9 minute read

Strada Stretta: Episodju 7/ L-ewwel Staġun: It-tielet Parti

EPISODJU 7/ L-EWWEL STAĠUN XEWQAT IL-QALB (It-tielet parti)

Skript miktub minn Audrey Brincat Dalli Produzzjoni SharpShoot Media ltd. Adattament għall-GWIDA minn Anthony M. Baldacchino

Advertisement

Omm Victor mill-ewwel ikkoreġietu għal kemm-il darba huma ftiehmu li dan jista’ jmur il-maħżen u pront ikkoreġietu li jista’ jmur tliet darbiet. Victor pront jaċċetta u jerġa’ joħroġ bl-iskuża, “ma jmurx nispiċċa nitħarbat mat-tfal tat-triq”. Missier Victor ħares lejn Carmen biex jistaqsi fuq xiex qed jitkellem Victor u din kellha tirrakkuntalu kif din l-għodwa sabet il-pulizija wara l-bieb. Missier Victor xejn ma ħa gost bl-aġir tattifel tiegħu u widdbu biex irabbi l-għaqal. Kien hawn li Victor wiegħdu li l-maħżen ser jgħinu biex iqatta’ ftit ħin miegħu u jinġabar f’post sigur. Carmen kienet iktar isserraħ rasha jekk Victor ikompli jmur ma’ missieru, imma mur għidilha fejn verament kien imur. Jeffrey ma tantx kien konvint minn din id-deċiżjoni li jerġa’ jibda jiġi miegħu u pront oġġezzjona. Ma xtaqx ikompli jigdeb lil martu iżda pronta din wieġbet... Aħna ħa naraw kif jibda jmur l-iskola. Jekk imur ħażin jispiċċa kollox. Aħjar milli jagħmilha mat-tfal hawn Carmen: barra Jeffrey, mhux aħjar! Victor jiġri jgħannaq lil missieru biex ma jagħtih ebda ċans jerġa’ jgħid xi ħaġa kontra. Jeffrey xorta ma jgħid xejn, kien imħasseb. Qed tara papà! Ħa nerġa’ nibda niġi miegħek nagħmlu l-karrijiet. (filwaqt li jagħtih tegħmiża bis-serqa ta’ Victor: ommu) F’dik il-lejla, eċitat daqs Victor kien hemm Mario li kien qed iħuf fit-toroq tal-Belt ifittex l-imħabba ta’ ħajtu. Daħal f’kull bar li ra u kien imiss dak ta’ Polly. L-ewwel impressjoni tiegħu kienet ta’ diżgustaġni. Ma tantx ħa pjaċir bl-għajjat u l-aġir tal-baħħara. Waħda min-nisa li laqtet lil Mario kienet Stella. Dak il-ħin il-bar kien mimli ħajja, mużika, nies jidħqu u jixorbu. Stella segwiet lil Mario u fl-aħħar dan innota l-aġir tagħha u waqaf biex tkellmu. Stella toffrilu grokk, iżda Mario jgħidilha li ma marx hemm biex jixrob iżda biex ifittex lil Lilly. Xi tridha lil Lilly?Stella:

Ġejt tajjeb mela! Għax qaluli li taħdem hawn u tgħix xi mkien viċin ukoll.Mario: Stella: Lilly hawn taħdem. Imma għadha ma ġietx illum. Tridni ngħinek jien?

Mario: Lilha għandi bżonn inkellem, għax naħseb li taf lil xi ħadd li qed infittex. Stella tibda tinteressa ruħha imma peress li kienet għadha ma fehmet xejn, kompliet titkixxef. Stella: Lil min qed tfittex? ...Hawn naraw ħafna nies kuljum. L-ismijiet mhux kollha nkun nafhom, imma wiċċ ma ninsieh qatt. Eżatt xħin Mario kien ser joħroġ ir-ritratt ta’ Lydia, Reno jsejjaħ lil Stella.

Reno: Stell! Stell għinni naqra sabiħa! M’intix qed tara li qed nitkellem.Stella:

Reno: Mhux aħjar toħroġ tgħinni bil-kaxxa ...għax dejjem jitqalu iktar ma mmorru,sabiħa! Jekk jogħġbok. (Stella tinduna li Reno ried ikellimha urġenti fuq biċċa xogħol personali. Polly tisma’ din il-konversazzjoni minn wara l-bar u taqbadha l-kurżità fuq ir-relazzjoni ta’ dawn it-tnejn) Mela niġi hux! Skużani waħda ...daqt inkompli miegħek.Stella: Stella u Reno joħorġu barra mill-bar. Mario baqa’ hemm jistenna lil Lilly waqt li Polly issegwi lil dawn it-tnejn u tipprova tgħarrex biex tisma’ fuq xiex qed jitkellmu, mingħajr ma tħalli lil ħadd minnhom jaraha.

