Editorjal
WASAL IŻ-ŻMIEN MISTENNI MINN KULĦADD
Le mhux il-Karnival imma l-imbierka skola! 12 ta’ Marzu – ħadd ma basar li dik kienet ser tkun l-aħħar ġurnata skola. Kienet ħasda kemm għall-għalliema kif ukoll għall-istudenti. L-istudenti ħasbu li kienu ser jieħdu ġimgħa vaganza, iżda marru żmerċ, mill-għada l-għalliema raw kif jagħmlu sabiex ikunu jistgħu jagħtu l-lezzjonijiet tagħhom b’metodi differenti. L-istudenti batew ħafna, dawk tal-aħħar sena spiċċaw biex lanqas qalu ċaw lil xulxin. Imma issa ser terġa’ tibda l-iskola! Forsi ma tafx kif din is-sena jagħmluha b’mod komplut. Imma int lest għal sena skolastika? Jekk tkun organizzat, kollox ikun faċli, sempliċi ftakar:
il-ġenn u r-raxx ta’ nies f’dik il-ġimgħa li terġa’ tiftaħ l-iskola. Li tippjana dejjem tajjeb, ħa tkun qabel kulħadd.
Attent għad-dati! – Żomm nota tad-dati importanti, bħal meta għandek tmur tiġbor il-lista l-ġdida tal-iskola, jekk tridx tixtri xi uniformi, xi laqgħat li għandek mal-għalliema. Ara kif tippjana kollox u ikteb kollox fi djarju.
Diskors importanti! – Hemm bżonn li bħala ġenitur tfakkar lil uliedek affarijiet importanti. Dawn jinkludu l-importanza tal-iġene u li dejjem jaħslu jdejhom. L-importanza li ma jmissux affarijiet tal-oħrajn u jżommu d-distanza soċjali fejn hemm bżonn. Kellimhom bi ħlewwa u għallimhom għalfejn issa iktar minn qatt qabel għandhom bżonn joqogħdu aktar attenti. Għal tfal żgħar għallimhom l-indirizz fejn toqgħod u anke l-mobile number f’każ ta’ bżonn.
Biegħ u Ixtri! – Biegħ dawk il-kotba li m’għandekx bżonn aktar u ixtri dawk li għandek bżonn biss. Iċċekja li t-tfal għandhom l-affarijiet kollha neċessarji għal sena skolastika. Ftakar li jekk tixtri l-affarijiet qabel, ma tesperjenzax
Iċċekkja kollox! – Agħmel check-up ħafif lit-tfal u ara li jinsabu tajbin fis-saħħa. Importanti issa qabel kollox li t-tfal ikunu b’saħħithom. Kemm ilek ma tagħmlilhom viżta tan-nuċċali? Taf jekk it-tfal hux imlaqqmin għal kull vaċċin li hemm bżonn jieħdu? Iċċekkja wkoll l-affarijiet li ser jieħdu magħhom. L-uniformi għadha tiġihom jew trid tixtri waħda ġdida? Il-basket għadu tajjeb jew wasal għal ħuh?
GWIDA Settembru 2020 53