2 minute read

Intervista ma’ Eleanor Spiteri – Il-kantanta u mudella

"QATT MHU SER TIKKUNTENTA LIL KULĦADD. L-IMPORTANTI LI DAK LI TAGĦMEL, TAGĦMLU GĦAX GĦANDEK PASSJONI GĦALIH U TEMMEN FIH" ELEANOR SPITERI

Il-kantanta u mudella li tkun ispirazzjoni għal ħaddieħor

Advertisement

Gwida.mt tkellmet mal-kantanta u mudella Eleanor Spiteri rigward l-arti u l-immudellar. Apparti l-karriera mużikali tagħha, Eleanor qed taħdem fuq talent u passjoni oħra li għandha, u li biha qiegħda tispira lil ħaddieħor. F'din l-intervista qasira ma' Eleanor tkellimna dwar l-importanza li bniedem, mhxu fl-immudellar biss, jemmen fih innifsu u f'dak li jħoss li jrid jagħmel.

X’tissuġġerixxi lil dik it-tfajla jew dak il-ġuvni li għandhom ambizzjoni li jibdew jimmudellaw?

Jekk għandek ix-xewqa li tagħmel xi ħaġa, xejn m'għandu jżommok milli tipprova tagħmilha. Nemmen li wieħed m'għandux għalfejn ikun xi supermodel b'dehra perfetta biex ikun kreattiv. L-ikbar pass huwa dejjem l-ewwel wieħed.

L-età m’għandhiex taffettwa meta persuna tixtieq tibda din il-passjoni. X’tgħidilhom dawk li għandhom età forsi matura u jixtiequ jibdew din il-linja?

L-arti tal-fotografija ilha żmien togħġobni u għalkemm meta kont iżgħar għamilt xi xogħol zgħir ta' mmudellar, dejjem kelli affarijiet oħra li ħadu prijorità. Illum għandi 34 u ħassejt li stajt niddedika ftit ħin biex nesplora din l-arti. L-età żgur m'għandhiex tkun ta' ostaklu.

Kif taħseb li kultant ilsien in-nies kapaċi jaffettwa u jaqta’ qalb dak li jkun li jixtieq jimmudella?

Messaġġ għall-pubbliku forsi biex ikun aktar rispettabbli fi kliemu. Meta tesponi ruħek għal pubbliku, ħa jkun hemm min jieħu pjaċir b'dak li toffri, u min le. Jien nemmen li qatt mhu ser tikkuntenta lil kulħadd. L-importanti li dak li tagħmel, tagħmlu għax għandek passjoni għalih u temmen fih. Madankollu, wieħed għandu dejjem jikkritika b'mod rispettabbli, mingħajr ma jkun distruttiv fil-kummenti tiegħu.

Mudell/a li ħadu sehem f’kompetizzjoni u ma ġabux ir-riżultat li xtaqu - xi tgħidilhom?

Għalkemm riżultat sabiħ huwa xi ħaġa li kulħadd ikun jixtieq minn kompetizzjoni, wieħed m'għandux jieqaf s'hemm. Kull kompetizzjoni ġġib magħha esperjenzi li kapaċi jibnuk u jgħinuk timxi 'il quddiem, irrelevanti mirriżultat. Mhux kemm-il darba taqa' li jgħodd, iżda kemmil darba terġa' tqum biex tkompli fil-ħidma tiegħek.

Xi pjanijiet għandek għalik personali f’dan issettur, Eleanor?

F'Malta qed jiżdiedu n-numru ta' fotografi, kemm Maltin kif ukoll barranin, li qed iġibu magħhom sens ta' kreattività ġdida u ideat innovattivi. L-aħħar fotografu li ħdimt magħha hija waħda minnhom u veru ħadt pjaċir nagħmel xi ħaġa li nħoss hija veru artistika. Dejjem nipprova naħdem ma' nies li jġibu ideat ġodda u li permezz tagħhom jgħinuni nevolvi iktar kreattivament. Din il-passjoni timxi id f'id mal-passjoni kbira li għandi fil-mużika, fejn hemm ukoll pjanijiet interessanti għallfutur qarib.

F'isem it-tim kollu ta' Gwida.mt nawguraw lil Eleanor aktar suċċessi fil-karriera tagħha!

This article is from: