3 minute read
Dorsen ta’ 8 snin diġà jaħdem fil-minjieri
DORSEN TA’ 8 SNIN DIĠÀ JAĦDEM FILMINJIERI Xogħlu importanti għax kieku m’għandekx smartphone!
Addattament Claudia Cini Dorsen, tifel ta’ tmien snin mill-Kongo jaħdem fil-minjieri biex aħna lkoll ikollna ‘smartphone’. Dorsen huwa wieħed fost ħafna tfal żgħar li jaħdmu f’kundizzjonijiet mill-agħar f’dawn il-minjieri fl-Afrika. Ta’ dan ix-xogħol iebes, dawn it-tfal, li wħud minnhom għad għandhom biss erba’ snin, jitħallsu 8 ċenteżmi kuljum. U jekk dawn iċ-ċkejknin ma jagħmlux xogħolhom sew, jisfaw imsawta. Meta intervistat, Dorsen qal li ommu hija mejta u b’hekk ikollu jaħdem ta’ bilfors. Meta jkun ‘xogħol’ rasu tuġgħu ħafna, iżda jkollu jibqa’ għaddej, inkella jispiċċa msawwat u ma jitħallasx. Kull filgħodu, xħin jiftaħ għajnejh it-tfajjel iħoss dwejjaq kbar hekk kif jiftakar li jkollu jmur jaħdem fil-minjieri, sew jekk xita, sew jekk xemx, sew jekk jiflaħ u sew jekk ma jiflaħx. Kull parti ta’ ġismu jħossha se tinqasam u jkun muġugħ ta’ spiss.
Advertisement
Xogħol Dorsen, bħal ta’ sħabu, huwa li jinżel minn ġo xaft biex itellgħu l-materjal, donnu żrar griż fi xkejjer. Wara, b’idejhom ċkejknin u torjin, ifittxu u jqallbu f’dan iż-żrar biex jagħżlu l-materjal prezzjuż. Xi drabi dawn ix-xaftijiet jisfrundaw u msejkna tfal. Is-sidien tal-minjieri jbigħu l-materjal li jtellgħu t-tfal lil negozjanti Ċiniżi, li dawn lanqas biss jistaqsu jew jimpurtahom imnejn ġie jew min ħadem biex jinkiseb. Kumpaniji Amerikani u Ċiniżi għandhom bżonn dan il-materjal imsejjaħ ‘lithium-ion’ biex ikunu jistgħu jagħmlu l-batteriji għall-mowbajls u l-karozzi tal-elettriku. Uħud minn dawn il-kumpaniji qalu li huwa diffiċli għalihom biex ifittxu u jsibu mnejn ikun ġej il-materjal, aħseb u ara min kienu l-ħaddiema. Kumpaniji oħra qalu li s-soluzzjoni għal din il-problema hija li s-sidien tal-minjieri għandhom itejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom u jaraw lil min iħaddmu. Dan, dejjem skont xi kumpaniji Ċiniżi u Amerikani, huwa ferm aħjar milli kieku huma ma jixtrux il-‘lithium-ion’ u b’hekk il-minjieri jkollhom iwaqqfu l-ħaddiema mix-xogħol!
Grazzi għal donazzjonijiet ta’ flus li aħna nagħtu, ċkejkna kemm huma ċkejkna, tfal f’sitwazzjonijiet simili madwar id-dinja kollha, jirċievu dak kollu neċessarju biex jgħixu ħajja diċenti bla ma jkollhom għalfejn imorru jaħdmu. Bis-saħħa ta’ ħafna benefatturi Maltin u Għawdxin, Missio Malta (l-Uffiċċju Missjunarju) fil-Belt u l-Mosta, jibgħat fondi lil diversi komunitajiet fejn hemm il-missjunarji sabiex jgħinu mill-aħjar li jistgħu lill-foqra u abbandunati, fost oħrajn. Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb minn fuq il-websajt fond u dejjaq bla ma jkun marbut u bla protezzjoni ta’ xejn,
www.missio.org.mt, minn ‘Facebook’ jew fuq 2123 6962.
Nota: Ftit tal-ġimgħat ilu, ġie mħabbar li l-Papa Franġisku stabbilixxa fond ta' emerġenza fi ħdan is-Soċjetajiet Missjunarja ta’ Misso. Id-dħul ikkontribwit għal dan il-fond huwa ddestinat għall-għajnuna ta' dawk in-nies, komunitajiet, lajċi u missjunarji li qed jintlaqtu traġikament mit-tixrid talCOVID-19. Il-flus se jmorru direttament lill-pajjiżi fil-missjoni permezz ta' strutturi u istituzzjonijiet tal-Knisja. Għalhekk, fuq xewqa ta’ Papa Franġisku u permezz tal-motto ‘Aħna Għadna Hawn Għalikom’, kull min jista’ għandu jagħti l-għajnuna tiegħu fi flus b’risq din il-kawża ġusta. Jekk tixtieq tgħin jew sabiex tikseb aktar informazzjoni, jekk jogħġbok ċempel lil Missio Malta fuq 2123 6962.
IRBAĦ €1,000 MA’ GWIDA 3 / 6
Kull ma trid tagħmel hu li ġġemma’ 6 kupuni – wieħed minn kull edizzjoni tal-Gwida li ser joħorgu din is-sena, jigifieri: KUPUN 1: Mill-edizzjoni ta’ LULJU, KUPUN 2: Mill-edizzjoni ta’ AWWISSU, KUPUN 3: Minn din l-edizzjoni ta’ SETTEMBRU (li jidher hawn taħt), KUPUN 4: Mill-edizzjoni ta’ OTTUBRU, KUPUN 5: Mill-edizzjoni ta’ NOVEMBRU u KUPUN 6: Mill-edizzjoni ta’ DIĊEMBRU
Kupun 3 – SETTEMBRU 2020 Irrispondi billi timmarka r-risposta li tapplika għalik.
Ibgħat is-sitt kupuni flimkien f’Diċembru
Ġieli attendejt il-kunċert ta’ Joseph Calleja? Iva Le
Kieku għandek it-tfal ta’ 16-il sena tħallihom isiefru waħidhom biex jistudjaw barra? Iva Le
Liema artiklu l-aktar li għoġbok f’din ir-rivista? ______________________________________________________________________________ paġna ______
Ibgħat dan il-kupun flimkien mal-5 l-oħra sal-31 ta’ Diċembru 2020 fuq GWIDA, KOMPETIZZJONI, Content House, Mallia Buildings, 3, Level 2, Triq In-Negozju, Zone 3, Central Business District, Birkirkara, CBD 3010