Ħu paċenzja ara x’ser tivvinta biex tmur int illejla....Reno: Stella: Reno taf li ma nistax. Mhux ma tistax, ma tridx. Taf li niddejjaq jekk jarani, ma rridx inkwiet. Dawn kollha flieles ta’ moħħok ...l-inkwiet tivvintah int!

Reno:

Stella:

EPISODJU 7/ L-EWWEL STAĠUN XEWQAT IL-QALB (It-tielet parti)

Skript miktub minn Audrey Brincat Dalli Produzzjoni SharpShoot Media ltd. Adattament għall-GWIDA minn Anthony M. Baldacchino

Stella:

Reno:

Stella:

Reno:

Lilly: Polly: Lilly: Polly: Lilly:

Lilly:

Polly: Lilly:

Mario:

Lilly:

Mario:

Lilly: Mario:

Lilly:

Mario:

Lilly:

Imma diġà tajtek kollox Ren u għidli li ħa tmur is-soltu. Inqalagħli xi ħaġa ...jista’ jinqalagħli xi ħaġa jien? Int aqbiżha llum ...jew ibda itlobhom iħalluk ittihom kollox fl-aħħar tax-xahar.

Ma nistax, ma jafdawnix..... Insomma ħa dawn ħudhom lura u ara kif tista’ tirranġa għal-lum ...għax issa anke Polly qed tarani ikrah ta’ kuljum. Reno reġa’ ta l-flus lil Stella. Polly rat kollox mill-bogħod u ma setgħetx tifhem x’kien qed jiġri. Konfuża dwar il-flus li kienu qed jagħtu lil xulxin. Stella dak il-ħin ħadet il-flus, filwaqt li dawn it-tnejn komplew jitkellmu. Waslet fl-aħħar Lilly li dakinhar kienet tard, tinduna li Polly kienet qiegħda tissemma’ lil xi ħadd u fil-pront taħsadha. Haw’ Pol! Xi nqala’? Xejn, xejn....kmieni wasalt illum! (tgħidilha b’mod sarkastiku). Fejnha l-oħra? Iva rrid inkellmek fuqha! Xi nqalgħalha? Ara kieku għall-kapriċċ ma niddejjaqx ngħidlek imma hekk. Lilly filli qed tkellem lil Polly u filli tilmaħ lil Mario. Taf li dan ma kienx klijent tas-soltu, taf ukoll li wiċċu ma kienx ġdid imma ma setgħetx tiftakar fejn setgħet ratu. Fl-aħħar tinduna li dan Mario kien l-istess wieħed tar-ritratti ta’ Lydia. Stenna waħda Poll! (titlaq ħdejn Mario) Hawn kulħadd qed jiġġennen jaqaw! Nista’ ngħinek? Iva ...qed infittex lil Lilian, jgħidulha Lilly. Qaluli taħdem hawn. Iva imma mhux hawn illum. Xi tridha?

(joħroġ ritratt mill-but) Qaluli li rawha ma’ din ...int forsi ġieli rajtha ’l hawn? (b’ton ta’ waħda rrabjata) U x’ġejt tfittixha tagħmel issa? Tafha? Jekk tafha għidli għax ilni nfittixha. Le ma nafhiex! Aħjar tmur issa għax diġà wasalt tard u għandi x’nagħmel. Mario ma kienx konvint bil-mod kif Lilly bdiet titkellem, baqa’ jippersisti biex tgħidlu jekk hijiex hi Lilly, iżda hi b’determinazzjoni tgħidlu li ma kinitx hawn illum. Meta se tkun hawn? Taf fejn toqgħod? Le ma nafx.

Mela għidilha li se nerġa’ ninżel hawn...naf fejn taħdem issa u naf li taf fejn hi Lydia u mhux ser naqta’ qalbi malajr ...hekk għidilha ...tagħmilli dan il-pjaċir? Lilly kienet konfuża. Mario ma bediex jemminha, kien konvint li hi kienet il-Lilly li kien qed ifittex. Lilly qaltlu li kien mar hemm għalxejn, iżda dan qalilha biex tgħaddilu messaġġ lil din Lilly ħalli jkellimha. Mario jaqta’ qalbu u jitlaq bl-herra. Stella tarah ħiereġ b’rabja kbira fuqu u tmur fuq Lilly biex tara x’kien ġara u fuq kollox min seta’ kien. Lilly tistaqsiha jekk kinitx hi li kixfitha iżda din Stella tweġibha li ma kienet qaltlu xejn, anzi tipprova tistaqsiha f’ liema bawxata kienet daħlet. Lilly tgħidilha biex tħalliha kwieta u fil-pront tidħol Polly li tibgħat lil Stella tkompli b’xogħolha. Ma nafx x’qed iħawdu dawk it-tnejn?!

EPISODJU 7/ L-EWWEL STAĠUN XEWQAT IL-QALB (It-tielet parti)

Skript miktub minn Audrey Brincat Dalli Produzzjoni SharpShoot Media ltd. Adattament għall-GWIDA minn Anthony M. Baldacchino

Lilly: Polly:

Lilly:

Polly:

Reno:

Violet:

Reno:

Violet:

Reno:

Violet:

Reno:

Violet:

Reno:

Violet:

Reno:

Violet:

Reno:

Violet:

Reno:

Violet:

Reno:

Min?

Stella u Reno ...qed jikkonfoffaw fuq xi ħaġa. Ilni ninnutahom. Ħa nara nitfagħhomx ’il barra t-tnejn li huma ...issa l-iskuża ta’ Lydia... Eh iva. Ma nafx x’ħadet, imma qiegħda ħażin, wiċċha aħdar. Tiġi hawn kienet tbellagħhulna kollha, biex ngħidlek anke jien li noqgħod magħha qed nevitaha. Le aħjar baqgħet id-dar mela ...dik jonqosna. Jidher li Lilly kienet tinqala’ wisq biex tigdeb! F’dik il-lejla, Oscar għadda minn quddiem il-burdell fejn taħdem Angela. Fl-entrata ta’ dan il-burdell kont issib nisa bil-liquere li jħajruk tidħol. Dan ma tax kas. Qagħad taħt it-tieqa tagħha, jaħseb ma’ min seta’ kienet qed torqod dak il-lejl. Ma felaħx iktar u beda jgħajjat isimha. Angela ħarġet biex tara min kien qed jgħajjat u ra baħri li kien qed ineħħi ż-żarbun waqt li jpoġġi fuq is-sodda. Dan il-baħri jistaqsi lil Angela dwar l-istorbju li kien qed joħloq Oscar. Angela tara lil Oscar iħares lejha b’għajnejn miksurin. Angela tinduna li dan xtaq li jerġgħu jirranġaw. Sadanittant il-baħri jaqbad lil Angela minn wara u jibda jbusha filwaqt li jiftaħ il-purtieri beraħ. Fil-pront qalilha li kien iħobb il-purtieri miftuħin. B’hekk Oscar seta’ jara li Angela ma kinitx qiegħda waħidha dakinhar. Kienet tidher li tinsab imbarazzata b’Oscar hemm. Dan qalbu riedet toħroġ bid-dwejjaq li qabduh u wara ftit telaq ’l hemm. Dak il-ħin fil-bar, Stella marret fuq Polly u staqsietha biex tallarga ftit. Sintendi Polly imlietha bil-mistoqsijiet dwar fejn kienet sejra u Stella tgħidilha li kellha qadja. Kontra qalbha Polly tibgħatha bil-patt u l-kundizzjoni li ma ddumx aktar minn nofs siegħa. Stella titlaq tiġri. Polly iddur biex tfittex lil Reno u tinduna li dan lanqas ma kien qiegħed f’postu fil-bar. Kurjuża għall-aħħar biex tara fejn seta’ mar, bdiet tfittxu barra u ssibu ma’ mara. Din id-darba Reno kien qed ikellem lil Violet. Polly kienet imħassba dwar min setgħet kienet din il-mara ġdida. Kif int? ...Ilni naqra sew ma narak. Iva ilna naqra ma niltaqgħu. Kif inti allura? Għidli!

M’iniex tajba wisq. Ħażin. X’għandek? ...Din minħabba l-biċċa xogħol li ma setax ikollkom tfal. Mhux ezatt ...ma nafx kultant anqas inkun naf x’ħa naqbad nagħmel. Mortu għand tabib? Tkellimtu ma’ xi ħadd? Ma ġejtx hawn għall-pariri ...agħmilli pjaċir ...m’għandix bżonn il-pariri tiegħek. Jien biex ngħinek. Ma staqsejtx jien biex narak. Għandek raġun, għamilt żball, imissni qatt ma ġejt infittxek. Għandek bżonn xi flus?

Xi flus, flus ...X’taħsibni? Ma nafx kif nista’ ngħinek? Imma min qallek li għandi bżonn l-għajnuna ta’ xi ħadd? Tajjeb. (jibda jgħolli leħnu) Mela għidli xi trid mela biex ġejt hawn. Insieha. Żball tiegħi (kienet ser titlaq ’l hemm) Violet! Iva ejja jiddispjeċini ma ridtx ngħajjat miegħek. Violet! (Reno jidħol ġewwa u jara lil Polly tistennieh) Reno mhu qed jogħġobni xejn dan l-atteġġjament tiegħek. Daqqa hawn daqqa hemm. Inpespsu f’widnejn dik, imbagħad f’ tal-oħra. X’inti tħawwad?

EPISODJU 7/ L-EWWEL STAĠUN XEWQAT IL-QALB (It-tielet parti)

Skript miktub minn Audrey Brincat Dalli Produzzjoni SharpShoot Media ltd. Adattament għall-GWIDA minn Anthony M. Baldacchino

Reno:

Polly:

Reno:

Polly: Reno:

Polly: Reno:

Polly:

Reno:

Polly:

Reno:

Polly:

Reno:

Sister Phyllis: Stella:

Sister Phyllis: Stella:

Sister Phyllis: Stella:

Sister Phyllis:

Stella:

Nenu:

Lilly: Lydia: Lilly:

U inti x’jinteressak! Qatt ma tajtni wiċċ qabel, issa qed tiddejjaq. Sejjaħlu li trid u aħseb li jogħġbok imma jiena mhux qed intik wiċċ ...kif trid tifhem int, fhimtni. ...Jien jinteressani li tkun fuq xogħlok,li tagħmel li hemm bżonn fil-ħanut. Eh iva għalhekk! Int qed tgħir Pol? Ara ma ngħidlekx ...X’inti tinsinwa Reno.? Taf x’qed ninsinwa Pol. Din id-darba int ħa tiġri warajja, għax jien għajjejt. Jien ma rridekx fhimt. Neħħiha minn moħħok.

Tajjeb. Mela għaliex qed tinkwieta? Min kienet dik il-mara?

Affari tiegħi! (imur wara l-bar u jkompli jixxotta t-tazzi) Mhux meta qiegħed fuq ix-xogħol fil-ħanut tiegħi ...Jien ma jinteressanix jekk qed toħroġ tinnamra ma’ dik u l-oħra basta mhux fil-ħin tax-xogħol. Imma x’jgħaddi minn rasek ...pu għalik u l-ispekulazzjonijiet ta’ moħħok. Ovvja ...qatt ma rajtha ’l hawn lil dik is-sinjura u min kif kellmitek dehret li tafek sew. Violet it-tifla tiegħi ...u hi bagħtet għalija biex nitkellmu. Din żgur ma kinitx tafha Polly! Reno ma kienx miżżewweġ u kellu tifla! Mur obsor għalih. Imma Stella x’kienet qed taħbi? F’dik in-nofs siegħa ċans, Stella ħarbet tiġri lejn dar, kienet beżgħana. Ħabbtet il-bieb u fetħet Sister Phyllis. M’aħna nżommu lil ħadd bħalissa.

Is-soltu jiġi Reno jħalli l-flus ...illum ma jistax ...dawn tagħkom. Inti ...niftakrek lilek ...inti Stella.

(imbarazzata, tipprova tgħatti wiċċha) Naħseb qed tħawwadni ma’ ħaddieħor. Wiċċ ma tantx ninsieh. Qatt ma ġejt inti hawn qabel. Le niddejjaq li jarani, ma nkunx irrid inħawdu. Hu x’inhu ibnek ...żgur ma tridx norganizzawlek ġurnata biex tiltaqgħu. Le aħjar le ...ma rridux ikun jaf, jitħawwad iktar hekk. M’iniex eżatt mara eżemplari u ma rridux ibati għaddeċiżjonijiet ħżiena li għamilt jien ...Ħa dawn tagħkom, għalih. Is-soru tieħu l-flus u Stella titlaq lura għall-bar. Ma’ wiċċha ssib lil Nenu li kien qiegħed jiġri. Nenu jieqaf quddiem Stella u jtenni kemm kienet sabiħa. Stella dakinhar kellha wisq fuq moħħha u tkeċċi lil Nenu minn quddiemha filwaqt li tkompli sejra. Xxxxxxx tgħidilhom xejn,tgħidilhom xejn ...xxxxxxxxx tgħidilhom xejn ...xejn! Il-lejl beda dieħel ġmielu, Lilly marret lura d-dar u tmur fuq Lydia tgħidilha bl-aħbar. Lydia! Lydia! (filwaqt li kienet għadha rieqda) Hmmmmmm! Ġie Mario. Ġie Mario l-ħanut ifittxek.

This article is from: