx fil-kwiet.
L-addattament għall-Malti sar mill-awtriċi Clare Azzopardi.
Barnuża Ħamra u It-tliet Qżieqeż jinsabu għall-bejgħ mill-ħwienet tal-kotba kollha jew online minn merlinpublishers.com b’pustaġġ lokali b’xejn.
Issa li qrajt fuq dan il-ktieb kemm ser jirnexxilek issib kliem minn din il-kaxxa? L-għaxar kelmiet li trid issib huma dawn: barnuża, qżieqeż, merlin, lupu, nanna, ħrejjef, stampi, malti, storja, ħamra.
Ħu sehem f'din il-kompetizzjoni, biex tirbaħ ktieb tat-tfal! Ibgħat is-soluzzjoni fuq GWIDA/ Logħba Editur, Settembru, Content House, Mallia Buildings, 3, Level 2, Triq in-Negozju, Zone 3, Central Business District, Birkirkara, CBD 3010 sa mhux aktar tard mis-16 ta’ Settembru. Isem