6 minute read

Il-fostering jinteressak?

IL-FOSTERING, JINTERESSAK? Opportunitajiet ġodda lil tfal li kienu jgħixu f’sitwazzjoni ta’ riskju

L-għan tal-fostering hu li t-tfal jiġu mrobbija f’ambjent ta’ familja, b’dak kollu li għandhom bżonn, sakemm il-familja bijoloġika tagħhom tkun f’qagħda aħjar biex tieħu ħsiebhom. Il-fostering jagħti wkoll opportunitajiet ġodda lil tfal li kienu jgħixu f’sitwazzjoni li setgħet kienet ta’ riskju għalihom u li jkunu għaddew minn diversi trawmi. Jagħtihom opportunità ta’ ambjent san u sigur fejn jistgħu jħejju t-triq futura tagħhom u anke jsaħħu r-relazzjoni mal-familja bijoloġika tagħhom.

Advertisement

Kull persuna tista’ tiffosterja sakemm tkun adult, tidħol filkriterji ta’ eleġibilità, u jkollha l-abiltajiet u l-ħiliet neċessarji biex tieħu ħsieb lit-tfal. Hemm proċess biex wieħed isir foster carer. Dan jinkludi laqgħa inizjarja mal-ħaddiema soċjali fejn issir diskussjoni u jinġabru dokumenti uffiċjali tal-applikanti kif ukoll ta’ membri oħrajn li jgħixu fl-istess residenza. Wara din il-laqgħa jsir it-taħriġ għall-foster carers prospettivi, assessjar intensiv mill-ħaddiema soċjali u fl-aħħar nett issir evalwazzjoni tar-rapport mill-bord tal-fostering hekk kif rakomandat mill-ħaddiema soċjali. Il-foster carers ikollhom kuntatt kontinwu malħaddiema soċjali li tkun qed taħdem id f’id magħhom biex jiġi mħares l-interess tat-tfal fostered. Dan il-kuntatt jista’ jikkonsisti minn telefonati, e-mails u żjajjar fir-residenza tal-foster carers. Barra mill-kuntatt mal-ħaddiema soċjali, il-foster carers jingħataw aktar appoġġ permezz ta’ taħriġ kontinwu, jingħataw l-opportunità li jitkellmu ma’ counsellor fi ħdan ilfostering tim stess jekk ikollhom bżonn aktar sapport u jibbenefikaw minn servizzi oħrajn fi ħdan l-Aġenzija, bħal terapija tal-familja. Isiru wkoll webinars għall-foster carers kollha darba fix-xahar, fejn jiġu diskussi suġġetti relatati mal-fostering.

Għal aktar informazzjoni dwar il-fostering wieħed jista’ jagħmel kuntatt mat-tim billi jċempel fuq in-numru: 2295 9000, jew iżur l-Aġenzija Appoġġ f’dan l-indirizz: 36, Triq San Luqa, Gwardamanġa. Barra minn hekk wieħed jista’ jagħmel kuntatt permezz ta’ Facebook, fuq il-paġna ‘Fostering Service – Malta’.

ĦA RI(Ħ) FA Nippreparaw għal xahar ta’ għatis, u tibdil fit-temperatura!

Hekk kif is-siġar jibdew jaqagħlhom il-weraq, l-arja tibda tiksaħ xi ftit u ma nkantawx iżjed “sħana riħ isfel u gdim tan-nemus”, ikun ifisser li riesqa l-ħarifa fuqna. Hawn ħafna li s-sajf jadurawh, jogħxew b’dik is-sħana qawwija għax jintefgħu l-baħar. Imma hawn min ix-xitwa hija l-aqwa il-qtar li jaħdmu perfettament. Importanti li dejjem

ħabiba tagħhom, imbagħad hemm dawk li jħobbu t-triq tan-nofs li jew jagħżlu r-rebbiegħa jew il-ħarifa. Ġeneralment tisma’ min jgħidlek; is-sajf l-aħjar għax toħroġ, il-ġurnata twila u timrad inqas! Għandhom raġun, iżda dejjem hemm soluzzjonijiet kif tista’ ssib rimedju.

