3 minute read
Programmi ġodda mill-Ħarifa
L-iskeda tal-Ħarifa issa dalwaqt magħna u ħafna millf’Salib it-Toroq. Din id-drama ser tkompli mill-Erbgħa 20 ta’
produtturi diġà bdew jirreklamaw il-programm ġdid tagħhom.
Advertisement
B’dispjaċir kbir il-programm Xarabank twaqqaf u mhux ser jixxandar aktar. Skont l-Awtorità tax-Xandir, Xarabank baqa’ l-aktar programm segwit fuq l-Istazzjon Nazzjonali u millistazzjonijiet l-oħra kollha, mill-programmi kollha u fil-ħinijiet kollha tal-ġurnata. Eluf ta’ sigwaċi baqgħu jsegwuh u għamluh l-aktar programm ta’ diskussjoni popolari fl-istorja ta’ Malta.
Drama Sorelle
Mit-Tnejn sal-Ġimgħa fl-3:45pm fuq TVM Is-soap li beda fl-iskeda tal-ħarifa tas-sena l-oħra ser ikompli! Rewind fuq il-paġna ta’ Facebook ħabbru li ser ikun hemm 180 puntata ġdida. F’dawn il-puntati mistenni li naraw karattri ġodda.
L-Ispettur
Kull nhar ta’ Tnejn wara l-aħbarijiet ta’ filgħaxija fuq TVM F’Awwissu tal-2019 beda jinkiteb l-iskript ta’ dan id-dramm, L-Ispettur. Dramm li ser jibda jixxandar kull nhar ta’ Tnejn fuq TVM u ser tibda mit-Tnejn 28 ta’ Settembru. Mario Micallef ser ikun qed jinterpreta l-karattru prinċipali. Liema produzzjoni ser ikollha 64 attur u damu jiffilmjaw kollox 65 ġurnata. Id-dramm, L-Ispettur Bonnici għandu kitba u direzzjoni ta’ Mario Philip Azzopardi. Din id-drama ser tibda fit-28 ta’ Settembru.
F’Ġieħ L-Imħabba
Kull nhar ta’ Tlieta wara l-aħbarijiet ta’ filgħaxija fuq TVM Id-drama tar-Rewind Productions li bdiet is-sena l-oħra ser tkompli fl-iskeda tal-ħarifa. B’kollox 36 puntata ġdida ta’ F’Ġieħ L-Imħabba li ser jibda jixxandar kull nhar ta’ Tlieta wara li jispiċċa L-Għarusa. F’Ġieħ l-Imħabba beħsiebna tuncker jisplodi hekk kif ġie żvelat waqt ir-reklam stess. Din id-drama ser tkompli mid-29 ta’ Settembru.
Division 7
Kull nhar ta’ Erbgħa wara l-aħbarijiet ta’ filgħaxija fuq ONE L-aktar drama segwita fuq l-istazzjonijiet kollha lokali hija Division 7. DBA Entertainment ħabbret li dan ser ikun l-aħħar staġun għal din id-drama maħbuba minn ħafna. F’Division 7 sejrin naraw ir-ritorn ta’ Renzo Bonello fid-drama Maltija tagħha f’ L-Għarusa bħala Lukrezia u dik ta’ Karmelina
kif ukoll Jo Christine Scicluna. JC hija magħrufa għal parti Settembru.
Fattigi
Kull nhar ta’ Ħamis wara l-aħbarijiet ta’ filgħaxija fuq NET Watermelon Media ser jagħtuna t-tielet staġun ta’ din id-drama. Din id-drama kienet maħsuba li tintemm wara t-tieni staġun iżda b’domanda NET għażel li jġedded din id-drama bi staġun ieħor. Il-ġbid ta’ dan l-istaġun issa beda u l-istorja ser tieħu direzzjoni differenti hekk kif it-tliet fattigi issa m’għadhomx jaħdmu ta’ fattigi! L-istorja ta’ Fattigi ser tkompli tiżvolġi mill-Ħamis 1 ta’ Ottubru.
Programmi oħrajn Disintivi
Kull nhar ta’ Erbgħa fl-22.30 fuq ONE Distintivi huwa programm televiżiv ġdid li se jkun qed jixxandar fuq One mill-iskeda ta’ Ottubru. L-ewwel programm se jkun qed jixxandar l-Erbgħa 30 ta’ Settembru, 2020. Distintivi se jkun programm ta’ diskussjoni dedikat kollu kemm hu għaż-żgħażagħ.
Min Imissu?
Kull nhar ta’ Ġimgħa wara l-aħbarijiet tal-ONE Il-programm komiku u satiriku jirritorna fuq ONE. Ser naraw atturi b’karattri ġodda u din id-darba l-karattru tal-Lajf ser jiżvolġi ħafna aktar! Din is-sena b’mistiedna differenti, fejn it-tim tal-produzzjoni jgħidulna li isbaħ minn qatt qabel!
Family Affair
Kull nhar ta’ Sibt u Ħadd fl-16:30 fuq NET Il-programm divertenti ta’ Eileen Montesin u l-familja ser jirritorna għat-tieni sena. Din id-darba fi ġranet u ħinijiet differenti. Eileen twiegħed li ser tirrekordja flimkien malfamilja tagħha aktar kanzunetti li jinżlu tant tajjeb maludjenza.
Mhux Kemm Taf
Kull nhar ta’ Ħamis fis-18:00 fuq ONE Game show ġdid għall-familja kollha bi preżentazzjoni ta’ Matthew Sant Sultana. Matthew hu attur f’Min Imissu, u la hemm hu żgur ser ikun divertenti.
Illum Ma’ Steph
Jirritorna mit-Tnejn sal-Ġimgħa mill-16:45 sas-18:30 fuq TVM Steph b’dik it-tbissima u b’karattru tant simpatiku ser tirritorna bil-programm tagħha min-nhar it-Tnejn 28 ta’ Settembru.
L-GĦARUSA Ser ikompli imma kellhom ineħħu xi xeni minħabba l-pandemija!
Ritratti: Reno Rapa