3 minute read
Kompetizzjoni oroskopju
Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar
Advertisement
Ser ikun mument li tagħraf tkun aktar konċentrat. Bis-saħħa ta’ dan ser issib aktar spazju għalik u għal dak li tant tixtieq twettaq. Issa huwa l-mument li tibda twettaq dak li hu utli biss għalik! Għalhekk tajjeb li tirrifletti! Namaste.
Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu
Ser ikun mument ta’ aktar enerġija pożittiva sabiex tagħmlek aktar organizzat kemm personalment u kemm f’ħidmietek. Dan ser jippermetti li int ser tkun ferm attiv f’dan il-perjodu. Tibżax jekk jista’ jagħti l-każ li tħossok stressjat, agħraf li żżomm bilanċ. Namaste.
Aries mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April
Ser jagħmlek tgħaddi minn fażi li bħal qisek trid tkun aktar iffokat. Żomm kalm sabiex din il-fażi twasslek lejn dak li tant ilek tixtieq. Xorta waħda aħseb dwar il-pjanijiet li trid twettaq sabiex b’hekk tħossok aktar determinat u motivat. Namaste.
Taurus mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju
Ser jagħmlek tħossok aktar sigur u ċert f’dak li ser tibda twettaq. Għalik dan huwa importanti li tibda tħossok hekk, aktar u aktar meta l-ħajja ta’ madwarek sejra tieħu format differenti. Agħraf dan sabiex titkattar. Namaste.
Gemini mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju
Ser ikun mument ta’ pjanar u ta’ deċiżjonijiet dwar il-proġetti li għandek. Minħabba dan int trid tkun imħejji aktar minn qatt qabel sabiex b’hekk tibda twettaq dak li ġej b’ determinazzjoni. Hekk għandek tagħraf tkabbar iżjed il-madwar kollu tiegħek. Irrifletti! Namaste.
Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju
Ser ikun mument ta’ riflessjoni sabiex int tagħraf taħseb aktar dwar il-pass li issa tixtieq twettaq. Taf ukoll li minħabba raġunijiet oħra mdawrin madwarek int għandek tibqa’ moħħok miftuħ u ffukat għal dak li int trid twettaq. Parir dejjem iservik ta’ gwida! Namaste.
Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu
Ser ikun mument li issa tibda l-pjanijiet li ilek tħejji għalihom. Issa m’għandekx iżżomm lilek lura għax dak li għandek riesaq lejk huwa żmien ideali għat-tkabbir tiegħek. Importanti li int ikollok fik it-twemmin li kapaċi tasal! Irrifletti. Namaste.
Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru
Huwa mument fejn int ser tikseb dak l-appoġġ li tixtieq fid-deċiżjonijiet li int trid twettaq. Issa se tagħraf li r-responsabbiltà se tikber madwarek, iżda agħraf biss li issa huwa l-mument li ħa jagħmlek tagħraf tippjana aħjar b’inqas tfixkil. Ħares ’il quddiem biss. Namaste.
Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru
Ser jagħmlek tagħraf aktar l-indipendenza tiegħek. Dan huwa mument ferm importanti għalik, iżda wkoll trid tagħraf it-tajjeb ta’ dak li int għandek madwarek. Jekk int m’intix ħa tagħti kas ta’ dan taf toħloq żbilanċ għall-madwar tiegħek. Għalhekk agħraf in-neċessità ta’ dan. Namaste.
Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sal-21 ta’ Novembru
Ser ikun mument sabiex int tibda tlaħħaq mal-wegħda li int ikkommettejt għaliha. Dan ser joħloq pressjoni madwarek imma jekk minn issa tibda tagħraf tippjana, żgur ser ikun fattur li int tibda tissaħħaħ. Għalhekk agħraf li timxi b’għaqal. Namaste.
Sagittarius mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru
Ser ikun mument fejn int trid tagħraf tieħu s-sitwazzjonijiet li resqin lejk b’aktar kawtela. Jekk int tagħraf iżżomm dan, is-sitwazzjoni ta’ madwarek ser tieħu xejra b’mod differenti f’dak li hemm riesaq lejk. Għalik dan huwa mument ta’ għarfien. Irrifletti sew! Namaste.
Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar
Ser tkun fażi fejn int se tkun kapaċi tagħraf aktar bejn il-vantaġġi u l-iżvantaġġi li ser jibdew iseħħu madwarek. Fil-ġimgħat li ġejjin ser tesperjenza affarijiet li ser iwassluk għad-direzzjoni ideali li tant tixtieq. Għalhekk agħraf sew dan. Namaste.
KOMPETIZZJONI OROSKOPJU MINN PAULJON Iż-żodjaku ta’ Virgo ma’ min huwa kombinat l-aktar? O Ma’ Gemini, o Ma’ Sagittarius, o jew ma’ Cancer?
Isem u Kunjom: ______________________________________________________________________
Indirizz: _____________________________________________________________________________
Mobile Number: ______________________ Ibgħat it-tweġiba tiegħek b'dan il-kupun lil PaulJon Kompetizzjoni Oroskopju, PO BOX 27, PAOLA sas-17 ta’ Awwissu 2020. l-ewwel tweġiba li nirċievu korretta tirbaħ il-kalendarju żodjaku u tiġi mħabbra fl-artiklu li jmiss. Namaste