Ngħiduha kif inhi, dan is-sajf keddna xi ftit. Sħana tremenda u jekk ma jkollokx l-air condition fejn tkun qiegħed min jaf kemm ikollok għaraq! Imma issa resqin għall-ħarifa, l-istaġun ftit moderat imma mimli allerġiji. Min jaf kemm-il darba u tkun protett mill-allerġija. Din tal-aħħar trid tkun

smajna, “ħa riħ”, “għatti ħalqek”, “ma tiflaħx?”, “sick illum” u mitt elf frażi oħra. Hu fatt magħruf li meta t-temperatura tibda titbaxxa xi ftit, ħafna minna jimirdu. Imma kif nistgħu niġġieldu dawn l-allerġiji?

L-allerġiji? Dawk tista’ tikkontrollahom!

staġjonali, għaliex faċli jinxtered. Dan huwa speċi ta’ trab fin li jipproduċu s-siġar, il-fjuri u l-ħaxix sabiex jiffertilizzaw pjanti oħrajn tal-istess speċi. Mhux kulħadd jirreaġixxi l-istess meta jieħu nifs b'elementi ta' pollen. Normalment il-ġisem meta jirċievi xi ħaġa li mhux tajba, jiddefendi lilu nnifsu. L-allerġiji tal-pollen jibdew għax is-sistema tal-immunità taħseb li l-pollen huwa xi ħaġa ħażina u tipproduċi kimika biex tiġġilidlu. Ħafna drabi minħabba f’hekk nagħtsu, ikollna mniħirna blokkat u għajnejna jibdew idemmgħu. Dawn huwa sintomi li normalment l-aktar li jaqbadhom in-nies li jbatu mill-allerġiji.

Ħafna drabi l-aktar ħaġa sempliċi li tista’ tagħmel hu li tmur għand l-ispiżjar u tixtri mediċina over-the-counter bħal antihistamines. Decongestants ukoll jaħdmu sabiex ittaffu l-konġestjoni u l-infjammazzjoni. Imbagħad għallimnieħer iqattar u l-għajnejn idemmgħu dejjem hemm tikkonsulta mal-ispiżjar jew tabib qabel tieħu xi mediċina. Apparti minn hekk trid tara x’jaqbel u x’ma jaqbilx ma’ ġismek. Mhux kull persuna hu l-istess.

Jekk tara li l-allerġija li qabditek hija aktar severa, mela l-aħjar li tkellem lit-tabib tal-familja jew speċjalist ħalli tkun tista’ tikkontrolla s-sintomi aħjar. Jeżistu wkoll tilqim immunotherapy li xogħolhom hu li jibnu l-immunità Il-pollen jieħu l-ewwel post bħala kaġun għall-allerġiji

preskritta mingħand it-tabib.

Taf li tista’ tfejjaq lilek innifsek b’mod naturali?

Hemm min il-biċċa xogħol li tibla’ l-pinnoli jew tmur għand l-ispiżjar iddejqu. Ħafna huma dawk li jagħżlu għal ġisimhom ma jiħdux affarijiet mediċinali iżda jippreferu rimedji naturali. Dawn huma magħrufin li jneħħu wkoll kull tip ta’ effett li tista’ tħalli l-allerġija staġjonali fuq ilġisem.

Għandek imnieħer blukkat? L-aħjar li tagħmel ftit ilma fietel imħallat ma’ kwart ta’ kuċċarina melħ u baking soda. Imbagħad minn distanza ħu nifsijiet twal u tara kif tibda tistrieħ. Dan hu metodu perfett kif tista’ tgħin s-sinuses u tnaqqas kull tip ta’ mucus li għandek fis-sistema nasali. Apparti minn hekk melħ u baking soda mhux ser iqumu flus u tista’ dejjem issibhom fil-kċina.

Il-larinġ, il-lumi u l-grapefruit kollha għandhom livell għoli ta' vitamina Ċ u jgħinu l-immunità sabiex jipprevjenu s-sintomi tal-allerġiji staġjonali. Jekk tħobb is-salads, mela għasar lumija u ħawwad il-meraq ma' żejt taż-żebbuġa u użah bħala dressing. Ftakar li l-aħjar hu li tiekol illarinġa minflok tagħsarha jew tixrob xi juice tal-frott. Meta tikolha tkun qed tagħmel iktar ġid għas-sistema immunitarja minn kwalunkwe metodu ieħor.

Jeżistu wkoll vitamini li wieħed jista’ jieħu sabiex isaħħaħ l-immunità tiegħu. Jekk tistaqsi l-ispiżjar, ikollu għażla vasta ta’ vitamini li wieħed jista’ jieħu minflok pinnoli.

Kif tista’ tiġġieled ir-riħ?

Kont taf li l-pollen jista' jivjaġġa fuq kollox? Xagħar, ġilda, ħwejjeġ, etċ... Ma tindunax li tkun qed timxi bih u mingħajr ma tkun taf tkun qed iddaħħlu f'darek. Tista' tnaqqas ir-riskju billi: P Tuża maskra, insomma bil-pandemija ormaj issa drajt tilbisiha. Din ser tgħinek u tipproteġik mhux għall

COVID-19 biss iżda għal kwalunkwe mikrobu ieħor. P Ħalli ż-żarbun barra jew ħdejn il-bieb. Dan il-metodu ser jgħinek biex ma ddaħħalx mikrobi fid-dar tiegħek; apparti minn hekk d-dar tiegħek tibqa' nadifa. P Jekk għandek annimal, imsaħħlu jdejh u saqajh xħin tidħlu mill-mixja. Dawn affarijiet ovvji imma tiskanta kemm neħduhom for granted u ma nagħmluhomx.

Il-pollen jista' jeħel ma' saqajn il-kelb tiegħek b'konsegwenza li meta kelb jiġri mad-dar ikun qed iferrex il-pollen kullimkien. P Xħin tirritorna minn barra, mur inħasel. P Agħlaq dawk it-twieqi – jew tal-inqas agħmel insect screens; dawn jipproteġuk milli jidħlu mikrobi fid-dar tiegħek. Ftakar li l-pollen jista' jivjaġġa faċilment u dan tista’ tipprevenih milli jidħol f'darek.

Temperatura kiesħa ma tmardekx, iżda tagħmlek aktar vulnerabbli li tlaqqat xi virus jew bakterja. Li tixtri l-paracetamol u jkollok biżżejjed għall-familja kollha jekk tagħmel kwarantina ta’ xahar mhux biżżejjed. Trid tara li tipprevjeni milli tlaqqat xi allerġija. Ftakar li l-iġene hija l-aqwa xabla kontra kull tip ta’ mikrobi. Is-sanitizer jgħinek sabiex tkun nadif u ħieles minn kull mikrobu. Bħalma ilek tagħmel, kompli aħsel idejk ta’ spiss.

Il-lumi mhux qiegħed biss biex tinki l-avversarju tiegħek meta jitlef xi logħba, imma bih tista’ tinki lill-allerġiji! Lumi u għasel, flimkien ma’ tazza ilma fietel huwa l-aqwa duwa biex tfejjaq il-griżmejn. Mhux għax għadda s-sajf issa tista’ tillaxka fuq l-ilma, trid tkompli tixrob kemm tista’ ilma sabiex tneħħi l-affarijiet tossiċi li għandek ġewwa.

Ħafna minn dawn l-affarijiet issa qishom daħlu sew firrutina tagħna minħabba l-imxija tal-Coronavirus. Għandek tgħid bis-saħħa ta’ dan il-virus qed nipproteġu ħafna aktar lilna nfusna. Kemm f’ristorant, ħanut jew il-knisja issa bilfors trid tuża s-sanitizer u tilbes maskra. Tgħid la jgħaddi kollox, dawn l-użanzi tajbin ser inħalluhom warajna?

This article is from: