5 minute read
Wasal iż-żmien mistenni minn kulħadd
WASAL IŻ-ŻMIEN MISTENNI MINN KULĦADD Le mhux il-Karnival imma l-imbierka skola! 12 ta’ Marzu – ħadd ma basar li dik kienet ser tkun il-ġenn u r-raxx ta’ nies f’dik il-ġimgħa li terġa’ tiftaħ l-aħħar ġurnata skola. Kienet ħasda kemm għall-għalliema l-iskola. Li tippjana dejjem tajjeb, ħa tkun qabel kulħadd. kif ukoll għall-istudenti. L-istudenti ħasbu li kienu ser jieħdu ġimgħa vaganza, iżda marru żmerċ, mill-għada Iċċekkja kollox! – Agħmel check-up ħafif lit-tfal u ara l-għalliema raw kif jagħmlu sabiex ikunu jistgħu jagħtu li jinsabu tajbin fis-saħħa. Importanti issa qabel kollox l-lezzjonijiet tagħhom b’metodi differenti. L-istudenti li t-tfal ikunu b’saħħithom. Kemm ilek ma tagħmlilhom batew ħafna, dawk tal-aħħar sena spiċċaw biex lanqas qalu viżta tan-nuċċali? Taf jekk it-tfal hux imlaqqmin għal kull ċaw lil xulxin. Imma issa ser terġa’ tibda l-iskola! Forsi ma vaċċin li hemm bżonn jieħdu? Iċċekkja wkoll l-affarijiet tafx kif din is-sena jagħmluha b’mod komplut. Imma int li ser jieħdu magħhom. L-uniformi għadha tiġihom jew lest għal sena skolastika? Jekk tkun organizzat, kollox ikun trid tixtri waħda ġdida? Il-basket għadu tajjeb jew wasal faċli, sempliċi ftakar: għal ħuh?
Attent għad-dati! – Żomm nota tad-dati importanti, bħal meta għandek tmur tiġbor il-lista l-ġdida tal-iskola, jekk tridx tixtri xi uniformi, xi laqgħat li għandek mal-għalliema. Ara kif tippjana kollox u ikteb kollox fi djarju.
Advertisement
Biegħ u Ixtri! – Biegħ dawk il-kotba li m’għandekx bżonn aktar u ixtri dawk li għandek bżonn biss. Iċċekja li t-tfal għandhom l-affarijiet kollha neċessarji għal sena skolastika. Ftakar li jekk tixtri l-affarijiet qabel, ma tesperjenzax Diskors importanti! – Hemm bżonn li bħala ġenitur tfakkar lil uliedek affarijiet importanti. Dawn jinkludu l-importanza tal-iġene u li dejjem jaħslu jdejhom. L-importanza li ma jmissux affarijiet tal-oħrajn u jżommu d-distanza soċjali fejn hemm bżonn. Kellimhom bi ħlewwa u għallimhom għalfejn issa iktar minn qatt qabel għandhom bżonn joqogħdu aktar attenti. Għal tfal żgħar għallimhom l-indirizz fejn toqgħod u anke l-mobile number f’każ ta’ bżonn.
Antiċipa d-data l-ġdida! – Hemm bżonn ukoll l-għajnuna tiegħek sabiex tħeġġiġhom għad-data l-ġdida. Kemm ilhom weqfin, jafu tgħażżnu xi ftit imma issa għandhom bżonn jimtlew bil-kuraġġ possibbli għal sena ġdida. Sena fejn ser jitgħallmu affarijiet ġodda, jagħmlu ħbieb u jesperjenzaw esperjenzi li qatt ma kienu għexu qabel.
Mat-tfal importanti li dejjem iżżomm komunikazzjoni b’saħħitha. Iddejjaqhomx, iżda kun dejjem hemm għalihom. Jekk jiftħu qalbhom miegħek ħu pjaċir għax sinjal li qed jafdawk, imma tisfurzahomx. La jkunu lesti u preparati jgħidulek b’kollox. Afdalhom affarijiet minn tiegħek mill-ħajja tiegħek ħalli huma jagħmlu l-istess ħaġa. Issa wasalna għallaffarijiet prattiċi. Għamilnielek din il-lista sabiex żgur ma tinsa xejn issa li ser terġa’ tibda l-iskola.
Fil-bidu ta’ Settembru – Lest għall-countdown? Kun żgur li għandek dawn l-affarijiet lesti! P Viżta tan-nuċċali għat-tfal f’każ ta’ bżonn. P Waħħal kopja tal-laqgħat u dati importanti mal-friġġ. P Agħmel testijiet tas-saħħa lit-tfal ħalli tassigura li kollox sew. P Staqsi lit-tfal xi ftit mistoqsijiet bħala revision. Jieħdu pjaċir jekk tagħmliha f’forma ta’ logħba. P Derrihom iqumu kmieni u agħtihom kolazzjon tajjeb filgħodu. P Ara li għandek l-affarijiet neċessarji kollha; karti, lapsijiet, biros, pitazzi, etċ... P Iċċekkja l-uniformi u jekk ma tiġihomx, issa ċ-ċans li tordna waħda ġdida. P Jekk ma taħdimx, fittex kors interessanti li tista’ tapplika għalih. Din tista tgħinek sabiex timla l-ħin u tagħmel ħbieb ġodda inti wkoll. Dejjem xtaqt titgħallem kif tħit? Jew forsi tixtieq li tagħmel xi kors fuq it-tisjir? Issa ċ-ċans. F’Ottubru jibdew ħafna korsijiet li jgħoddu għalik!
3 ġimgħat qabel – issa l-waqt li tkompli tipprepara għalliskola. Għin lit-tfal jippreparaw ruħhom mentalment billi tħeġġiġhom jieħdu deċiżjonijiet. Meta tmur biex tixtri l-affarijiet li hemm bżonn ħudhom miegħek u ħallihom jieħdu deċiżjoni ta’ xi jridu. Apparti minn hekk fil-ħwienet tal-kotba
tista’ ssib ħafna logħob edukattiv għat-tfal li tista’ tilgħab magħhom, issa anke bil-Malti! Dawn jgħinu sabiex inaqqsu t-tensjoni u jimtlew bil-kuraġġ għal sena ġdida. Issa l-waqt ukoll li tara kif ser imorru t-tfal l-iskola u tiċċekja mas-sistema tat-trasport tal-iskola.
Tinsiex, qatta’ ħin ta’ kwalità mat-tfal qabel ikun tard wisq. Dan iż-żmien huwa importanti biex issaħħaħ irrelazzjoni tiegħek mat-tfal u tgħinhom jikbru.
Ġimagħtejn qabel – Għid lit-tfal biex isibu ħin u jiżbarazzaw il-kamra tagħhom. Erfa’ dawk il-kotba antiki li issa m’għandekx bżonn u agħmel spazju għall-kotba l-ġodda. Żbarazza kullimkien għax issa ġejjin ħafna pitazzi ġodda f’dik il-kamra. Jekk m’għandhomx desk, issa l-waqt li tinvesti f’waħda komda għalihom.
Ara wkoll li għandek it-tagħmir elettroniku tajjeb bissoftwares addattati. Bħalissa jkun il-waqt li tibbenifika minn skonti fuq affarijiet elettroniċi. Bis-saħħa ta’ offerti li ħafna kumpaniji joffru, int tista’ tixtri l-affarijiet b’roħs. Issa hu l-waqt li tagħmel dan il-ħsieb u jekk għandek tixtri dak il-laptop jew kompjuter, iddeċiedi issa! Ftakar li dawn l-offerti mhux għal dejjem u jekk tipprepara minn qabel jaf ikollok minn fejn tagħżel u tieħu l-offerti t-tajbin!
Ġimgħa qabel – l-eċitament issa beda tiela’ ġmielu u issa hu l-waqt li tiffoka fuq dettalji u rqaqat. Bħal ippjanajt x’ser tagħtihom bħala lunch lit-tfal? Varjalhom ftit il-menu u mhux dejjem l-istess; introduċilhom ħaxix bnin li jħobbu huma. L-ewwel ġimgħa ta’ skola ġeneralment tkun ftit ta’ stress, għalhekk ippjana x’ser issajjar filgħaxijiet, idealment ikliet ħfief li ma tantx
jirrekjedu ħafna preparamenti ħalli tiffoka kif ser tgħin lit-tfal jaddattaw. Agħmel lista ta’ affarijiet li baqagħlek tixtri ħalli teħlishom.
Ftit jiem qabel – Fl-aħħar waslet il-ġurnata li tant ilek tipprepara għaliha imma qabel xejn iċċekkja: P Għandek isem it-tifel/tifla fuq l-affarijiet personali?
Ikteb l-isem u d-dettalji sabiex ħadd ma jieħu l-affarijiet ta’ wliedek. Tinsiex kemm hu importanti li
kulħadd ikollu l-affarijiet tiegħu. P Dik l-imbierka iġene! Qis li fil-basket uliedek ikollhom wipes jew sanitizer ħalli jkunu jistgħu jimsħu jdejhom u jżommu lilhom infushom nodfa. P Qis li għandek fil-basket lunch box, flixkun tal-ilma, notebooks, folders, pocket mimli bil-biros, lapsijiet, gomma, riga, etċ... Ara wkoll li għandek USB flash drives ħalli jkunu jistgħu jissevjaw id-data, umbrella u dak kollu li l-għalliema għamlulek fil-lista. P Qis li t-tfal għandhom xagħarhom maqtugħ pulit; jekk filkas agħmel appuntament għand il-barbier jew taxxagħar. P Żomm kollox fi djarju ħalli ma jaħrablek xejn. P Tkellem ma’ wliedek biex tara humiex eċitati li ser jerġgħu jibdew, għidilhom jirrakkuntawlek affarijiet li vera jixtiequ, itlob parir mingħandhom dwar x’jixtiequ jsibu għal-lunch.
Ġurnata qabel – qis li għandek l-uniformi mgħoddija sew u pulita! Ipprepara l-ikel għal nofsinhar u forsi xi snack bnin li jistgħu jieħdu magħhom l-iskola. Agħmel l-alarm u għid lit-tfal sabiex jidħlu jorqdu kmieni. Fl-aħħar il-ġurnata waslet, għandek kollox ippreparat! B’hekk ser tħossok tajjeb għax ma ħarablek xejn! Nawguraw lilek u lil uliedek sena skolastika tajba!