3 minute read
Programmi tal-Ħadd, Programmi Barranin, Programmi ta’ darba fil
Kull nhar ta’ Ħadd
Malta u lil hinn minnha – fl-10:30 fuq TVM Programm kurrenti li juri l-kultura u ċ-ċivilizzazzjoni mondjali, filwaqt li jenfasizza fuq l-ambjent, il-wirt storiku, xi riċetti tradizzjonali Maltin, u aktar. Din is-sena, il-programm se jiffoka fuq Sqallija, u fuq l-emigranti Maltin li jinsabu f’Ġibiltà u fil-Kanada, f’Vancouver.
Advertisement
Raħal Twelidi – fil-16:00 fuq TVM Raħal Twelidi huwa programm kulturali fuq il-lokalitajiet Maltin. F’kull programm se nżuru lokalità differenti u nsiru nafu aktar dwarha, mill-istorja, sat-tradizzjonijiet, personaġġi, u oħrajn; kollox bi stil leġġer u komiku.
Kompendju – fil-17:00 fuq TVM Il-kwiżż xow bil-Malti ppreżentat minn Melanie Kelly taħt iddirezzjoni ta’ Andreana u Ben Camille. Kwiżż iddedikat kollu għal dak kollu li hu Malti! Kemm taf taqta’ mill-mistoqsijiet tqal li taf tħejji Andreana?
Għawdex Illum – fis-18:15 fuq TVM Se jkompli jippreżenta l-ambjent trankwill Għawdxi. Ilprogramm se jkopri aspetti Għawdxin minn lenti storika, arkitettonika, artistika, kulturali, u ambjentali, filwaqt li jikxef l-użanzi u l-istili tal-ħajja Għawdxija. Fil-Ġnien ma’ Melo – fis-18:45 fuq TVM Fil-Ġnien ma’ Melo huwa programm iddedikat għallbotanika u għall-varjetà kbira ta’ pjanti ffilmjati f’ġonna Sqallin. Melosaul Balzan se jagħti informazzjoni dwar siġar, arbuxelli, pjanti u fjuri varji, li jikbru fis-serer u fil-pajsaġġi ta’ taħt il-muntanja Etna.
Barranin
Beautiful Serengeti – Il Viaggo Mit-Tnejn sal-Ġimgħa fid-8:45 fuq Canale 5 Id-diversità tal-annimali fid-dinja. Din is-serje tlaqqagħna ma’ xenarju mill-isbaħ u niltaqgħu ma’ annimali ta’ kull tip. Minn muntanji sa xmajjar, kull episodju ser iħalli lit-telespettaturi jifhmu aktar dwar iċ-ċiklu tal-ħajja u l-ħolqien.
Days Of Our Lives – (Staġun 53 - Ep 56 – 77) Mit-Tnejn sal-Ġimgħa fis-13:00 fuq Melita More Sami ser iħalli lil Marlena, John u Will. Sonny tibqa’ mbellha xħin tisma’ li Will ibus lil Paul. Hope u Rafe jmorru għal nofs ta’ nhar romantiku iżda l-imħabba sigrieta tagħhom tinkixef. Hope tispiċċa f’argument ma’ Ciara. Chad u Kate jqabbdu speċjalist biex jgħinu lil Theo. Clara tiskopri li Tripp qed iħoss xi ġibdiet lejn Claire. L-isparatura ta’ Theo għadha tidwi u J.J. jara r-riżultat mill-investigazzjoni tal-każ. Il-familja ta’ Salem tingħaqad flimkien biex tiċċelebra l-Milied. J.J. ikollu mistieden mingħajr ma kien qed jistenna. F’dawn l-episodji ser naraw ukoll lil Kate tqerr xi ħaġa kbira. Iżda x’tiskopri Abigail lejlet l-ewwel tas-sena? X’impatt ser tħalli fuq il-karattri ta’ din is-serje?
BEAUTIFUL - Staġun 29 Mit-Tnejn sal-Ġimgħa fis-13:41 fuq Canale 5 Ir-relazzjoni ta’ Zoe u Xander qiegħda f’xifer l-irdum. Xander jitlob lil Zoe tiddeċiedi. Brooke ser tagħmel minn kollox biex iżżomm lil Hope milli tiżżewweġ lil Thomas. Thomas jilgħab logħba fuq Hope biex iġegħelha ċċaqlaq id-data taż-żwieġ. Liam xejn ma ħa pjaċir meta Hope stqarret li ser taġġorna ż-żwieġ ma’ Thomas. Emozzjoniijiet f’dawn l-epsisodji ser ikunu kbar hekk kif Hope u Thomas ser jistaqsu lill-familjari u ħbieb biex ikunu parti miċ-ċerimonja. Thomas javża lil Ridge sabiex jgħid lil Brooke tieqaf tindaħallu fil-pjanijiet. Meta l-familja kollha jkunu miġburin sabiex jaraw lil Thomas u lil Hope jgħidu iva lil xulxin, Hope tiddeċiedi biex tapplika l-istrateġija tagħha. It-tensjoni tikber hekk kif Hope ddum sabiex tidħol mill-entratura taċċerimonja. Iżda dawn it-tnejn ser jiżżewġu? Min ser jikxef is-sigriet dwar it-tarbija Beth?
Una Vita – Mit-Tnejn sal-Ġimgħa fis-14:10 fuq Canale 5
Il-Segreto – Mit-Tnejn sal-Ġimgħa fit-15:30 fuq Canale 5
I Flintstones – Kull nhar ta’ Ħadd fid-8:50 fuq Italia 1
I Simpson – Mit-Tnejn sal-Ġimgħa fis-13:40 fuq Italia 1
Ta’ Darba fil Għanja tal-Poplu
11 ta’ Settembru fuq TVM L-Għanja tal-Poplu konsistentament baqa’ jaħdem qatigħ biex żamm il-kanzunetta Maltija ħajja tant li din is-sena qed itella’ l-44 edizzjoni tal-festival – festival li ra l-bidu tiegħu fl-1973. Din is-sena, il-finali ta’ L-Għanja tal-Poplu 2020 se jkun festival għat-televiżjoni permezz ta’ produzzjoni televiżiva minn PBS. Il-mistieden speċjali ta’ dan il-festival se jkun Philip Vella li rebaħ il-festival tas-sena li għaddiet. Il-preżentaturi tal-festival huma l-aħwa Dorothy u Gianluca Bezzina. B’kollox ġew sottomessi 80 kanzunetta għal din l-44 edizzjoni tal-festival. Minnhom intgħażlu 40 kanzunetta li għaddew għall-fażi semifinali.
Dar Bjorn Ġbir ta’ Fondi
27 ta’ Settembru fuq l-istazzjonijiet kollha Bjorn għandu bżonn l-għajnuna tagħna, s’issa wasal fl-aħħar stadju tad-dar il-ġdida tiegħu u għandu bżonn l-aħħar imbuttatura sabiex ngħinuh jaqta’ din ix-xewqa. Nhar ilĦadd ser ikun hemm ġbir ta’ fondi b’risq Dar Bjorn. Ibgħat donazzjoni b’SMS fuq 50618936 għal €6.99 jew ċempel 51002017 biex tagħti €20.