2 minute read

Tagħrif dwar iż-żodjaku Virgo minn PaulJon

IŻ-ŻODJAKU MA’ PAULJON

Tagħrif dwar iż-żodjaku ta’ Virgo

Advertisement

Il-kalendarju żodjaku jdaħħalna fis-sitt żodjaku; dak ta’ Virgo. Dan iż-żodjaku jkompli joffrilna aktar twemmin fina nfusna. Dan sabiex nagħrfu nwettqu dak li nixtiequ. F’dan iż-żodjaku jispikka t-tkattir, fejn hu l-aktar bżonnjuż. Finalment iwassalna iżjed lejn stabiltà fl-abiltà ta’ kull wieħed u waħda minna. Ovvjament dan jgħodd għal dawk li huma parti minn dan issitt żodjaku!

Is-simbolu li jippreżenta liż-żodjaku ta’ Virgo huwa dak ta’ persuna femminili kompluta; magħrufa wkoll bħala r-reġina tas-smewwiet. Fil-mitoloġija Griega hija mpoġġija bħala The Great Goddes, li t-tifsira astroloġika tagħha hi l-verġinità, ilpuritizza, il-fertilità u l-aspirazzjoni.

Iż-żodjaku ta’ Virgo jibda mit-Tnejn 23 ta’ Awwissu sal-Erbgħa 22 ta’ Settembru. Dan ifisser li dan ser iwassalna lejn it-tmiem tal-istaġun sajfi għall-bidu tal-ħarifa! Virgo huwa ffurmat millelement tad-dinja li fih jiġbor iż-żodjaki ta’ Taurus u Capricorn. Interessanti huwa l-fatt li ssib ħafna li ma tantx jikkombinaw maż-żodjaku ta’ Capricorn però f’dan it-trijangolu, Capricorn joffri parti ferm importanti liż-żewġ żodjaki l-oħra.

Dan iż-żodjaku ta’ Virgo f’dan il-kalendarju żodjaku 2021-22 joffrilna fatt kurjuż ħafna dwar il-qmura. Fil-fatt dan iż-żodjaku ser ikun qed jesperjenza tliet fażijiet ta’ qmura. Mhux xi ħaġa komuni li tiġri! Dan kif? Il-Ħadd 22 t’Awwissu eżatt mat-tmiem taż-żodjaku ta’ Leo beda l-qamar kwinta li wassal għall-bidu taż-żodjaku Virgo. Dan ifisser li għal dawn iż-żewġ żodjaki ser jesperjenzaw tibdil.

Tibdil għax jew jixtiquh huma jew inkella l-univers ser joħloq dan it-tibdil fil-ħajja ma’ ta’ madwarhom. Imbagħad itTlieta 7 ta’ Settembru jibda n-new moon. Għaż-żodjaku ta’ Virgo dan ser ikun qed iwassal aktar għarfien ċar ta’ liema direzzjoni tixtieq tkompli fil-ħajja. Ser iwassal ukoll għal aktar organizzazzjoni fejn huwa meħtieġ. Ser jagħmlek tħossok aktar tolleranti minn dak li kont, kif ukoll ser jgħinek tagħraf li kull sitwazzjoni ma tistax titwettaq b’pass mgħaġġel. Kollox għandu jsir b’kawtela u b’pass għaqli u profond. Imbagħad jasal il-qamar kwinta, nhar it-Tnejn 20 ta’ Settembru. Dan jaħbat kważi mat-tmiem taż-żodjaku. Dan il-qamar ser jgħinek tagħraf li jekk ser tirribella kontra xi sitwazzjoni ser tkun qed tagħmel pass ħażin. Ser iservi sabiex iżżomm bilanċ madwarek biex ma jkunx hemm kumplikazzjonijiet. Taf tesperjenza forma ta’ responsabilità li int ilek tistenna u fl-aħħar ser twettaqha.

Hekk rajna din l-esperjenza unika tat-tlett iqmura li Virgo jista’ jibbenifika ħafna minnha. Titlifix din l-opportunità unika li l-univers qed jibgħatlek! Għal aktar informazzjoni dwar il-benefiċċju komplut ta’ din l-esperjenza, iktibli fl-indirizz postali, ‘PO Box 27 Paola’ sabiex inkun nista’ nigwidak aktar!

Fatti interessanti dwar persuni li jaqgħu taħt Virgo huma li huma meqjusa bħala persuni bieżla, leali ħafna lejn il-parti l-oħra fil-ħajja tagħhom u ġenerużi ħafna. Dawn iħobbu n-natura, l-annimali u jħobbu jaqraw. Idejjaqhom ħafna l-egoiżmu, min ma jkunx organizzat, min ma jkunx imħejji tajjeb u mġiba ħażina jew dawk li ma jkunux puntwali mal-ħin jew skeda.

Personaġġi magħrufa fiż-żodjaku ta’ Virgo nsibu lil: Sophia Loren, Sean Connery, Cameron Diaz, Andrea Bocelli, Mother Teresa, Gene Kelly, Michael Jackson, Colin Firth, Amy Winehouse, Keanu Reeves, Agatha Christie, Richard Gere u Prince Harry.

Għaż-żodjaku ta’ Virgo, il-jum ideali huwa dak tal-Erbgħa waqt li għandek tevita s-Sibt. Ix-xahar ideali huwa dak ta’ Jannar waqt li għandek tevita dak ta’ Marzu. Il-kristalli ideali għalik huma Jet u Mookaite. Id-dati ideali għalik huma s-7, it-12, is-16 u d-19 ta’ Settembru. Dawn id-dati jistgħu jkunu ferm importanti kemm għalik personali kif ukoll għall-madwar tiegħek!

Għal aktar informazzjoni kemm dwar iż-żodjaku tiegħek kif ukoll aktar, għandek taqra l-aħħar pubblikazzjoni tiegħi, PaulJon bl-Oroskopju Għalik. Hawn tista’ ssib ħafna aktar informazzjoni interessanti u ta’ benefiċċju għalik ! Tista’ żżur is-sit tiegħi www.pauljon13.com. Namaste.

This article is from: