GWIDA SETTEMBRU 2020
fuq kollox u fuq kulħadd 58 sena ta' suċċess
GWIDA IKBAR, ISBAĦ U B’AKTAR PAĠNI KULL L-EWWEL ĦADD TAX-XAHAR! U TISTA’ TIRBAĦ
GWIDA. mt
€1.95
€1,000!
INTERVISTA ESKLUSSIVA MAT-TENUR MALTI JOSEPH CALLEJA “Ilni ma nkun daqshekk Malta mill-1996...”
EDITUR Anthony M Baldacchino DISINJATUR James Debono QARREJJA TAL-PROVI Nicole Sammut SALES MANAGER TALPUBBLIKAZZJONI Jessica Spiteri Catania BRAND SALES EXECUTIVE Wanaha Camilleri OPERATIONS & CLIENT RELATIONSHIP MANAGER Elena Dimech RITRATT TAL-ISTORJA PRINĊIPALI Andrew Borg Carbott (Cacti) EMAIL info@gwida.mt SIBNA FUQ FACEBOOK @Gwida.mt SIT UFFIĊJALI www.gwida.mt UFFIĊĊJU EDITORJALI, PUBBLIKATUR, UFFIĊĊJU GĦAR-REKLAMAR Content House, Mallia Buildings, 3, Level 2, Triq in-Negozju, Zone 3, Central Business District, Birkirkara, CBD 3010 TEL 2132 0713 PUBBLIKATUR
08. Joseph Calleja – Ma’ Zucchero jkanta għall-ewwel darba bla udjenza!
KONTENUT GWIDA SETTEMBRU 2020
Storja Prinċipali
08. Joseph Calleja – Ma’ Zucchero jkanta għall-ewwel darba bla udjenza!
Intervisti
14. Emily L-anġlu tal-Maltin – Intervista m’omm Emily, Vanessa Gatt 18. Domnic Attard - Minn student li jdawwal il-Prize Day għall professjonist li jaħdem fl-akbar kunċerti f’pajjiżna
23. Is-Surmast Lelio Spiteri – “Studenti għatxana jidħlu lura l-iskola” 25. Steph Rodgers – L-għalliema tal-Malti fuq TikTok 70. Fabian U Sarah – Jiżżewġu minkejja l-mewġ kontrihom u l-qtigħ il-qalb
Skeda
30. Programmi mit-Tnejn sal-Ġimgħa 31. Programmi tat-Tnejn 32. Programmi tat-Tlieta u l-Erbgħa 33. Programmi tal-Ħamis, il-Ġimgħa u s-Sibt 34. Programmi tal-Ħadd, Programmi Barranin, Programmi ta’ darba fil 35. Programmi ġodda mill-Ħarifa
Speċjali (L-Għarusa)
38. Min qatel lill-Għarusa? Intervista ma’ 3 atturi minn din is-serje 40. L-istorja ta’ ‘l-Għarusa’ – X’ġara pass pass... 42. Intervista mal-produtturi tad-drama ‘L-Għarusa’ – Justin u Steven
Editorjal
26. Dorsen ta’ 8 snin diġà jaħdem fil-minjieri 47. Il-fostering jinteressak? 49. Ħa Ri(ħ) Fa – Nippreparaw għal xahar ta’ għatis u tibdil fit-temperatura! 53. Wasal iż-żmien mistenni minn kulħadd! 77. Iż-żodjaku ma’ PaulJon - Kun af aktar dwar iż-żodjaku ta’ Virgo
Tagħrif
60. Il-Kura tax-xagħar – linji gwida ta’ kif tista’ tieħu ħsieb xagħrek 62. Parir tal-Psikologa – L-istadji tal-lingwa skont l-iżvilupp u l-età
Skript © Content House 2020 Id-drittijiet huma kollha riservati. Riproduzzjoni tar-rivista jew parti minnha hu pprojbit mingħajr permess speċjali u bil-kitba. L-opinjonijiet inklużi fil-GWIDA mhux neċessarjament huma dawk talEditur jew tal-Pubblikatur. Minkejja li kull attenzjoni raġjonevolittieħdet biex il-magażin ikun korrett u komplut, l-Editur u l-Pubblikatur mhumiex responsabbli għal żbalji u nuqqasijiet fl-artikli, reklamar, ritratti u stampi.
GWIDA tkun għall-bejgħ kull l-ewwel Ħadd tax-xahar.
65. Strada Stretta Episodju 3 / L-ewwel staġun - Ir-raba’ parti
Riċetti
73. Riċetta ta’ Manuel Xuereb - Vażetti tal-avokado u żerriegħa taċ-chia bilcoconut u pistaċċi
75. Riċetta ta’ Anton B. Dougall - Insalata Mħawra
Kompetizzjoni
29. Kupun 3 minn 6 - Biex tirbaħ €1,000 ma’ GWIDA 59. Tisliba bi premju 78. Kompetizzjoni oroskopju
GWIDA Settembru 2020
5
L-ITTRA TAL-EDITUR
Anthony M. Baldacchino - Editur ta' GWIDA Lill-qarreja tal-GWIDA, Grazzi talli għal darb’oħra għażilt li tixtri dan il-magażin. Fl-ittra nixtieq li nlaqqagħkom ma’ żewġ artisti li qed jagħmlu minn kollox biex iwasslu leħinhom. Ma jistax jonqos, aħna ta’ GWIDA dejjem tajna spazju għal kulħadd biex nippromwovu t-talent lokali.
Philip Vella – iniedi album blisem 60+
Philip Vella hu wieħed mill-aktar kompożituri ta’ suċċess f’pajjiżna. Irrappreżenta lil Malta bħala kompożitur kemm-il darba. Ikkompona mużika għal għadd ta’ logħob tal-komputer popolari fil-Ġermanja. Il-mużika tiegħu semgħetha wkoll ir-reġina Eliżabetta II waqt iċċerimonja tal-ftuħ tal-Commonwealth Heads of Government Meeting, li kien sar f’Malta, peress li kien ikkompona ilmużika għal din iċ-ċerimonja. Philip rebaħ ukoll l-Għanja tal-Poplu tliet darbiet u minn dan il-festival ħafna mill-kanzunetti baqgħu popolari. Issa Philip għandu proġett ġdid bl-isem ta’ 60+. “Minn dejjem kienet il-ħolma tiegħi li nagħmel album ta’ kanzunetti personali, bi stili ta’ mużika kif inħobb jien, mingħajr il-parametri ta’ kanzunetti li jridu jkunu addattati għall-festivals, kif kienu l-kanzunetti tal-albums preċedenti tiegħi. B’din il-kollezzjoni, ilħolma tiegħi saret realtà. Kelli ċ-ċans nesplora suġġetti li għandhom post ġewwa moħħi u ġewwa qalbi, kif ukoll stili ta’ mużika li nassoċja miegħi nnifsi, u fejn inħoss li jien komdu. Bla dubju, l-istrument prinċipali hija il-kitarra. Ma nistax ma nsemmix l-awturi li offrewli l-lirika tagħhom għal dan l-album bħal Alfred C. Sant, il-Professur Joe Friggieri, l-Onor. Evarist Bartolo, Joe Chircop u Paul Ellul. Ma nistax inħalli barra lit-tifel tiegħi, Sean, għall-paċenzja kbira li ħa bija, kif ukoll għall-produzzjoni ta’ dan l-album. Nispera li tieħdu gost tisimgħu dawn il-kanzunetti daqskemm ħadt gost jiena biex għamilthom,” jgħidilna Philip Vella. Wieħed mill-kritiċi li ta’ sikwit jitkellem ħafna fuq il-mużika Maltija hu Toni Sant. Toni fuq l-album il-ġdid ta’ Philip qal, “L-aktar ħaġa li ħadt pjaċir biha fl-album kollu huwa li fl-ebda mument ma ħassejtni qed nisma’ l-ovvju jew dak li neċessarjament kont qed nistenna. L-album
6
GWIDA Settembru 2020
mimli sorpriżi żgħar mill-isbaħ. Tassew ħadt pjaċir nisimgħu kollu mill-bidu sal-aħħar, imqar darba.”
Enya Magri – kantanta promettenti li qed tniedi kanzunetta ġdida
Lura f’Mejju 2019, l-artista magħrufa għall-parteċipazzjoni fiz-Zecchino d’Oro, Enya Magri, għamlet id-debutt tagħha fl-industrija tal-mużika lokali bil-kanzunetta ta’ ġeneru pop modern, Safe Haven fuq lirika t’oħtha Jody Magri, bi produzzjoni ta’ Cyprian Cassar. Hija rċeviet diversi kummenti pożittivi u kienet ta’ suċċess mal-ewwel, tant hu hekk li waslet mal-aħjar 10 kanzunetti fuq diversi klassifiċi lokali fosthom; iTunes, Dj Vision, 89.7 Bay u ONE Radio 92.7. Wara kampanja intensiva ta’ promozzjoni lejn l-aħħar tas-sajf, u f’nofs l-istudji għall-eżamijiet fil-livell Avvanzat, Enya, flimkien mattim tagħha, ddeċidiet li tibda x-xogħol fuq il-kanzunetta li jmiss. Cyprian produċa ħoss sajfi tal-widna fil-ġeneru pop filwaqt li Jody kitbet lirika pożittiva. Sabiex tissapportja l-irrilaxxar ta’ din il-kanzunetta, Enya ħadmet fuq vidjow mużikali flimkien ma’ Matthew Muscat Drago li jinkludi diversi extras u props, fil-limiti tal-Mellieħa, ftit ’il fuq mit-Torri l-Aħmar. Tistgħu taraw dan il-vidjow billi tidħlu fuq il-pjattaformi digitali t’Enya Magri fuq Facebook, Twitter u Instagram. Nawguraw minn qalbna lil dawn iż-żewġ artisti li qed ikomplu jagħmlu kemm unur lilhom kif ukoll unur lil Malta għall-istorja li qed iħallu warajhom. F’dan ix-xahar, proprju fit-28 ta’ Settembru r-rivista GWIDA tagħlaq 58 sena. Kburin li l-GWIDA għadha daqshekk popolari magħkom! Għandek xi koppji tal-edizzjonijiet passati? Ibgħatilna email info@gwida.mt jew ittra, nieħdu pjaċir!
GWIDA Settembru 2020
7
Storja Prinċipali
Ritratt: Andrew Borg Carbott (Cacti)
JOSEPH CALLEJA
Ma’ Zucchero jkanta għall-ewwel darba bla udjenza! Iltqajna ma’ Joseph Calleja ftit ’l isfel mit-Torri l-Aħmar! Xi ġmiel ta’ veduta, tista’ tara lil Malta u Għawdex taħtek. Stajna nammiraw l-għasafar ipespsu, il-ġmiel tassilenzju, flora Maltija... Imma l-isbaħ ħaġa li apprezzajna flimkien kien iż-żerniq. Kienet xena surreali b’dak il-ġmiel ta’ natura; intlifna f’konversazzjoni fuq il-Covid-19, fuq l-album il-ġdid tiegħu, it-tfal u bilħaqq kif kien Joseph Calleja bħala student. Innutajna kemm Joseph hu persuna li jammira n-natura. Xħin ra l-għasafar irrakkontali kif l-hena tiegħu jmur f’dak il-post sabiex jammira l-għasafar u n-natura. Qalilna wkoll dwar passaġġ sigriet li skopra meta ta’ kuljum jagħmel ilpassiġġata tiegħu l-Mellieħa. Konna nafu li dak il-post hu 8
GWIDA Settembru 2020
għal qalb Joseph għax qalilna bil-ħin eżatt taż-żerniq u kemm idum. Il-pandemija affettwat ħafna s-settur tiegħu, fil-fatt xħin konna hemm qalilna bl-aħbar li kellu jħassar tour ieħor, din id-darba ġewwa l-Awstralja. Kien ser ikun l-ewwel tour tiegħu hemmhekk iżda kollox ġie pospost għas-sena d-dieħla. Ilek ma tkun daqshekk Malta mill-1996! Minn dik issena bdejt b’kunċert wara l-ieħor u ħadt il-fama tiegħek bħala The Maltese Tenor. X’għamilt f’dan il-perjodu? Il-verità li ftit minn kollox. Kelli diżappunt kbir li tlift ħafna xogħol, ix-xogħol mitluf qatt mhu sabiħ. Ilni ma nkun daqshekk Malta mill-1996, imma tgħallimt ħafna affarijiet. Tgħallimt insajjar aktar, naħmi l-ħobż u rnexxieli nitgħallem nagħmel
Storja Prinċipali
pizza tal-ġenn! Irnexxieli nitgħallem aktar fuq ix-xogħol li jinvolvi l-ġnien. Imma l-aktar ħaġa li apprezzajt hija li qattajt ħafna iżjed ħin mat-tfal u l-familja tiegħi. Min jaf kemm ħadu pjaċir li qattgħu ħafna ħin ma’ missierhom. X’qalulek? It-tfal u l-klieb li nqishom bħala t-tfal tiegħi, ħadu pjaċir ħafna. Qatt ma rawni daqshekk fit-tul. Jien jekk jirnexxieli, nagħmel bejn xahrejn u tliet xhur totali f’sena Malta. Issa ilni kważi sitt xhur. Issa qed nistenna b’ħerqa kbira li nerġgħu nibdew il-kalendarju barra minn Malta. L-ewwel kunċert li kellek barra minn Malta wara l-pandemija ħadt lit-tfal miegħek. Kien fl-14 ta' Lulju fi Schloss Elmau, riżort ġewwa l-Ġermanja. X’kienet l-atmosfera hemmhekk? L-atmosfera kienet waħda ferriħija immens. In-nies kellhom ġuħ enormi għall-performance li għamilt. Is-sala kienet mibjugħa kollha! Nixtieq nieħu din l-opportunità biex nitkellem fuq l-opra. Opra barra minn Malta f’ħafna pajjiżi reġgħet bdiet! Spanja, l-Italja, il-Ġermanja, Vjenna hemm isSalzburg festival... F’dawn ma kienx hemm s’issa każ wieħed ta’ Covid-19 minn dawn “l-attivitajiet tal-massa”. Wieħed irid joqgħod daqsxejn attent illi hemm attivitajiet tal-massa li hemm riskju kbir u hemm avvenimenti tal-massa wkoll fejn ir-riskju huwa żgħir. Kważi aktar għandek riskju meta tistieden in-nies fid-dar tiegħek milli tmur kunċert li jkollu ċertu restrizzjonijiet. Ma rridx inkun insensittiv u nifhem kemm il-virus huwa kiefer għal persentaġġ ta’ nies. Imma wieħed irid jagħmel distinzjoni bejn attività u attività. Issa m’għandi l-ebda interess personali, għax il-kunċert għadda u għamilnieh mingħajr udjenza. Jiena tal-fehma illi l-attivitajiet live, fejn l-udjenza ma tiċċaqlaqx u tkun fl-istess post bl-inqas riskju possibbli, m’hemm l-ebda raġuni li ma jistgħux jerġgħu jibdew isiru. Kieku int Prim Ministru ta’ Malta, x’deċiżjoni tieħu? Bħalissa ma rridx inkun xagħra waħda fuq l-ebda Prim Ministru tal-ebda pajjiż. L-ebda deċiżjoni mhi ser tkun tajba. Id-deċiżjoni illi tara n-nies imutu kważi immedjatament, hija ħażina. Deċiżjoni li tara n-nies imutu minħabba riperkussjonijiet ekonomiċi u x’aktarx imutu persentaġġ ħafna iktar, hija ħażina wkoll. Sfortunatament l-għażla ta’ Prim Ministru jew President f’kull pajjiż hija kif jgħidu l-Ingliżi “the lesser of two evils” jew inkella l-inqas agħar ħaġa. Kienet ħarġet qlajja fuqek li ser toħroġ għall-politika. Titħajjar? Assolutament le! Il-fatt li tkun tajjeb biex titkellem ma jfissirx li tkun tajjeb għall-politika. Jiena s’issa għandi dak il-ħsieb f’moħħi. Ma nafx x’jiġri fil-futur għax ma rridx inkun “famous last words” imma s’issa m’għandi ebda ħsieb jew xenqa li nidħol fil-politika.
“Kważi aktar għandek riskju meta tistieden in-nies fid-dar tiegħek milli tmur kunċert li jkollu ċertu restrizzjonijiet.” Lil hinn mill-ħajja personali tiegħek. Naf kemm għandek għal qalbek it-tfal. Clara f’Settembru ser tkun qed tibda fażi ġdida fil-ħajja tagħha. Ser tibda titgħallem b’serjetà l-mużika u tattendi skola barra. Kif ħadtha li ħa ssiefer waħidha? Ħa tkun ġo skola ġewwa l-Ingilterra fejn ser tkun qed tenfasizza fuq l-affarijiet li tħobb hi. Tikteb il-mużika, tkanta, etċ... Qed turi talent notevoli, però ż-żmien jagħtina parir. Hi mhux ser tkun fl-opra imma mużika leġġera. Biex tagħmel suċċess f’din il-linja hija diffiċli ħafna. It-talent qiegħed hemm però xorta trid taħdem ħafna. Irridu naraw jekk it-talent tagħha u l-ħeġġa tagħha hux ser ikunu biżżejjed biex jarawha tagħmel suċċess fil-linja li trid issegwi. Fil-fatt fuq GWIDA tal-edizzjonijiet passati kont stqarrejt li tibża’ li t-tfal tiegħek imorru fil-linja tal-kant... Verissimu, kont qed nirreferi għall-kant tal-opra. Fl-opra sfortunatament in-nies li għamlu suċċess fiha huma ħafna inqas mid-dinja tal-mużika leġġera. Huwa diffiċli fit-tnejn li huma biex tilħaq il-quċċata, anzi għall-quċċata hu aktar diffiċli fil-mużika leġġera għax hemm ħafna aktar nies u kompetizzjoni. Jekk wieħed ikollu t-talent u l-għatx biex itejjeb lilu nnifsu u jagħmel suċċess, finalment kollox ikun possibbli. Irid li jkun hemm il-ħeġġa. Ġieli rajniekom tkantaw flimkien fil-karozza... imma d-dar tagħmluha ta’ spiss? U xi tkantaw? L-aktar risposta onesta hija iva! Aħna d-dar ferriħin, fil-karozza l-ħin kollu niċċajtaw flimkien. Mhux l-ewwel darba li nispiċċaw inkantaw. Inkantaw kollox Queen, Nickelback, Guns & Roses, anke mill-mużika moderna bħal Perfect ta’ Ed Sheeran... Peress li din is-sena qattajt ħafna ħin mat-tfal, is-sena d-dieħla tnaqqas mix-xogħol biex terġa’ tagħmel l-istess? Naħseb aktar inżid ix-xogħol biex nirkupra, jew nipprova nirkupra milli tlift din is-sena.
GWIDA Settembru 2020
9
Joseph, inti wkoll ambaxxatur għal Malta. Titkellem ħafna fuq Malta mal-artisti internazzjonali? Iva, bla ma trid id-diskors imur dejjem fuq Malta. Ma’ Zucchero, diġà kantajt miegħu, tkellimt ħafna fuq Malta. Ma’ kulħadd nispiċċa nitkellem fuq pajjiżi, il-verità hi li vera cliché li dejjem nitkellem fuq dan is-suġġett, imma l-imħabba li għandi għall-Maltin u Għawdxin hija onesta u vera. Ma’ kull min niltaqa’ jafu li jien l-ambaxxatur kulturali għal Malta u d-diskors jaqa’ dejjem fuq Malta, kemm filpożittiv u xi kultant anke fin-negattiv. Ftit tal-jiem ħallietna Marie Therese Vassallo fl-età ta' 71 sena. Marie kienet mezzo sopran magħrufa kemm lokalment kif ukoll barra minn xtutna. Ġieli kantajt magħha? Kont tafha? Kont nafha ħafna żmien ilu. Immur lura għoxrin sena ilu! Marie kienet mara ħabrieka li għamlet ħafna ġid fis-settur tal-arti f’Malta. Kont kellimtha u naf kemm għamlet ġid. Kienet maħbuba minn ħafna nies. Meta jmut xi ħadd hekk, kif meta ħalliena l-għalliem tiegħi, ħabib u għalija nannu Paul Axiaq, insibha diffiċli. Fejn jidħlu affarijiet tal-mewt ma tantx naf kif ser naffaċċja s-sitwazzjoni. Għadu kif miet iz-ziju tiegħi Carmeno Bianco ta’ Grabiel u sal-lum għadni nsibha diffiċli biex nipproċessa t-telfa tiegħu. Semmejt lil Paul Axiaq, dan prattikament kien jgħix għand ommok fl-aħħar ta’ ħajtu. Kellkom relazzjoni tajba flimkien? Ġieli qagħad hemm iva. Paul Axiaq kien qisu missier missieri, in-nannu tiegħi u l-bużnannu tat-tfal tiegħi qabel
ħalliena. Kien ġojjel! Imwieled f’Jannar b’distakk ta’ 55 sena bejnietna u kien iħobbni daqs id-dawl t’għajnejh, u kien hemm imħabba reċiproka. Nerġa’ ngħid li fit-tajjeb u l-ħażin nipproċessa l-mewt billi kważi nibblokkha ’l barra minn moħħi, inkella nsibha diffiċli ħafna. Insibha diffiċli nġarrab it-telfa ta’ ċertu nies li kont inħobb ħafna; filli jkunu hemm u l-għada mhumiex. X’jgħidlek Paul kieku jarak issa? Paul dejjem isib xi ħaġa x’jikkritika għax kien iħobbni! Meta tħobb lil xi ħadd ħa tgħidlu dak li ħadd iktar ma jrid jgħidlu, għax ħadd ma jieħu pjaċir jagħtik kritika anke meta tkun kostruttiva. Probabbli kien jgħidli oqgħod attent kemm taħdem, tużax il-vuċi ta’ spiss, tkellem inqas, idħaq inqas, kul u ixrob inqas, u l-affarijiet tas-soltu. Fuq Facebook, reġa’ feġġ ir-reklam tal-Air Malta li kien sar fl-2011. F’dan ir-reklam jidher Bernard Grech li bħalissa għaddej bil-kampanja tiegħu għall-kap tal-Partit Nazzjonalista. Imma lil Bernard tippreferih bħala kantant jew politiku? Mistoqsija mqarba ħafna! Jien lil Bernard ma tantx nafu, niftakru jekk mhux sejjer żball ġo kor u f’dak ir-reklam ċar daqs il-kristall! Konna qomna fis-sagħtejn ta’ filgħodu, morna Ħal Luqa u ffilmjajna ġo ajruplan tal-Air Malta stess. Apparti li bis-serjetà għandu vuċi sabiħa, meta nisimgħu jitkellem fuq diversi programmi naħseb li hu bniedem, bħal nies oħra kollegi tiegħu, ta’ integrità. Bernard jidher serju ħafna u intelliġenti. Ma tantx nafu sewwa imma mill-ftit li nafu laqatni b’mod tajjeb.
GWIDA Settembru 2020
11
Storja Prinċipali
Jiġifieri togħġbok il-vuċi tiegħu? Ħafna, għandu vuċi verament sabiħa! La qegħdin fuq is-suġġett tal-mużika, ftit tal-jiem oħra ser joħroġ l-album il-ġdid tiegħek, Magic of Mantovani. Diġà ħarġu Spanish Eyes, You’ll Never Walk Alone u Charmaine. X’tgħidilna fuqu? Din hija verament ħaġa li skantatna, kemm lill-kumpanija tad-diski tiegħi Decca Records ta’ Londra kif ukoll lili nnifsi. Meta dħalna fl-istudjow u bdejt inkanta rekords li ġew irrekordjati fil-ħamsinijiet u fl-aħħar tal-erbgħinijiet donnu l-kunduttur li hu Maestro Mantovani kien qiegħed fil-kamra magħna. Verament album mill-isbaħ u iġri joħroġ ħalli n-nies ikunu jistgħu jisimgħuh. Hemm xi kanzunetta għal qalbek? Hemm ħafna, ma nistax nagħżel waħda! Ċertament You’ll Never Walk Alone minħabba dawn iż-żminijiet. Charmaine għax kienet hit kbira u verament sabiħa. Moon River għax miġnun fuq din il-kanzunetta. Strangers In The Night għax ovvjament inħobb lil Sinatra. Hu album li verament jagħti dawl lill-aktar kanzunetti li għamlu suċċess.
F’Settembru ser terġa’ tibda l-iskola. Kif kien Joseph Calleja bħala student? Skont f’liema sena; kien hemm snin fejn kont student mudell imma kien hemm snin fejn tlift ftit il-boxxla. Mhux affarijiet estremi imma kull bniedem ikollu dak il-perjodu ta’ ribelljoni. Ta’ min ikun perjodu twila u ta’ min ikun qasir. Tiegħi kien perjodu relattivament qasir. X’ridt tilħaq dak iż-żmien? Kelli f’rasi li nistudja għal bdot, tabib, avukat... imma ma kellix direzzjoni. Imbagħad fil-5 sena fis-Sekondarja skoprejt li għandi vuċi tajba. Għedt forsi għandi ċans nagħmel karriera bil-vuċi meta skoprejt l-opra. Kelli r-risposta definittiva meta fl-età ta’ sittax-il sena biss kont irbaħt scholarship tal-kant. Kont klassifikajt fost l-aqwa sebgħa minn 4,100 parteċipant middinja ġo Vjenna.
Charmaine ddedikata lil Charmaine Gauci? Iva ddedikajtha lil Charmaine; dan hu l-mument – waqt l-imxija tal-Covid-19 – fejn it-tobba u dawk li jaħdmu fil-qasam tas-saħħa qed jibbrillaw. Għandhom jibbrillaw għax dan bħal meta għandek nar ġo bini fejn qed jirriskjaw li jmutu n-nies u int tgħajjat lill-pumpiera tan-nar. Meta għandek din il-kriżi, aħna rridu ngħajtu lillfrontliners li huma dawn in-nies. Dawn għandhom l-irwol li jsalvaw lill-pajjiż u dawk li huma milqutin mill-marda. Meta nisma’ lil Charmaine Gauci naħseb f’affarijiet pożittivi biss! Bniedma intelliġenti. Bniedma li taf x’inhi tgħid u mara li għandha responsabilità kbira. Niġi għallmistoqsija tiegħek tal-bidu, kieku qiegħed fil-pożizzjoni ta’ Charmaine Gauci ma nkunx naf fejn ser indawwar wiċċi. Kull deċiżjoni li ser tieħu m’hemmx waħda tajba imma li ħa tagħmel l-inqas ħsara. Jekk int ħa tagħmel lockdown, iva ħa nsalvaw xi ħajjiet u xi infezzjonijiet però ħa tagħmel ħsara irrevokabbli għall-ekonomija. L-ekonomija mhux qed ngħidu biex nixtru l-vilel jew biex insiefru, imma l-ekonomija biex tħallas l-appartament jew tħallas il-loan, affarijiet bażiċi. L-ekonomija u s-settur tas-saħħa huma ż-żewġ naħat tal-istess munita, waħda ma tistax tgħix mingħajr oħra. Sfortunatament għandna bżonn nies b’saħħithom bħal Charmaine Gauci li jagħmlu deċiżjoni li tagħmel l-inqas ħsara. Kull deċiżjoni, mhux f’Malta biss, imma fid-dinja, għandha ir-riperkussjonijiet tagħha.
GWIDA Settembru 2020
13
Intervista
EMILY L-ANĠLU TAL-MALTIN
Nitkellmu ma’ Vanessa Gatt, omm Emily Għal min isegwi gwida.mt żgur li sema’ biċ-ċkejkna Emily. Tifla ta’ sena u sitt xhur li serqet il-qlub tal-Maltin. Meta twieldet Emily kollox kien jidher normali; ommha Vanessa tgħidilna li kienet dejjem tidħaq, tilgħab u kienet b’saħħitha. Kollox beda fl-aħħar tas-sena 2019, meta minn tifla ferriħija nbidlet f’tifla li l-ħin kollu tibki. Ommha indunat li kien hemm xi ħaġa li ma kinitx qiegħda f’postha. “Konna ndunajna li hi daqsxejn ma tiflaħx u saħansitra kont tlaqt mix-xogħol biex noqgħod nieħu ħsiebha,” tgħidilna ommha fl-intervista. Mill-viżti l-isptar ma kien jirriżulta li għandha xejn. Kienu qalulna li kulma kellha kien gastric. Kien qorob żmien il-Milied u kien ser ikun l-ewwel Milied għal Emily. Iżda dakinhar ma waqfitx tibki; Emily kienet muġugħa. Vanessa qattgħet il-Milied u l-Ewwel tas-Sena inkwetata fuq iċ-ċkejkna tagħha u fit-2 ta’ Jannar tirċievi l-aħbar li Emily kellha tip ta’ kanċer rari ħafna. Fit-8 ta’ Jannar Emily għalqet sena, iżda flok il-quċċija bħal tfal oħra ngħatat l-ewwel trattament tal-kimo. “Eżatt fil-ħin li twieldet kienet qed tieħu t-trattament; għamlet ġimgħat lanqas tidħaq u spiċċajna l-ITU għax ħasbu li kienet ser tħallina,” tgħidilna Vanessa. Il-kimo f’Malta kien
14 GWIDA Settembru 2020
qawwi ħafna għaċ-ċkejkna iżda rnexxielha tirbaħlu. Iżda dan ma kienx biżżejjed biex tfiq, riedet titla’ l-Ingilterra sabiex tagħmel operazzjoni. Puttinu Cares daħal millewwel sabiex jgħin lil din iċ-ċkejkna jkollha l-aqwa kura possibbli. Vanessa stess qaltilna li “kienu miegħi l-ħin kollu”. Mal-wasla tagħhom f’ Londra, it-tobba lil Vanessa qalulha li l-marda ma kinitx kbira daqskemm ħasbu u għalhekk lil Emily bdew jagħtuha trattament inqas b’saħħtu. “Domna ħames xhur qabel għamilna l-operazzjoni u hemm kienet ħadet ir-ruħ. Gawdejnieha u Emily kompliet tilgħab magħna u tidħaq,” tirrakkonta l-omm. Iżda Londra bħallkumplament tad-dinja bdiet dieħla l-Covid-19 u din bdiet tagħmilha ħafna aktar diffiċli għall-familji Maltin li kienu qed jgħixu fl-appartamenti ta’ Puttinu. Vanessa tgħid, “Aħna tlajna bla problemi ta’ xejn imma sakemm konna hemm beda ġej kollox. Kont nibża’ li ser taqbadha l-Covid ukoll għax ridt neħodha l-isptar ta’ kuljum.” Il-problema tal-Covid-19 f’Londra ma kinitx biss din, iżda l-provista tal-ikel bdiet tonqos. “La ikel, la ħrieqi u lanqas affarijiet tat-tfal; xejn ma sibna f’Londra. Is-supermarkets kienu
Intervista
vojta,” tistqarr Vanessa. Kien hawn li grazzi għal Puttinu Cares, Vanessa u l-familji setgħu jkomplu b’ħajjithom. Ta’ Puttinu kienu jgħidulhom sabiex jordnaw kollox minn Malta u jġibulhom kollox bl-ajruplan. “Kollox kienu jġibulna! Anke jekk jisimgħu li kelli aptit figolla kienu jaraw kif jagħmlu u jibagħtuhieli.” Kien wasal iż-żmien li Emily tagħmel l-operazzjoni. Hawn Puttinu kienu qasmu l-istorja fuq il-paġna ta’ Facebook u talbu lin-nies jitolbu għal din iċ-ċkejkna. Il-konsulenti qalu lil Vanessa li kien irnexxielhom ineħħu 95 fil-mija tal-kanċer, li kien riżultat tajjeb ħafna. Dik il-ġimgħa tal-operazzjoni, Vanessa ma daħlitx ħdejn bintha għax ma kellhiex kuraġġ: “għalkemm kienu neħħewlha ħafna mill-kanċer kienet fi stat ħażin ħafna.” Fl-Londra għamlet 6 xhur ma’ Vanessa, ommha Marisa li kienet ta’ spalla iżda Vanessa kellha tieħu ħafna deċiżjonijiet importanti hi. Is-sapport minn Malta ma waqafx u kien hawn fejn iltaqgħet ma’ tliet persuni li llum il-ġurnata saru l-akbar ħbieb tagħha. Meta sema’ bl-istorja ta’ Emily, Nicholas Borg Bonaci kien għaddej minn perjodu ta’ dipressjoni. Nicholas f’Emily kien jara t-tama u għamel il-kuraġġ jaffaċċja l-problemi li kienu qed itaqqluh. “Emily tatu r-raġuni għaliex jgħix. Kemm Nicholas u ħafna persuni oħra kienu jaraw lil Emily tbati u jduru fuqhom infushom jistaqsu, ‘Għaliex qed ingorru daqshekk?’” tgħidilna Vanessa. Dan Nicholas tant ħabb lil Emily li saħansitra organizza kunċert virtwali sabiex iħeġġeġ lill-Maltin jitolbu għaċ-ċkejkna. “Nicholas ma kontx nafu qabel, imma f’daqqa sirna ħbieb. Xħin ġejt lura Malta ġie jarani minn wara l-persjana għax jien kont kwarantina. Sibtu ta’ kuraġġ kbir u ħassejt li ma kontx waħdi.” Bħal Nicholas, kien hemm ukoll Nirvana. Nirvana hi tfajla ta’ 8 snin li fuq Facebook bdiet titlob lin-nies biex jaħsbu f’Emily. “Għalija Nirvana hija tifla speċjali ħafna għax kienet tferraħni bil-messaġġi pożittivi li kienet tagħmel. B’dawn in-nies ħassejtni li m’iniex waħdi,” qalet Vanessa. Apparti minn Nirvana u Nicholas, Vanessa ltaqgħet ma’ xi ħadd ieħor speċjali, David Rizzo. Vanessa tgħidilna li, “Meta kont Londra David kien bagħatli wkoll u għeni ħafna. Dan il-persuna ddeċieda li fi 8 ġimgħat ma joħroġ qatt u jibqa’ jżommli kumpanija sa billejl. Konna nitkellmu u allaħares ma kienx hu. Skoprejtu sakemm kont l-Ingilterra.”
Kumbinazzjoni kienet ħabiba tiegħi meta kont l-iskola Primarja u sibna lil xulxin fl-aktar mument li ħassejtni waħdi. Qattgħet 7 ġimgħat miegħi u kienet tidħol meta kienu jkellmuni t-tobba daqslikieku kienet il-partner tiegħi,” stqarret Vanessa. Wara ġimgħa, anke bis-saħħa ta’ din l-infermiera, Vanessa għamlet il-kuraġġ li tidħol ħdejn bintha. Ma’ Vanessa ngħaqqad ukoll Patri Mario Sant li ta sapport lil Vanessa bla waqfien. Fr Mario huwa l-qassis li jieħu ħsieb il-familji Maltin li jkunu qegħdin fl-appartamenti ta’ Puttinu. “Aħna t-tlieta għamilna m’Emily sal-aħħar. Għamilt 8 ġimgħat b’aħbar kerha wara l-oħra. Lanqas ħriġt barra għax kont naħseb li ser inlaqqat il-Covid u nagħtiha lil Emily. Kont nibża’ naffaċċja l-ġurnata li jmiss u meta ma bdejtx nara avvanz bdejt ngħejja,” tistqarr Vanessa. Minkejja li l-operazzjoni qalulha li kienet irnexxiet, Emily bdew jinqalgħulha ħafna kumplikazzjonijiet. Ilprofessjonisti skoprew li kellha multiple organ failure, il-pulmun imtela bl-ilma u qalbha bdiet tegħja. Minn hemm it-triq għall-fejqan kienet imċajpra. L-omm tgħidilna, “Kien ikollha operazzjoni kważi kull ġimgħa, sakemm bdiet tmur ftit ftit. Kelli nieħu deċiżjoni; jew inġebbdulha ħajjitha bi ftit, jew inħalliha tħallina mingħajr ma tbati.” Sitwazzjoni li ebda omm ma tkun tixtieq taffaċċja. Vanessa rċeviet l-aħbar kiefra proprju f’għeluq sninha, meta t-tobba qalulha li ma kien baqa’ ebda tama għal Emily, “Qaluli ma kienx hemm tama iżjed proprju fl-24 ta’ Ġunju, il-birthday tiegħi.”
“Emily qatgħatni mill-passat u tefgħatni fil-futur. Sabitili l-futur!” tgħid bid-dmugħ f’għajnejha Vanessa. Is-sapport tal-Maltin minn Malta ma waqafx imma f’Londra xorta baqa’ l-fatt li Vanessa kienet waħidha. F’viżta li għamlet Vanessa l-isptar wara l-operazzjoni, ltaqgħet ma’ infermiera Maltija. “Il-Bambin sabli infermiera Maltija li vera għenitni ħafna. GWIDA Settembru 2020
15
Intervista
Fit-2 ta’ Lulju, wara seba’ xhur tikkumbatti għal ħajjitha, Emily ingħaqdet mal-anġli tas-sema. Vanessa tiddeskrivi l-atmosfera bħala waħda li ma tinsa qatt. “Għamilna ġurnata ma’ Emily. Tefgħuna ġo kamra għalina u għamlu d-dwal jixegħlu u jintfew biex joħolqu ambjent ta’ serenità. Daqqew id-diski bil-mod u ħolqu mument intimu u speċjali. Kien intimu daqslikieku wellidt. Kien hemm infermiera miegħi togħrokli dahri u Fr Mario jsabbarni. Rajt lil Emily tieħu l-aħħar nifsijiet tagħha. Dak il-ħin jien stess bdejt nitlob lill-Mulej biex jeħodha għax ma flaħtx aktar naraha tbati. Fl-aħħar straħet u dak il-ħin ħassejt paċi għax kont rasi mistrieħa li m’għadhiex tħoss uġigħ.” Ġimagħtejn wara, minħabba li Vanessa kellha toqgħod għal xi żmien kwarantina, Emily ingħatat l-aħħar tislima fil-Knisja tal-Fgura fejn saret ċelebrazzjoni tal-anġli. Il-ħabib ta’ Vanessa, Nicholas Borg Bonaci qalilna “Issa bħalma tlabna għal Emily nistgħu nitolbu lilha biex tgħinna f'dak li hemm bżonn.” Lil Vanessa, Emily kulma laħqet tgħidilha kienet l-isbaħ kelma li tista’ tgħid lill-omm, il-kelma ‘Ma’. “Kienet tgħidha biss meta kien iħossha ħażin, forsi smajtha darbtejn. Lejn l-aħħar, minħabba l-ventilator, ma setgħetx tagħmel ħoss. L-aħħar ħinijiet kulma stajt nisma’ kienu n-nifsijiet u sogħla qisha qed taqta’ nifisha.” Minkejja din id-diffikultà, Vanessa tkompli tkun ta’ ispirazzjoni għal ħafna ommijiet. “Kulħadd jibgħatli fuq kemm għintu mingħajr ma naf. Ħajti issa nbidlet ta’ taħt fuq. Qabel kont ingerger ħafna, kont naħli ħafna ħin, kont nobgħod xħin jasal il-ħin għax-xogħol. Issa differenti. Min narah igerger fuq affarijiet żgħar nipprova nagħmillu l-kuraġġ. Meta nara lil xi ġenitur igerger fuq uliedu, nibgħatlu sabiex nagħtih il-kuraġġ. Ikolli mumenti ta’ dwejjaq bħal kull omm, imma nipprova nqum u nkompli miexja. Fil-ħajja jibqagħlek żewġ għażliet; jew tintefa’ f’rokna u toqgħod tibki xortik jew tgħid li l-ħajja qasira u tibda tgħix,” tgħid b’ħeġġa kbira Vanessa. Illum straħt, daqshekk tbatija, m'hemmx uġigħ, qalbi, daqshekk. Int mort f’post aħjar minn tagħna, tħares fuqna minn hemmhekk. O Mulej agħtina s-sabar. Lin-neputija, kuġina, bint, żommha anġlu ħdejk fis-sema. Minn hemm fuq ħu ħsiebha int. Jekk tixtieq tgħin lil Puttinu Cares, tista’ tibgħat donazzjoni f’dan l-indirizz; Rainbow Ward, Level -1, Sir Anthony Mamo Oncology Centre, Msida, MSD 1234
GWIDA Settembru 2020
17
Intervista
DOMNIC ATTARD
Minn student li jdawwal il-Prize Day għallprofessjonist li jaħdem fl-akbar kunċerti f’pajjiżna Domnic Attard huwa disinjatur tad-dawl. Biex tifhem, jekk rajt l-X Factor, id-dawl kollu li kont tara kien jiddisinjah hu. In-namra għad-dawl bdiet meta flimkien ma’ ommu kien imur fl-istudios ta’ Xarabank u Ħadd Għalik. F’intervista li għamilnielu, Domnic jirringrazzja lil ommu għax kien bis-saħħa tagħha li beda f’dan il-qasam, “Ommi l-aktar waħda li tħeġġiġni u tissapportjani f’dak kollu li nagħmel. Bis-saħħa tagħha bdejt fl-aħħar mill-aħħar! Kont immur magħha u nitgħallem fuq kif jaħdmu l-affarijiet”. L-iskola ma tantx kien iħobbha imma kienet il-pont li kellu bżonn għad-dinja tax-xogħol. Domnic jgħidilna li kien hu l-persuna responsabbli mid-dawl kollu tal-avvenimenti tal-iskola, fosthom il-prize day. Minn hemm l-iskola offrietlu l-opportunità jagħmel xi żmien
18 GWIDA Settembru 2020
ta’ prova jaħdem ma’ kumpanija tal-awdjoviżwal. “Minn sempliċi prova, għażluni naħdem magħhom u għamilna diversi proġetti kbar, fosthom dawwalna l-briġġ tal-Belt, xgħelna pjazza ta’ San Ġorġ u aktar,” jgħid Domnic. Minn hemm mexa għal ma’ kumpanija oħra fejn kien imexxi d-dipartiment tad-dawl hu stess. Wara ċertu żmien daħal jaħdem mal-akbar kumpanija tad-dawl f’pajjiżna u minn hemm kabbar il-portafoll tiegħu. Illum il-ġurnata Domnic jaħdem għal rasu u issa ilu kważi sena. “L-għalliema dejjem kienu jiġġieldu miegħi biex nistudja imma qatt ma ridt naf. L-iskola tajtha bis-sieq imma llum il-ġurnata meta niltaqa’ mal-għalliema jibqgħu jħarsu lejja u jgħiduli proset,” jgħidilna kuntent Domnic.
In-namra tax-xogħol hija evidenti minn wiċċu. Iltqajna ma’ Domnic fil-kamra tiegħu fejn uriena l-mijiet ta’ press cards li ġabar mill-avvenimenti kollha li ħadem fihom. Fil-kamra tiegħu stess, Domnic jipprogramma s-setup tal-avveniment fuq 3D sabiex il-klijent ikun jista’ jara kif ser ikun imqassam id-dawl dakinhar tas-serata. “Ħafna mix-xogħol jinbiegħ fuq 3D. Il-klijent jiġi u jgħidli xi jrid u nurih dak il-ħin stess x’jista’ jsir bil-baġit li jkollu f’moħħu fuq il-kompjuter.” Fiż-żmien l-X Factor kien jidħol id-dar biss biex jorqod u ġieli anke raqad fuq il-post bejn prova u oħra. Bl-għajnuna ta’ disinjaturi oħra Maltin ħadem fuq id-disinn tad-dawl tal-ewwel staġun, xogħlu kien li jipprogramma d-dawl kif ikun ser joħroġ waqt is-serata. “Kont niġi d-dar 3 sigħat kuljum kemm nieħu xower u norqod naqra. Kien avveniment li ma ninsa qatt,” jammetti magħna Domnic. L-aktar produzzjonijiet li jieħu pjaċir jagħmel apparti events il-kbar, huma dawk teatrali kif ukoll il-konferenzi ta’ klijenti internazzjonali. Malta tospita diversi konferenzi minn dawn u Domnic ġieli kien id-disinjatur magħżul sabiex idawwal dawn l-avvenimenti. Domnic ġieli ħadem ukoll fit-tiġijiet għalkemm dawn mhumiex il-maġġoranza tax-xogħol li jkollu. F’dawn jieħu ħsieb il-loġistika tad-dawl fejn jidħol l-awdjoviżwal u ġieli dawwal il-palk tal-membri tal-band. “F’tiġijiet l-aktar ħaġa li nieħu pjaċir nagħmel meta jitolbuni nagħmel id-dawl bin-nar; toħloq vera effett sabiħ billejl,” jgħidilna Domnic. Dan iż-żagħżugħ irnexxielu wkoll jaħdem mal-aqwa artisti mondjali fl-avveniment ta’ Summerdaze , World Club Dome, Liam Gallagher, Creamfields u ħafna oħrajn. L-artisti li ħadem magħhom kellhom kliem ta’ tifħir u kif qalilna tajjeb Domnic “tgergir ma kienx hemm”. Għal bniedem bħal Domnic tinduna li l-iskola mhux kollox. L-aqwa li tippersegwi x-xewqa tiegħek u temmen fik innifsek. Domnic illum wieħed mill-4 professjonisti fid-dawl li għandna f’pajjiżna. “Bdejt mix-xejn u tlajt tarġa tarġa għax ma’ min kont naħdem ħdimt minn kollox. Ix-xogħol kont u għadni nħobbu. Tidħol biċċa xogħol nikolha!” jagħlaq Domnic. Ritratt: Daniel Photography
Domnic Attard – Lighting Designer 99620855 – attarddomnic@gmail.com
GWIDA Settembru 2020 19
Editorjal
GĦALIEX IT-TFAL GĦANDHOM JITGĦALLMU L-CODING?
Artiklu minn eSkills Malta Foundation It-tgħallim tal-coding lit-tfal qed isir kuljum izjed popolari. Bosta intrapriżi pubbliċi u privati bdew iqajmu kuxjenza dwar din il-kwistjoni. X'inhuma r-rekwiżiti bażiċi li huma tant speċjali importanti għallcoding li jinsabu kważi fil-professjonijiet kollha? Fi kliem ieħor, għaliex it-tfal tal-lum għandhom jiġu mgħallma xi tip ta’ coding? F'intervista, Steve Jobs kien qal li "Kulħadd f'dan il-pajjiż għandu jitgħallem jipprogramma l- kompjuter minħabba li dan jgħallmek kif taħseb". Xi ismijiet famużi bħall l-atleta tal-NBA Chris Bosh, l-ewwel inġinier femminili ta’ Facebook Ruchi Sanghv, u l-fundatur tal-Microsoft Bill Gates ukoll jaħsbu bl-istess mod. U It-tagħlim talcoding jipprovdi xogħol aħjar lil dawk li jitgħalmugħ? Assolutament! Għax b’hekk nistgħu ntejbu l-ħiliet tal-mod ta’ kif nirragunaw, insolvu problema kumplessa u naħsbu b'mod kreattiv billi nitgħallmu l-coding. Ftit raġunijiet għala t-tfal għandhom jitgħallmu l-Coding: P It-tagħlim tal-coding m'għandux għalfejn ikun xi ħaġa diffiċli. Wieħed jista’ jitgħallem l-coding sempliċiment billi jitgħallem lingwi ħfief talkompjuter bħal “Scratch ”jew“ Python”. Imma hemm aktar lingwi ta' coding li ġew maħluqa speċifikament għal dawk li jridu jibdew jitgħallmu l-coding b’iktar serjeta. P L-edukazzjoni fil-coding tagħti lit-tfal ħiliet fil-matematika, xjenza, kif issolvi l-problemi, ‘project-based thinking’, u arti kreattiva. Bil-coding it-tfal qed jiskopru, l-ewwel u qabel kollox, kif jaħdem ilkompjuter. Huwa fatt li l-‘computational thinking’ qed jiġi mgħallem fl-iskejjel illum. Il-‘computational thinking’ huwa mod ta kif naħsbu logikament, norganizzaw u naqsmu l-informazzjoni biex naslu għal soluzzjonijiet iktar effiĊjenti. P L-ipprogrammar huwa attwalment bħat-tagħlim ta' lingwa ġdida. Il-coding isir permezz tal-lingwa tal-kompjuter. Skond l-esperti, huwa aktar faċli li titgħallem il-lingwi f’eta żgħira u dan japplika wkoll biex titgħallem il-lingwa tal-kompjuter.
P Madwar 60% tal-impjiegi l-ġodda fil-futur fl-oqsma tax-xjenza, it-teknoloġija, l-inġinerija u l-matematika se jkunu relatati malkompjuter. P Il-coding jipprepara lit-tfal għall-ħajja u impjiegi ta’ għada. Kważi l-impjiegi kollha, mhux fis-settur tal-ICT biss, fil-ġejjieni se jinkludu xi tip ta’ coding u dawk il-persuni li tgħallmu il-coding se jsibuwa aktar faċli li jsibu xogħol. Il-coding jista jintuża kullimkien mill-biedja, għalliġi u mill-kostruzzjoni, għall-mediċina. P It-tagħlim tal-coding jagħti iktar kunfidenza lit-tfal fit-teknoloġija. P Il-coding hija wkoll waħda mill-‘liberal arts’. ‘Liberal arts’ huwa l-istudju tal-istorja, letteratura, kitba, filosofija, soċjoloġija, psikoloġija, arti kreattivi, u aktar. B'hekk mod aktar ġenerali, studenti jitgħallmu dan is-suġġett jifformulaw argumenti aktar effettivi, jikkomunikaw sew u jsolvu problemi. Hemm ħafna pjattaformi ta' programmazzjoni żviluppati għat-tfal. Code.org, Kodable, Tynker, Scratch u Codeacademy huma biss ftit eżempji minnhom. It-tagħlim ta’ dawn u pjattaformi simili fl-iskejjel jew fid-djar se jiftaħ it-triq għall-ġenerazzjonijiet futuri biex jagħrfu aħjar id-dinja li fiha se jgħixu uliedna u jsiru individwi li mhux biss jikkunsmaw it-teknoloġija iżda wkoll jipproduċuha. Dan l-artiklu tħejja billi inġabru diversi sorsi onlajn disponibbli pubblikament. Segwina fuq: eskills.org.mt jew Facebook: www.facebook.com/ ESkillsMalta; www.facebook.com/CodeEUMalta/ jew fuq Twitter: https://twitter.com/eSkills_Malta jew ibgħatilna email fuq: info.eskills@eskills.org.mt
GWIDA Settembru 2020
21
Intervista
IS-SURMAST LELIO SPITERI
Studenti għatxana jidħlu lura l-iskola! Wara bosta xhur ‘il bogħod mill-iskola, ħafna studenti huma għatxana u ħerqana li jerġgħu lura lejn l-iskola. Il-Kap tal-iskola Primarja tar-Rabat Għawdex, Lelio Spiteri qalilna, “Jixraq li l-istudenti jkunu milqugħa bl-aħjar mod possibbli. Żgur li fil-ġurnata li fiha t-tfal jerġgħu jidħlu l-iskola, l-assemblea ta’ filgħodu ser tkun speċjali. L-iskola tagħna hija magħrufa għal ċelebrazzjonijiet bħal dawn!” Lelio qalilna li t-12 ta’ Marzu kienet għalih ħolma kerha. “Meta ħarġet l-aħbar li dakinhar kienet ser tkun l-aħħar ġurnata tal-iskola minħabba l-pandemija, fl-iskola kien hemm atmosfera ta’ dwejjaq, ħaġa li qatt ma tiġri s-soltu. Mort fil-klassijiet nagħti l-aħbar lill-għalliema u lill-istudenti. Xi ġenituri bdew ġejjin biex jieħdu lit-tfal tagħhom iddar. Sas-sagħtejn u nofs ħafna mill-istudenti kienu telqu. Niftakar tifel partikulari mill-ħames sena li kif kien sejjer id-dar ma’ ommu, ġie fuqi u tani tgħanniqa kbira.” Lelio qalilna li xi studenti qalulu li, “Il-ġranet id-dar bdew jidhru twal, tqal u tedjanti. Aktar ma beda jgħaddi ż-żmien, aktar xegħlet fihom il-ħeġġa li jerġgħu lura lejn l-iskola kemm jista’ jkun malajr. Ħafna pruvaw iżommu kuntatt permezz tas-social media u mezzi oħra. Qabel kollox, l-iskola hija post ta’ soċjalizzazzjoni, fejn l-istudenti jitgħallmu jgħixu flimkien, jibnu relazzjonijiet u jikbru flimkien.” Iżda l-edukazzjoni ma waqfitx u ħafna għalliema komplew bit-tagħlim onlajn. “Matul iż-żmien tas-sajf twaqqfu kumitati biex jistudjaw u joħorġu bi proposti għassena skolastika li jmiss fid-dawl taċ-ċirkustanzi li jistgħu jinqalgħu. Sar xogħol tajjeb. Jiġri x’jiġri, ser ikun hemm l-għodda meħtieġa biex it-tagħlim isir, anke jekk taħt forom
differenti, fejn l-għalliema jkunu ċerti li l-istudenti kollha jkunu qed isegwu dak li jkun qed isir fl-iskola u fil-klassi.” “Jiena bħala l-Kap tal-iskola, żammejt kuntatt malistudenti permezz ta’ video clip li jien tellajt ta’ kuljum fuq il-paġna ta’ Facebook tal-iskola. L-ewwel video clip sar il-Ġimgħa 13 ta’ Marzu u bqajt sejjer sal-aħħar ta’ Ġunju bis-Sibtijiet, il-Ħdud u l-vaganzi b’kollox. Kuljum! B’kollox tellajt 110 video clip. Qsamt mal-istudenti bosta affarijiet u żort postijiet ta’ interess. Ħafna drabi kont niffilmja mid-dar tiegħi, imbagħad ħriġt barra wkoll. Żort ix-Xatt l-Aħmar, il-Port tal-Imġarr, mort nogħdos u nistad ix-Xlendi, imxejt fuq is-sisien ta’ Ċenċ u ta’ Sinap, tlajt l-Għolja ta’ Gelmus, tal-Merżuq u ta’ Għammar, kelli esperjenza mill-isbaħ ta’ kayaking d-Dwejra, abseiling Mġarr ix-Xini, mort Kemmuna, żort l-Għasri, ix-Xewkija, in-Nadur, Għajnsielem, is-Santwarju tal-Madonna ta’ Pinu, id-Dar ta’ Karmni Grima u l-Kappella ta’ San Dimitri.” Ċertament dan is-surmast ħaqqu kull tifħir għal dan ixxogħol li għamel. F’kull post li żar qasam mat-tfal tagħrif, leġġendi u aneddoti dwar il-post partikulari. L-isbaħ parti meta Lelio ċċelebra għeluq sninu! “Meta ċċelebrajt għeluq snini, bdew ġejjin l-istudenti d-dar, min b’xi kartolina, kejk jew tifkira. Dakinhar ir-regoli tad-distanza soċjali ħallejniehom ftit fil-ġenb! Għalija personali l-esperjenza tal-COVID19 ser nibqa’ niftakarha u wrietni li l-bażi, ilqofol tal-iskola tagħna, ta’ kull komunità, hija r-relazzjoni li wieħed ikun irnexxielu jibni mal-oħrajn, mal-għalliema, mal-ġenituri u mal-istudenti. Jiġri x’jiġri, din il-ħaġa ma jbiddilha u jċaqlaqha ħadd!”
GWIDA Settembru 2020 23
Intervista
STEPH RODGERS
L-għalliema tal-Malti fuq TikTok Timmaġina lezzjoni tal-Malti jarawha aktar minn 67 elf persuna? Le, ovvjament mhux ser ikunu kollha fi klassi waħda għax kieku addio d-distanza soċjali, iżda kollha kienu fuq TikTok isegwu lil Ms Steph. Steph Rodgers hija għalliema tal-Primarja li bħal kull għalliema oħra nħasdet meta twaqqfet l-iskola b’mod ħesrem. Fuq Tiktok, Ms Steph ittella’ lezzjonijiet qosra tal-Malti t’inqas minn minuta fejn tgħallem kif nistgħu niktbu Malti tajjeb. Kollox beda meta l-istudenti tagħha stess ħajruha tissieħeb ma’ din ilpjattaforma. “It-tfal meta konna l-iskola kienu jħeġġuni biex nagħmel it-TikTok imma ma kellix idea tiegħu. Meta kollox kien magħluq fettilli nniżżel din l-applikazzjoni. Kulma kont naf li kien hemm żfin, ċajt u utenti aktar żgħar. Ġietni l-idea li minflok nagħmel żfin biss nagħmel xi ħaġa utli. Ħriġt bisserje Niktbu Malti Tajjeb u l-avventura bdiet minn hemm,” tgħidilna Ms Steph. Ma’ kull lezzjoni li bdiet ittella’ bdiet tiżdied fil-popolarità; saħansitra kienu jarawha l-istudenti tagħha stess. “Iżjed tgħallimt mill-vidjow tiegħek milli minn sena skola,” qalilha student minnhom. “Ġieli jikkummentaw fuq il-filmati li ntella’ u javżaw lil sħabhom li jien l-għalliema tagħhom,” tgħidilna Ms Steph. Matul il-pandemija, bħal kull għalliem ieħor, Ms Steph bdiet tagħmel il-lezzjonijiet tagħha online. Staqsejnieha jekk iltaqgħatx ma’ xi fares tal-istudenti u qaltilna, “Għandi ħsieb nagħmel filmat fuq hekk! Fuq ilkamera jkun hemm min jersaq viċin ħafna, kelli studenti li juruni l-fann minflok wiċċhom. Waqt xi lezzjoni kont nisma’ l-għajjat tal-ġenituri. Esperjenza differenti ħafna!” Apparti dawn l-affarijiet ħelwin, Ms Steph tgħidilna li inzertat ukoll
tfal li ma kellhomx tagħmir elettroniku sabiex jaċċessaw il-lezzjonijiet. Issa li wasal Settembru, Ms Steph tinsab ħerqana biex terġa’ tilqa’ l-istudenti tagħha, “Nispera li nerġgħu nidħlu fl-iskola u naraw is-sitwazzjoni kif tibqa’. Filkas ikollna nerġgħu naddattaw għas-sitwazzjoni li kellna.” Li tkun għalliema tal-Primarja aktar tibni relazzjoni mal-istudenti; l-għalliema tgħidilna li l-istudenti isiru qishom it-tfal tagħha. Daqskemm hi kreattiva fuq it-TikTok, Ms Steph hi kreattiva fil-klassi! “Inħobb nagħmel affarijiet apparti bil-ktieb, bħal logħob, kwiżżis, anke għamilt cards biex nilagħbu u fl-istess ħin nitgħallmu. It-tfal japprezzaw ħafna u indirettament ikunu qed jitgħallmu xorta.” Imma issa ser tkomplih il-proġett tat-TikTok? Ms Steph tweġibna fil-pożittiv u tistqarr, “Fix-xitwa jkolli inqas ċans imma beħsiebni li nkompli! Speċjalment is-serje ta’ Niktbu Malti Tajjeb għax intlaqgħat ħafna min-nies u anke l-kbar apprezzawhom il-vidjows.” Ms Steph hija speċjalizzata fil-Malti b’degree u barra minn hekk għandha l-Masters fl-edukazzjoni Primarja. “Bħala lingwa għal qalbi ħafna. Wisq unika u sabiħa,” tgħidilna Ms Steph. Tant intgħoġbot l-idea li għalliema oħra qed tagħmel bħalha. Imma tiddejjaq li jikkuppjawha? “Ma niddejjaq xejn, anzi aktar kemm ikun hawn nies li jgħallmu l-Malti aktar aħjar. Wara kollox l-iskop tal-għalliema dak hu!” Sib lil Ms Steph fuq Tiktok billi tikteb: @steph95_x
GWIDA Settembru 2020 25
Editorjal
DORSEN TA’ 8 SNIN DIĠÀ JAĦDEM FILMINJIERI
Xogħlu importanti għax kieku m’għandekx smartphone! Addattament Claudia Cini
Dorsen, tifel ta’ tmien snin mill-Kongo jaħdem fil-minjieri biex aħna lkoll ikollna ‘smartphone’. Dorsen huwa wieħed fost ħafna tfal żgħar li jaħdmu f’kundizzjonijiet mill-agħar f’dawn il-minjieri fl-Afrika. Ta’ dan ix-xogħol iebes, dawn it-tfal, li wħud minnhom għad għandhom biss erba’ snin, jitħallsu 8 ċenteżmi kuljum. U jekk dawn iċ-ċkejknin ma jagħmlux xogħolhom sew, jisfaw imsawta. Meta intervistat, Dorsen qal li ommu hija mejta u b’hekk ikollu jaħdem ta’ bilfors. Meta jkun ‘xogħol’ rasu tuġgħu ħafna, iżda jkollu jibqa’ għaddej, inkella jispiċċa msawwat u ma jitħallasx. Kull filgħodu, xħin jiftaħ għajnejh it-tfajjel iħoss dwejjaq kbar hekk kif jiftakar li jkollu jmur jaħdem fil-minjieri, sew jekk xita, sew jekk xemx, sew jekk jiflaħ u sew jekk ma jiflaħx. Kull parti ta’ ġismu jħossha se tinqasam u jkun muġugħ ta’ spiss. Xogħol Dorsen, bħal ta’ sħabu, huwa li jinżel minn ġo xaft fond u dejjaq bla ma jkun marbut u bla protezzjoni ta’ xejn, biex itellgħu l-materjal, donnu żrar griż fi xkejjer. Wara, b’idejhom ċkejknin u torjin, ifittxu u jqallbu f’dan iż-żrar biex jagħżlu l-materjal prezzjuż. Xi drabi dawn ix-xaftijiet jisfrundaw u msejkna tfal. Is-sidien tal-minjieri jbigħu l-materjal li jtellgħu t-tfal lil negozjanti Ċiniżi, li dawn lanqas biss jistaqsu jew jimpurtahom imnejn ġie jew min ħadem biex jinkiseb. Kumpaniji Amerikani u Ċiniżi għandhom bżonn dan il-materjal imsejjaħ ‘lithium-ion’ biex ikunu jistgħu jagħmlu l-batteriji għall-mowbajls u l-karozzi tal-elettriku. Uħud minn dawn il-kumpaniji qalu li huwa diffiċli għalihom biex ifittxu u jsibu mnejn ikun ġej il-materjal, aħseb u ara min kienu l-ħaddiema. Kumpaniji oħra qalu li s-soluzzjoni għal
26 GWIDA Settembru 2020
din il-problema hija li s-sidien tal-minjieri għandhom itejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom u jaraw lil min iħaddmu. Dan, dejjem skont xi kumpaniji Ċiniżi u Amerikani, huwa ferm aħjar milli kieku huma ma jixtrux il-‘lithium-ion’ u b’hekk il-minjieri jkollhom iwaqqfu l-ħaddiema mix-xogħol! Grazzi għal donazzjonijiet ta’ flus li aħna nagħtu, ċkejkna kemm huma ċkejkna, tfal f’sitwazzjonijiet simili madwar id-dinja kollha, jirċievu dak kollu neċessarju biex jgħixu ħajja diċenti bla ma jkollhom għalfejn imorru jaħdmu. Bis-saħħa ta’ ħafna benefatturi Maltin u Għawdxin, Missio Malta (l-Uffiċċju Missjunarju) fil-Belt u l-Mosta, jibgħat fondi lil diversi komunitajiet fejn hemm il-missjunarji sabiex jgħinu mill-aħjar li jistgħu lill-foqra u abbandunati, fost oħrajn. Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb minn fuq il-websajt www.missio.org.mt, minn ‘Facebook’ jew fuq 2123 6962. Nota: Ftit tal-ġimgħat ilu, ġie mħabbar li l-Papa Franġisku stabbilixxa fond ta' emerġenza fi ħdan is-Soċjetajiet Missjunarja ta’ Misso. Id-dħul ikkontribwit għal dan il-fond huwa ddestinat għall-għajnuna ta' dawk in-nies, komunitajiet, lajċi u missjunarji li qed jintlaqtu traġikament mit-tixrid talCOVID-19. Il-flus se jmorru direttament lill-pajjiżi fil-missjoni permezz ta' strutturi u istituzzjonijiet tal-Knisja. Għalhekk, fuq xewqa ta’ Papa Franġisku u permezz tal-motto ‘Aħna Għadna Hawn Għalikom’, kull min jista’ għandu jagħti l-għajnuna tiegħu fi flus b’risq din il-kawża ġusta. Jekk tixtieq tgħin jew sabiex tikseb aktar informazzjoni, jekk jogħġbok ċempel lil Missio Malta fuq 2123 6962.
IRBAĦ €1,000 MA’ GWIDA
3/ 6
Kull ma trid tagħmel hu li ġġemma’ 6 kupuni – wieħed minn kull edizzjoni tal-Gwida li ser joħorgu din is-sena, jigifieri: KUPUN 1: Mill-edizzjoni ta’ LULJU, KUPUN 2: Mill-edizzjoni ta’ AWWISSU, KUPUN 3: Minn din l-edizzjoni ta’ SETTEMBRU (li jidher hawn taħt), KUPUN 4: Mill-edizzjoni ta’ OTTUBRU, KUPUN 5: Mill-edizzjoni ta’ NOVEMBRU u KUPUN 6: Mill-edizzjoni ta’ DIĊEMBRU
Kupun 3 – SETTEMBRU 2020 Irrispondi billi timmarka r-risposta li tapplika għalik. Ġieli attendejt il-kunċert ta’ Joseph Calleja? Iva Le Kieku għandek it-tfal ta’ 16-il sena tħallihom isiefru waħidhom biex jistudjaw barra? Iva Le Liema artiklu l-aktar li għoġbok f’din ir-rivista? ______________________________________________________________________________ paġna ______ Ibgħat dan il-kupun flimkien mal-5 l-oħra sal-31 ta’ Diċembru 2020 fuq GWIDA, KOMPETIZZJONI, Content House, Mallia Buildings, 3, Level 2, Triq In-Negozju, Zone 3, Central Business District, Birkirkara, CBD 3010
Ibgħat is-sitt kupuni flimkien f’Diċembru
Skeda
X’TISTA’ TARA FUQ IT-TV? Mit-Tnejn sal-Ġimgħa Programmi ta’ varjetà Sketches mad-Dulli
Mit-Tnejn sal-Ġimgħa fit-7:50 u fil-11:35 fuq ONE Doża żgħira ta’ kuljum mill-komiku Dulli. Mela familja stiednet lit-tabib jinvista l-omm li kienet ma tiflaħx. Il-bint u l-missier ma ridux jidħlu fil-kamra mat-tabib għax beżgħu. Lit-tabib qalulu biex jagħmel dak li tista’ sabiex tfejjaqha, flus mhux problema. Inkwetati bis-sitwazzjoni tal-omm, kienu qegħdin b’ħerqa biex jaraw il-verdett tat-tabib. It-tabib mar fl-aħħar kamra u wara ftit irritorna. “Għandi bżonn fidiferru” qalilhom. Dawk inkwetati u mħassbin marru jġibulu li ried. It-tabib reġa’ mar fl-aħħar kamra, iżda ma damx biex reġa’ rritorna u talabhom martell. Dawk b’biża’ kbir ġabulu li ried u t-tabib ħaffef għall-kamra. Din id-darba rritorna għall-iskarpell iżda dawn ma felħux aktar. Staqsuh x’jambih l-iskarpell. Dak weġibom li ried jiftaħha! Ma kinitx kelma, dawk bjadu. “Naħseb belgħet iċ-ċavetta” qalilhom it-tabib! Dawk bdew iwaħħlu f’xulxin għat-traskuraġni tagħhom iżda kien hawn li t-tabib fehem bl-iżball. “Naħseb is-seratura belgħet iċ-ċavetta... l-omm għadni lanqas rajtha għax ma stajtx niftaħ il-bieb!”... Id-Dulli jivvintahom!
Gadgets Shorts
Mit-Tnejn sal-Ġimgħa fid-8:45 u fil-17:05 fuq TVM Rachel u Ian jippreżentaw doża żgħira ta’ Gadgets ta’ kuljum. It-tnejn jirrispondu mistoqsijiet diversi fuq l-aħħar aħbarijiet mid-dinja tat-teknoloġija.
Teftif
Mit-Tnejn sal-Ġimgħa fis-12:50 fuq ONE Doża żgħira ta’ kif tista’ ssajjar kuljum! Waħda mir-riċetti sempliċi kienet tikkonsisti minn 568ml ħalib u saħħnu fuq in-nar. Għandek bżonn 2 mgħaref trab tal-custurd u dewweb it-trab fi ftit ħalib. Ħawwad mal-ħalib jaħraq. Aqbad nofs pakkett gallettini taċ-ċikkulata u kissirhom. Ġo vażżetti żgħar itfa’ l-gallettini mkissrin u l-krema talcusturd! Dewweb 50 gramma ċikkulata skura tat-tidwib, żid 25 gramma krema friska u ħawwad dawn it-tnejn flimkien. Żid it-taħlita ma’ dik tal-ġar u żejjen bi ftit gallettini li jifdal.
Espresso
Mit-Tnejn sal-Ġimgħa fis-13:00 fuq ONE Wayne Aquilina għal sajf ieħor iżomm l-appuntament tiegħu mal-espressini!
30 GWIDA Settembru 2020
Noli
It-Tnejn, it-Tlieta u l-Ġimgħa fis-19:15 fuq TVM F’dan il-programm qed niltaqgħu ma’ għadd ta’ personalitajiet mid-djar tagħhom. Timmaġinah lill-Ministru Carmelo Abela qassis? Iva hekk kien ser isir! Dan qalu hu stess waqt intervista li kellu fil-programm televiżiv Noli. “Kont qed naħseb biex nibda l-ewwel sena s-Seminarju imma mbagħad ma bdejtx” jgħid Carmelo lil Angie. Angie staqsietu jekk kienx kwiet u hu weġibha, “L-iskola kont dejjem magħruf bħala wieħed minn dawk il-kwieti. Fil-fatt meta wħud minn sħabi tal-iskola saru jafu li ser noħroġ għall-elezzjoni, jekk kienu qed jistennewha m’għand kulħadd, ma kinux qed jistennewha mingħandi”. Carmelo jikxef ħafna aktar sigrieti waqt l-intervista li għamlitlu Angie Laus.
Primetime Preview
Mit-Tnejn sal-Ġimgħa fis-12:45, fl-16:00 u fis-19:15 fuq ONE Owen Bonnici b’verżjoni sajfija ta’ Primetime. F’dan ilprogramm Owen waqt li għaddej mit-toroq ta’ Malta ser ikun qed jilgħab mal-telespettaturi l-logħba popolari Kontra 30 sekonda bil-maqlub.
Bejnietna
Mit-Tnejn sal-Ġimgħa fis-18:10 fuq NET Dulcima, Stef u Marco Calleja jilqgħu lit-telespettaturi kuljum bi programm frisk Bejnietna. Fil-programm ikun hemm mistiedna personalitajiet distinti fejn insiru nafu affarijiet ħelwin fuqhom. Skoprejna li f’għeluq l-anniversarju, Peppi ta ġiżirana lil Mandy iżda hu ried funtana! L-idea ta’ din il-funtana għall-ewwel ma tantx għoġbitha lil Mandy imma kellha taċċetta. Fid-dar tagħhom issa għandhom funtana ġol-bitħa! Iżda mill-ewwel bdew l-intoppi hekk kif il-plakka waħlet u ma riditx tinqala’! Imnalla kien Xandru, it-tifel tagħhom, li sabilhom soluzzjoni!
Vitalità
It-Tnejn u l-Ġimgħa fis-18:15 fuq TVM Programm prodott mill-Kunsill Malti tal-Volontarjat dwar temi ta’ saħħa, l-anzjani, arti, ambjent, kura tal-annimali u żgħażagħ.
Magħkom
Mit-Tnejn sal-Ġimgħa fuq NET Programm ta’ ġrajjiet kurrenti preżentat minn diversi preżentaturi u b’mistiedna differenti kuljum. Il-programm jixxandar kuljum, mit-Tnejn sal-Ħamis fit-20.20 u nhar ta’ Ġimgħa jixxandar bl-Ingliż fid-20.50
Skeda
Drama ta’ kuljum Ipokriti – Mit-Tnejn sal-Ġimgħa fil-12:15 fuq TVM Simpatiċi – Mit-Tnejn sal-Ġimgħa fl-12:10 fuq Net Ħbieb u Għedewwa – Mit-Tnejn sal-Ġimgħa fl-15:45 fuq Melita More (Repetizzjonijiet)
Iċ-Ċaqqufa – Mit-Tnejn sal-Ħamis fit-14:45 u fl-16:05 fuq TVM Division 7 – Mit-Tnejn sal-Ħadd fl-22:15 fuq ONE It-Tielet Staġun: Dejjem Tiegħek Becky – Is-Sibt fl10:15 u l-Ħadd fl-09:45 fuq NET Sal-Quċċata – Is-Sibt u l-Ħadd fis-13:05 fuq NET Għal Paċi u l-Mistrieħ – Is-Sibt u Ħadd fis-13:05
Għat-Tfal Aqrali Storja – Mit-Tnejn sal-Ġimgħa fit-8:30am fuq ONE
Nuni – Mit-Tnejn sal-Ġimgħa fid-8:45am fuq ONE Qari għat-tfal – Mit-Tnejn sal-Ġimgħa fl-10:00 fuq TVM Xplaħħ mal-ħajt – Mit-Tnejn sal-Ġimgħa fl-10:30 fuq TVM
Puffle Town – Mit-Tnejn sal-Ġimgħa fil-10:45 fuq TVM Andy’s Wild Workout – Mit-Tnejn sal-Ġimgħa fil-
11:00 fuq TVM
Esplora Esperimenti – Mit-Tnejn sal-Ġimgħa fil-11:05 fuq TVM
Ħajjitna Ktieb – Mit-Tnejn sal-Ġimgħa fil-11:15 fuq TVM Quddies TVM 2 Kuljum fid-9:30 Mit-Tnejn sal-Ġimgħa fil-17:30 Is-Sibt u l-Ħadd fis-18:30 ONE Kuljum fit-8:00 NET Mit-Tnejn sal-Ġimgħa – Fit-15:30 Il-Ħadd fl-10:30
Aħbarijiet TVM Kuljum 12:00 / 16:00 / 20:00 / 22:00 Aħbarijiet bis-sinjali 18:00 ONE Kuljum 06:30 / 07:30 / 12:30 / 15:30 / 19:30 / 23:30 NET Kuljum 07:00 / 12:00 / 15:00 / 18:00 / 19:30 / 21:55 / 23:00 Aħbarijiet bl-Ingliż 17:45
Nhar ta’ Tnejn
Valletta : Ilwien ta’ Belt fis-18:45 fuq ONE Valletta u dak kollu li jaqla’ l-baħar. Kummerċ, ħolm, traġedji, messaġġi, tifkiriet, assedji, u divertiment. Il-baħar żaqqu ratba u rasu iebsa; mill-emigranti sal-immigranti; mill-għaqda għall-firda; il-baħar u ċ-ċelebrazzjoni talbniedem. Umani – fis-19:20 fuq TVM Maria Muscat ta’ kull ġimgħa tlaqqagħna ma’ umani distinti li jkollhom storja tad-deheb. F’wieħed mill-programmi laqqatna ma’ Roża Zammit Salinos magħrufa l-iktar bħala Roża tal-qtates. Roża llum għandha 73 sena u meta għal aktar minn 40 sena ħadmet fl-Università ta’ Malta kienet maħbuba ħafna mill-istudenti għaliex kienet tgħinhom u tfarraġhom, anki billi permezz tal-qtates li tieħu ħsieb, dawn iservu ta’ terapija. Illum Roża hija magħrufa għallvillaġġ tal-qtates li bniet hi stess f’San Ġiljan, villaġġ li jattira ħafna nies, fosthom familji u turisti. Roża hija mara soda, b’qalb ħanina ħafna. UMANI bi produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Maria Muscat. Dan il-programm beħsiebu jkompli f’Jannar 2021. Redlands – fit-20:10 fuq ONE Repetizzjoni ta’ drama Redlands. Sensiela għall-gosti ta’ kulħadd li tinvolvi żfin, komiċità u stejjer ta’ problemi reali. Man Up+ – fid-21:00 fuq NET Din hija d-19-il sena ta’ dan il-programm fuq it-televiżjoni, kollu kemm hu ddedikat lill-waterpolo Malti. Gadgets – fid-21:00 fuq TVM
Programm iddedikat lit-teknoloġija iżda li jinteressa lil kulħadd. Gadgets għandu produzzjoni ta’ Vsquared bi preżentazzjoni ta’ Ian Naudi, Rachel Cachia u Martina Zammit.
Bandiera Kaħla – fl-21:45 fuq TVM Jagħti ħarsa mill-qrib lejn kif jiġu ddikjarati bajjiet bħala Blue Flag . Moda L-Istorja – fl-22:00 fuq ONE Moda – l-Istorja se jeħodna lura għall-istorja tal-ilbies f’Malta, fejn se naraw tipi differenti ta’ lbies li kienu jilbsu l-Maltin. GWIDA Settembru 2020
31
Skeda
Nhar ta’ Tlieta Ħidmietna
Kull nhar ta’ Tlieta u Ħamis fil-11:15 fuq TVM Ħidmietna ser ikun programm imtella’ b’kollaborazzjoni mal-MCAST, mal-Università ta’ Malta, mal-Junior College kif ukoll mal-ITS. F’dan il-programm, li ser ikun maqsum fi tliet fażijiet, ser inwasslu lit-telespettaturi tagħrif dwar diversi xogħlijiet kurrenti, x’jinvolvi kull xogħol, kif ukoll x’ċertifikati għandek bżonn biex tidħol fil-korsijiet illi jwassluk għal dak ix-xogħol.
Għawdex Illum – fid-9:20 fuq TVM
Il-programm se jkopri aspetti Għawdxin minn lenti storika, arkitettonika, artistika, kulturali, u ambjentali, filwaqt li jikxef l-użanzi u l-istili tal-ħajja Għawdxija. CVC Media huwa l-produttur, flimkien m’Alvin Scicluna, li huwa wkoll iddirettur.
X’Sar Minnhom – 17:20 fuq TVM
Kull nhar ta’ Erbgħa
Vale – fl-16:00 fuq NET Kif jista’ jkollna anqas impatt fuq l-ambjent ta’ madwarna? X’tista’ tagħmel mill-affarijiet li tkun ser tarmi? Kont taf li qoxra ta’ batterija tar-remote ddum 100 sena biex tiġi dekomposta? Dan u ħafna tagħrif interessanti fuq Vale, il-programm immexxi minn Valerie Vella. Lenti – fil-17:20 fuq TVM Lenti se jqatta’ tlettax -il ġimgħa jiltaqa’ m’Għawdxin li aċċettaw ipoġġu quddiem il-lenti u jitkellmu apertament ma’ Albert Marshall dwar aspetti differenti ta’ ħajjithom. Aqta’ kemm – fil-17:30 fuq ONE Repetizzjoni ta’ game show ħelwa minn Andreana u Melanie Kelly. Hawn il-kontestanti ser jippruvaw jaqtgħu l-prezzijiet tal-prodotti li jaraw quddiemhom u jirbħu premijiet!
Il-preżentatriċi Alisa Pavia tlaqqagħna ma’ personalitajiet li ilhom ma jidhru fi produzzjonijiet jew programmi lokali.
Kif Isir – fis-18:45 fuq TVM
House Hunt – 18:15 fuq TVM
Ras Imb Ras – fis-19:15 fuq TVM B’mistoqsijiet diretti u inċiżivi, il-ġurnalist ta’ TVM, Mario Xuereb, jittanta jiskopri aktar dwar is-suġġett u l-personaġġ li jkollu quddiemu.
Il-programm fejn iżuru propretajiet għall-bejgħ madwar Malta u Għawdex u nitkellmu ma’ esperti fil-qasam tad-djar.
Mill-Imħażen tal-Festi – fis-18:45 fuq TVM
Programm interessanti ta’ kif isiru l-prodotti u ikel popolari.
Fid-dawl tal-pandemija jagħti ħarsa kif id-dilettanti tal-festi qed ikampaw f’din is-sitwazzjoni fejn jidħol armar tal-festa.
Fish On – fis-18:45 fuq ONE
Kieku l-Festa – fid-21:00 fuq NET
F’Ġieħ l-Imħabba – fid-21:00 u fl-22:05 fuq TVM (Repetizzjoni) L-aħħar puntati ta’ F’Ġieħ L-Imħabba mill-ewwel staġun ser ikomplu jixxandru. Biex b’hekk xħin tispiċċa d-drama L-Għarusa jibdew il-puntati ġodda.
Dan il-programm iġeddidilna l-memorji bl-isbaħ filmati millfesti ta’ Malta u Għawdex.
L-Għarusa – Mit-Tlieta, 8 ta’ Settembru fuq TVM
Bħalma hemm indikat tajjeb fl-intervista speċjali ma’ Justin u Steven, din id-drama ser tkompli f’Settembru. Baqa’ biss 3 episodji, dawn ser jixxandru nhar it-Tlieta 8, 15 u 22 ta’ Settembru fid-8:50pm.
Dine or Dishes
32 GWIDA Settembru 2020
Mad-Daqqa t’Għajn - fit-20:15 fuq ONE
(Drama) Rubini – fid-21:00 fuq NET
Umani
Skeda
Kull nhar ta’ Ħamis
Dine or Dishes – fis-18:15 fuq TVM
Bi preżentazzjoni ta’ Manuel Aquilina, il-kok Neil flimkien mal-kok Aaron se jkunu qed iħejju riċetti ma’ 2 kontestanti. Dan il-programm li beda f’Ottubru li għadda ser ikompli jagħtina l-aqwa riċetti minn dawn il-kokijiet eċċellenti!
X’Sar Minnhom – fis-19:20 fuq TVM
X’Sar Minnhom? huwa programm li se jkollu mistiedna personaġġi magħrufa Maltin li n-nies isaqsu dwarhom. Kienu bosta personaġġi li għamlu isem għax-xena televiżiva, radju fost oħrajn. Dawn il-personaġġi ser jidhru f’dan ilprogramm. F’ X’sar minnhom? se nkunu qed naraw stampa li mhux soltu naraw. Dan għaliex l-intervisti se jkunu qed isiru f’postijiet diversi madwar Malta.
Xtra Sajf – fid-21:00 fuq TVM
Vitalità – fis-18:15 fuq TVM
Programm prodott mill-Kunsill Malti tal-Volontarjat dwar temi ta’ saħħa, l-anzjani, arti, ambjent, kura tal-annimali u żgħażagħ.
X’hemm moħbi – fis-18:45 fuq TVM
Il-kurżità hija l-fattur ewlieni li ser iżżomm lill-udjenza fil-mistennija għal dan il-programm. “X’ser naraw din ilġimgħa li ma nafux bih/biha?” hija l-mistoqsija li wieħed ser jistaqsi. Programm li jiġbor fih aneddoti u stejjer li huma ddokumentati jew intirtu bil-fomm minn ġenerazzjoni għal oħra.
Flusek – fit-20:15 fuq NET Chamber Fridays MPO fid-21:00 fuq TVM
Inizjattiva biex titwassal mużika fid-djar mill-Orkestra Filarmonika ta’ Malta.
(Drama Repetizzjoni) Fattigi – fid-21:00 fuq NET Żewġ episodji wara xulxin ta’ din id-drama.
Penn and Teller – fid-21:15 fuq TVM
Pirotekniċi – fid-21:15 fuq ONE
Ninvestigaw X’Qed Nieklu fl-16:15 fuq TVM
Tertuqa – fl-22:05 fuq TVM
Kull nhar ta’ Ġimgħa
Covid-19 – Konferenza Stampa fin-12:30 fuq TVM Darba f’ġimgħa l-Professur Charmaine Gauci ser tkun qed tagħti rendikont fuq il-pandemija f’pajjiżna. X’Kien Ġara Tassew – fis-14:00 fuq TVM
L-għan ta’ dan il-programm hu li jinvestiga siti popolari u jagħti informazzjoni fuq l-istorja tal-gżejjer Maltin. Dan il-programm jinkludi tagħrif akkademiku minn riċerkaturi u opinjonisti fuq siti storiċi. (Drama) Ir-Ronnie – fit-14:45 fuq TVM Min jista’ jinsa lil Josie Coppini u Maryrose bħala miżżewġin flimkien f’din id-drama! Nhar il-Ġimgħa 4 ta’ Settembru ser jixxandru 6 episodji minn din id-drama.
Personaġġi – fil-17:20 fuq TVM Personaġġi jerġa’ jirritorna sabiex jitfa’ dawl fuq il-ħajja ta’ personalitajiet Maltin u Għawdxin li jimmeritaw ilħarsa tagħna mill-kamp artistiku għal dak sportiv, minn dak politiku għal dak umanitarju. Il-personaġġi, li Joseph Chetcuti jintervista b’tant abbiltà, huma mhux biss interessanti, iżda wkoll ta’ min jammirahom. Personaġġi, taħt id-direzzjoni ta’ Blend Productions, b’Marley Lagana bħala direttur u Joseph Chetcuti bħala produttur u preżentatur.
Kull nhar ta’ Sibt
Summer Life & Style fil-17:00 fuq NET
Il-programm Summer Life & Style ppreżentat minn Lea Hogg huwa programm ta’ divertiment b’intervisti ma’ personaġġi Maltin. Il-programm isir mit-tlett ibliet u jitratta l-istil Malti tal-ħajja sajfija.
Invenzjonijiet fis-19:00 fuq TVM You me and them fid-21:00 fuq TVM Mill-festa fit-20:15 fuq ONE
ONE bi programm relatat mal-festi fil-gżejjer Maltin. Filprogramm rajna diversi festi minn lokalitajiet differenti fosthom tal-Fgura. Bi produzzjoni ta’ Etienne Schembri, Aaron Zahra u Brian Bonnici għall-istazzjon ONE, ilpreżentaturi se jkunu qed jiltaqgħu ma’ nies u għaqdiet involuti fl-armar u l-organizzazjoni tal-festa. (Drama) Gizelle – fit-8:30pm fuq ONE
Gadgets
GWIDA Settembru 2020 33
Skeda
Kull nhar ta’ Ħadd
Iżda x’tiskopri Abigail lejlet l-ewwel tas-sena? X’impatt ser tħalli fuq il-karattri ta’ din is-serje?
Programm kurrenti li juri l-kultura u ċ-ċivilizzazzjoni mondjali, filwaqt li jenfasizza fuq l-ambjent, il-wirt storiku, xi riċetti tradizzjonali Maltin, u aktar. Din is-sena, il-programm se jiffoka fuq Sqallija, u fuq l-emigranti Maltin li jinsabu f’Ġibiltà u fil-Kanada, f’Vancouver.
BEAUTIFUL - Staġun 29 Mit-Tnejn sal-Ġimgħa fis-13:41 fuq Canale 5 Ir-relazzjoni ta’ Zoe u Xander qiegħda f’xifer l-irdum. Xander jitlob lil Zoe tiddeċiedi. Brooke ser tagħmel minn kollox biex iżżomm lil Hope milli tiżżewweġ lil Thomas. Thomas jilgħab logħba fuq Hope biex iġegħelha ċċaqlaq id-data taż-żwieġ. Liam xejn ma ħa pjaċir meta Hope stqarret li ser taġġorna ż-żwieġ ma’ Thomas. Emozzjoniijiet f’dawn l-epsisodji ser ikunu kbar hekk kif Hope u Thomas ser jistaqsu lill-familjari u ħbieb biex ikunu parti miċ-ċerimonja. Thomas javża lil Ridge sabiex jgħid lil Brooke tieqaf tindaħallu fil-pjanijiet. Meta l-familja kollha jkunu miġburin sabiex jaraw lil Thomas u lil Hope jgħidu iva lil xulxin, Hope tiddeċiedi biex tapplika l-istrateġija tagħha. It-tensjoni tikber hekk kif Hope ddum sabiex tidħol mill-entratura taċċerimonja. Iżda dawn it-tnejn ser jiżżewġu? Min ser jikxef is-sigriet dwar it-tarbija Beth?
Malta u lil hinn minnha – fl-10:30 fuq TVM
Raħal Twelidi – fil-16:00 fuq TVM
Raħal Twelidi huwa programm kulturali fuq il-lokalitajiet Maltin. F’kull programm se nżuru lokalità differenti u nsiru nafu aktar dwarha, mill-istorja, sat-tradizzjonijiet, personaġġi, u oħrajn; kollox bi stil leġġer u komiku.
Kompendju – fil-17:00 fuq TVM
Il-kwiżż xow bil-Malti ppreżentat minn Melanie Kelly taħt iddirezzjoni ta’ Andreana u Ben Camille. Kwiżż iddedikat kollu għal dak kollu li hu Malti! Kemm taf taqta’ mill-mistoqsijiet tqal li taf tħejji Andreana?
Għawdex Illum – fis-18:15 fuq TVM
Se jkompli jippreżenta l-ambjent trankwill Għawdxi. Ilprogramm se jkopri aspetti Għawdxin minn lenti storika, arkitettonika, artistika, kulturali, u ambjentali, filwaqt li jikxef l-użanzi u l-istili tal-ħajja Għawdxija.
Fil-Ġnien ma’ Melo – fis-18:45 fuq TVM
Fil-Ġnien ma’ Melo huwa programm iddedikat għallbotanika u għall-varjetà kbira ta’ pjanti ffilmjati f’ġonna Sqallin. Melosaul Balzan se jagħti informazzjoni dwar siġar, arbuxelli, pjanti u fjuri varji, li jikbru fis-serer u fil-pajsaġġi ta’ taħt il-muntanja Etna.
Barranin
Beautiful Serengeti – Il Viaggo Mit-Tnejn sal-Ġimgħa fid-8:45 fuq Canale 5 Id-diversità tal-annimali fid-dinja. Din is-serje tlaqqagħna ma’ xenarju mill-isbaħ u niltaqgħu ma’ annimali ta’ kull tip. Minn muntanji sa xmajjar, kull episodju ser iħalli lit-telespettaturi jifhmu aktar dwar iċ-ċiklu tal-ħajja u l-ħolqien. Days Of Our Lives – (Staġun 53 - Ep 56 – 77) Mit-Tnejn sal-Ġimgħa fis-13:00 fuq Melita More Sami ser iħalli lil Marlena, John u Will. Sonny tibqa’ mbellha xħin tisma’ li Will ibus lil Paul. Hope u Rafe jmorru għal nofs ta’ nhar romantiku iżda l-imħabba sigrieta tagħhom tinkixef. Hope tispiċċa f’argument ma’ Ciara. Chad u Kate jqabbdu speċjalist biex jgħinu lil Theo. Clara tiskopri li Tripp qed iħoss xi ġibdiet lejn Claire. L-isparatura ta’ Theo għadha tidwi u J.J. jara r-riżultat mill-investigazzjoni tal-każ. Il-familja ta’ Salem tingħaqad flimkien biex tiċċelebra l-Milied. J.J. ikollu mistieden mingħajr ma kien qed jistenna. F’dawn l-episodji ser naraw ukoll lil Kate tqerr xi ħaġa kbira. 34 GWIDA Settembru 2020
Una Vita – Mit-Tnejn sal-Ġimgħa fis-14:10 fuq Canale 5 Il-Segreto – Mit-Tnejn sal-Ġimgħa fit-15:30 fuq
Canale 5
I Flintstones – Kull nhar ta’ Ħadd fid-8:50 fuq Italia 1 I Simpson – Mit-Tnejn sal-Ġimgħa fis-13:40 fuq Italia 1
Ta’ Darba fil
Għanja tal-Poplu
11 ta’ Settembru fuq TVM L-Għanja tal-Poplu konsistentament baqa’ jaħdem qatigħ biex żamm il-kanzunetta Maltija ħajja tant li din is-sena qed itella’ l-44 edizzjoni tal-festival – festival li ra l-bidu tiegħu fl-1973. Din is-sena, il-finali ta’ L-Għanja tal-Poplu 2020 se jkun festival għat-televiżjoni permezz ta’ produzzjoni televiżiva minn PBS. Il-mistieden speċjali ta’ dan il-festival se jkun Philip Vella li rebaħ il-festival tas-sena li għaddiet. Il-preżentaturi tal-festival huma l-aħwa Dorothy u Gianluca Bezzina. B’kollox ġew sottomessi 80 kanzunetta għal din l-44 edizzjoni tal-festival. Minnhom intgħażlu 40 kanzunetta li għaddew għall-fażi semifinali.
Dar Bjorn Ġbir ta’ Fondi
27 ta’ Settembru fuq l-istazzjonijiet kollha Bjorn għandu bżonn l-għajnuna tagħna, s’issa wasal fl-aħħar stadju tad-dar il-ġdida tiegħu u għandu bżonn l-aħħar imbuttatura sabiex ngħinuh jaqta’ din ix-xewqa. Nhar ilĦadd ser ikun hemm ġbir ta’ fondi b’risq Dar Bjorn. Ibgħat donazzjoni b’SMS fuq 50618936 għal €6.99 jew ċempel 51002017 biex tagħti €20.
Skeda
Programmi Ġodda mill-Ħarifa L-iskeda tal-Ħarifa issa dalwaqt magħna u ħafna millprodutturi diġà bdew jirreklamaw il-programm ġdid tagħhom. B’dispjaċir kbir il-programm Xarabank twaqqaf u mhux ser jixxandar aktar. Skont l-Awtorità tax-Xandir, Xarabank baqa’ l-aktar programm segwit fuq l-Istazzjon Nazzjonali u millistazzjonijiet l-oħra kollha, mill-programmi kollha u fil-ħinijiet kollha tal-ġurnata. Eluf ta’ sigwaċi baqgħu jsegwuh u għamluh l-aktar programm ta’ diskussjoni popolari fl-istorja ta’ Malta.
Drama Sorelle
Mit-Tnejn sal-Ġimgħa fl-3:45pm fuq TVM Is-soap li beda fl-iskeda tal-ħarifa tas-sena l-oħra ser ikompli! Rewind fuq il-paġna ta’ Facebook ħabbru li ser ikun hemm 180 puntata ġdida. F’dawn il-puntati mistenni li naraw karattri ġodda.
L-Ispettur
Kull nhar ta’ Tnejn wara l-aħbarijiet ta’ filgħaxija fuq TVM F’Awwissu tal-2019 beda jinkiteb l-iskript ta’ dan id-dramm, L-Ispettur. Dramm li ser jibda jixxandar kull nhar ta’ Tnejn fuq TVM u ser tibda mit-Tnejn 28 ta’ Settembru. Mario Micallef ser ikun qed jinterpreta l-karattru prinċipali. Liema produzzjoni ser ikollha 64 attur u damu jiffilmjaw kollox 65 ġurnata. Id-dramm, L-Ispettur Bonnici għandu kitba u direzzjoni ta’ Mario Philip Azzopardi. Din id-drama ser tibda fit-28 ta’ Settembru.
F’Ġieħ L-Imħabba
Kull nhar ta’ Tlieta wara l-aħbarijiet ta’ filgħaxija fuq TVM Id-drama tar-Rewind Productions li bdiet is-sena l-oħra ser tkompli fl-iskeda tal-ħarifa. B’kollox 36 puntata ġdida ta’ F’Ġieħ L-Imħabba li ser jibda jixxandar kull nhar ta’ Tlieta wara li jispiċċa L-Għarusa. F’Ġieħ l-Imħabba beħsiebna tuncker jisplodi hekk kif ġie żvelat waqt ir-reklam stess. Din id-drama ser tkompli mid-29 ta’ Settembru.
Division 7
Kull nhar ta’ Erbgħa wara l-aħbarijiet ta’ filgħaxija fuq ONE L-aktar drama segwita fuq l-istazzjonijiet kollha lokali hija Division 7. DBA Entertainment ħabbret li dan ser ikun l-aħħar staġun għal din id-drama maħbuba minn ħafna. F’Division 7 sejrin naraw ir-ritorn ta’ Renzo Bonello fid-drama Maltija kif ukoll Jo Christine Scicluna. JC hija magħrufa għal parti
tagħha f’ L-Għarusa bħala Lukrezia u dik ta’ Karmelina f’Salib it-Toroq. Din id-drama ser tkompli mill-Erbgħa 20 ta’ Settembru.
Fattigi
Kull nhar ta’ Ħamis wara l-aħbarijiet ta’ filgħaxija fuq NET Watermelon Media ser jagħtuna t-tielet staġun ta’ din id-drama. Din id-drama kienet maħsuba li tintemm wara t-tieni staġun iżda b’domanda NET għażel li jġedded din id-drama bi staġun ieħor. Il-ġbid ta’ dan l-istaġun issa beda u l-istorja ser tieħu direzzjoni differenti hekk kif it-tliet fattigi issa m’għadhomx jaħdmu ta’ fattigi! L-istorja ta’ Fattigi ser tkompli tiżvolġi mill-Ħamis 1 ta’ Ottubru.
Programmi oħrajn Disintivi
Kull nhar ta’ Erbgħa fl-22.30 fuq ONE Distintivi huwa programm televiżiv ġdid li se jkun qed jixxandar fuq One mill-iskeda ta’ Ottubru. L-ewwel programm se jkun qed jixxandar l-Erbgħa 30 ta’ Settembru, 2020. Distintivi se jkun programm ta’ diskussjoni dedikat kollu kemm hu għaż-żgħażagħ.
Min Imissu?
Kull nhar ta’ Ġimgħa wara l-aħbarijiet tal-ONE Il-programm komiku u satiriku jirritorna fuq ONE. Ser naraw atturi b’karattri ġodda u din id-darba l-karattru tal-Lajf ser jiżvolġi ħafna aktar! Din is-sena b’mistiedna differenti, fejn it-tim tal-produzzjoni jgħidulna li isbaħ minn qatt qabel!
Family Affair
Kull nhar ta’ Sibt u Ħadd fl-16:30 fuq NET Il-programm divertenti ta’ Eileen Montesin u l-familja ser jirritorna għat-tieni sena. Din id-darba fi ġranet u ħinijiet differenti. Eileen twiegħed li ser tirrekordja flimkien malfamilja tagħha aktar kanzunetti li jinżlu tant tajjeb maludjenza.
Mhux Kemm Taf
Kull nhar ta’ Ħamis fis-18:00 fuq ONE Game show ġdid għall-familja kollha bi preżentazzjoni ta’ Matthew Sant Sultana. Matthew hu attur f’Min Imissu, u la hemm hu żgur ser ikun divertenti.
Illum Ma’ Steph
Jirritorna mit-Tnejn sal-Ġimgħa mill-16:45 sas-18:30 fuq TVM Steph b’dik it-tbissima u b’karattru tant simpatiku ser tirritorna bil-programm tagħha min-nhar it-Tnejn 28 ta’ Settembru.
Jekk int produttur u tixtieq li jkollok il-programm imniżżel hawn tista’ tibgħat email fuq info@gwida.mt GWIDA Settembru 2020 35
GWIDA SpeĊjali
L-GĦARUSA
Ritratti: Reno Rapa
Ser ikompli imma kellhom ineħħu xi xeni minħabba l-pandemija! L-Għarusa ħalliena bil-kurżità għal aktar minn tliet xhur. Minħabba l-pandemija, il-ġbid ta’ L-Għarusa kellu jitwaqqaf. Meta s-sitwazzjoni kienet stabbli tkompla l-filming biex b’hekk nistgħu nsegwu t-tliet episodji li jmiss. Tkellimna mad-diretturi ta’ Sharpshoot, il-kumpanija li tipproduċi L-Għarusa u staqsejniehom ħafna kurżitajiet li kellna. Iżda qabel xejn ħa niftakru ftit x’ġara s’issa...
GWIDA Settembru 2020 37
GWIDA SpeĊjali
Min qatel lill-għarusa? L-istorja ta’ L-Għarusa hija mibnija fuq diversi karattri ħelwin. Apparti l-atturi priniċpali li kellimniehom kemm-il darba, hemm dawk sekondarji li għamlu impatt kbir mal-udjenza. Għażilna li nkellmu liz-ziju ta’ Bettina, Fenech Lauri u Bernard. L-attur Ludwig Farrugia li jagħmel il-parti taz-zio Amadeio qalilna li...“Ħadt pjaċir ħafna naħdem dan il-karattru għal raġunijiet varji. Il-fatt li huwa tabib imma illeġittimu fil-familja, tani opportunita biex nilgħab bil-karattru. Bejn serju u bejn kemxejn korrott, għax kien jaf li ma kellu xejn tiegħu fil-familja u ma kien ser jiret xejn, speċjalment minħabba Bettina. Kien karattru li bħala attur stajt niżvolġi f’xi ħaġa unika.” Iz-zio Amedio mdaħħal mhux ftit fil-kobba mħabbla ta’ din l-istorja. Amadeio nafu kemm għen lil Bettina sabiex tiżżewweġ bil-moħbi lil Diego. Bettina issa qed terġa’ tafdah wara li skopriet li meta kienet għadha lanqas biss twieldet kien kiteb f’kuntratt li kienet tarbija illeġittima. Amadeio bħalissa qed jara kif jista’ jħarrab lil Diego u Bettina. Iżda ser jirnexxilu jagħmel dan? Ma ninsewx li Amadeio kien tabib u kien hu li żamm il-libsa tat-tieġ ta’ Bettina. Tgħid kellu x’jaħbi? Daniel Attard Portughes fuq il-karattru tiegħu ta’ Fenech Lauri qalilna, “Li tilgħab il-parti ta’ investigatur f’din id-drama kienet esperjenza tal-ġenn. F’ħafna mumenti dhert bħala persuna mkabbra u maqtugħ mill-bqija tal-karattri l-oħra. Imma fil-verità l-karattru tiegħi għandu ħajja pjuttost taddwejjaq. Il-fatt li mititlu martu, u għandu t-tifel b’diżabilità tagħmlu persuna li jinqata’ għalih waħdu u mdejjaq. Ħadt gost naħdem dan il-karattru anke għall-fatt li fl-aħħar kulħadd skopra li dan għandu qalb. Ċertament jgħożż lil ibnu u anke meta waqqfuh mill-każ, kompla jippersisti biex isolvi l-każ ta’ Bettina.” Lil Fenech Lauri ħallejnieh fil-punt meta skopra li jsib l-ispettur Abela taħt l-art għax kien qaflu fil-kantina Arturo (missier Bettina). Bl-għajnuna ta’ ibnu stess tgħid Fenech Lauri ser jirnexxilu jsolvi dan il-każ? Għal Reuben Micallef din kienet l-ewwel esperjenza. “Bernard huwa karattru b’ karatteristiċi differenti minn ta’ ħuh. Bniedem b’xejra artistika tkun pittura jew mużika. Jogħġobni l-fatt li jaf iħobb anke jekk fl-istess ħin, iħossu skomdu ma’ ħuh,” jgħidilna fl-intervista. Bernard huwa ħu l-għarus ta’ Amelia (il-kuġina ta’ Bettina). Minkejja li Amelia titgħarras ma’ Agostino, din tibda tiffansja lil ħuh. Bernard jispiċċa jsiefer biex ikun ’il bogħod minn Amelia għax ommu ma ħallitux jersaq lejha. Fl-episodji l-ġodda ser naraw aktar fuq din ilkoppja issa li nafu li Bernard ġie lura mill-Italja proprju għal Amelia. X’jgħidulhom in-nies lill-atturi? Ludwig qalilna li peress li jaħdem fil-proprjetà jiltaqa’ ma’ ħafna nies differenti. 38 GWIDA Settembru 2020
“Kull meta mmur nara post, 9 minn għaxra jsaqsuni l-mistoqsijiet fuq l-episodji. Imma l-aktar mistoqsija komuni... int qtiltha l-għarusa?”. L-istess għal Daniel, qalilna “kull fejn immur, dejjem ser issib lil xi ħadd li jgħidli ‘Min qatel lil Bettina?’ imbagħad tfaqqa’ konversazzjoni sħiħa. Għalkemm ta’ sikwit inkun f’ħarba nsibha vera xi ħaġa sabiħa li n-nies jwaqqfuni u jgħiduli proset taddrama. Hu bis-saħħa tat-telespettaturi li aħna l-atturi nagħmlu suċċess.” Daniel kien ukoll il-moħħ wara diversi props li kienu jidhru fis-sett. Reuben qalilna li peress li din kienet l-ewwel esperjenza bħala attur, “Xi ħaġa ġdida għalija li jwaqqfuni n-nies,” u l-istess isaqsuh fuq il-qtil ta’ Bettina. Minn stħarriġ li għamilna fuq Gwida.mt, staqsejna lin-nies min taħsbu minn dawn hu s-suspettat ewlieni fil-qtil tal-għarusa. Minn 2,500 vot li ġie rreġistrat fuq gwida.mt ħafna jemmnu li Tonin huwa dak li hu responsabbli, bi 33% jivvutaw lilu. Ngħiduha kif inhi, Tonin dejjem kien iħobb lil Bettina. Nafu kemm kien jgħir għaliha u ma felaħx jaraha tiżżewweġ lil ħaddieħor. Wara Tonin insibu lil Arturo bħala suspettat. Jista’ jkun involut fil-każ ta’ bintu stess għax qabel mietet, it-tifla ż-żgħira rat lil Arturo jagħti daqqa ta’ ħarta lil Bettina dakinhar tat-tieġ. Arturo jidher li qed jaħbi xi ħaġa fil-passaġġi ta’ taħt l-art minħabba li qafel l-ispettur Abela. Iżda x’qed jaħbi eżatt?
GWIDA SpeĊjali
L-istorja ta’ L-Għarusa – X’ġara pass pass... 1930s
40 GWIDA Settembru 2020
Bettina titgħarras ma’ Bert. Ġitani jaslu Malta. Bettina u Amelia jmorru ċ-ċirklu. Jinħaraq iċ-ċirklu minn Septa. Il-ġitani joqogħdu f’Casa Gauci Fontana. Diego jibda jittanta lil Bettina. Septa tibda tittanta lil Bert u tmur miegħu. Is-sinjura titlef il-misluta u twaħħal fil-ġitani b’konsegwenza li jkollhom jitilqu mill-palazz. Is-sinjura tinduna li l-misluta kienet tilfitha u mhux serquhielha imma jkun tard wisq Bettina tkompli tiltaqa’ bil-moħbi ma’ Diego. Iz-zio Amadeio jsib impjieg lil Diego u jlaqqagħhom flimkien. Bettina tiskopri li z-zio Amadeio għandu interess li jgħinha biex jieħu l-wirt tagħha. Meta kienet għadha ma twellditx kien iffalsifika xi dokumenti biex tagħmel lil Bettina, tifla illeġittima. Bettina u Diego jiżżewġu bil-moħbi. Jiġi organizzat ballu bil-maskra fid-dar Gauci Fontana. Diego u Bettina jinqabdu fis-sodda flimkien minn Arturo. Bettina tgħid lil missierha li kienet miżżewġa. Arturo ma jkunx irid jaf bit-tifla tiegħu u jsakkarha ġewwa. Jaslu l-kuġini minn Sqallija. Bettina toħroġ dawra sal-Belt mal-kuġini biex tiltaqa’ ma’ Diego bil-moħbi. Amelia tinduna li ħarġu mingħajrha u minflok toħroġ ma’ Bert. Amelia tispiċċa tieħu kastig miz-ziju Arturo u tikteb nota lil Bettina li kienet għand is-sorijiet. Bettina ssib post biex Amelia tkun tista’ toqgħod ’il bogħod mis-sorijiet. Kien hawn li bdiet tiltaqa’ bil-moħbi ma’ Enrico. Bettina u Diego jkollhom jannullaw iż-żwieġ għax hekk ried Arturo Diego jeħodha bi kbira ħafna iżda jibqa’ jħobbha. Bettina tkompli tħejji l-libsa għat-tieġ iżda kif iridu l-ommijiet! Il-kuġini jitilqu mid-dar u jħallu lil Amelia b’qalbha sewda.
GWIDA SpeĊjali
2018
Tonin jistaqsi lil Bettina biex meta tiżżewweġ jiġi magħha bħala servitù. Bert jaċċetta l-proposta. Bettina tinqatel u t-tieġ jitħassar. Tibda l-investigazzjoni mis-supretendent Fenech Lauri. Il-ġisem ta’ Bettina jidfnuh mill-ewwel u ma jħallux lill-Pulizija jeżaminawha. Fenech Lauri jkollu aċċess għallġisem li issa kien wasal fi stat qawwi ta’ dekompożizzjoni. Lukrezia tmur tfittex it-tifel li kellha meta kienet stuprata meta kienet żagħżugħa għax tħoss in-nuqqas ta’ Bettina. F’Casa Gauci Fontana jidħol Kalċidon it-tifel ta’ Lukrezia iżda dan ikun qed jilgħabha. Il-qassis isib għarus lil Amelia issa li hi l-eredi. Amelia jibda jogħġobha ħu l-għarus tagħha, Bernard. Kalċidon jittanta lil Amelia. Amelia tagħti bewsa lil Bernard għax ikun salvaha minn Kalċidon wara li dan jipprova jistupraha. Bernard imur jgħid kollox lil Arturo iżda Amelia tinnega kollox. Liberat taqbad lil Kalċidon jisraq u tgħid kollox lil Arturo. Arturo jissuspetta ħażin u jkun irrid ikkeċċih. Amelia jiddispjaċieha fuq Bernard u titolbu skuża. Bernard jinduna li sar iħobb lil Amelia u jmur jgħid lil ommu. Omm Bernard tibagħtu Ruma jistudja biex ikun ’il bogħod minn Amelia. Amelia torganizza festin f’għeluq sninha u ssir taf li Bernard ser jitlaq għal dejjem. L-ispettur Abela jinduna li hemm il-passaġġi taħt l-art u jżur lil Arturo. Arturo jniżżel lil Abela taħt l-art u jfajjarlu daqqa ta’ ponn. Iħallih tal-post. Tonin iniżżilu l-ikel iżda ma jgħinux! Fenech Lauri jsib lil Abela taħt l-art u jagħmlu pjan kif ser isalvah. Abela jgħid b’kollox lil Fenech Lauri bis-sehem ta’ Tonin u Arturo. Amelia ssir taf li hi u Diego huma fil-fatt aħwa minn missierhom. Diego narawh qed jikkomunika ma’ Amelia permezz ta’ ittra. II-mużew jibda juri l-libsa tal-għarusa u jinħoloq interess kbir. Fil-libsa jinsab li hemm messaġġ miktub u tibda l-investigazzjoni.
GWIDA Settembru 2020 41
GWIDA SpeĊjali
JUSTIN U STEVEN
Il-produtturi tad-drama L-Għarusa Sibtuha diffiċli waqt il-Covid-19 tiffilmjaw? Justin: Ma kinitx faċli, ibda biex bħall-atturi, aħna bdejna nibżgħu għalina nfusna. Bżajna illi b’xi mod jew ieħor nistgħu nħossuna ħatjin talli trażmettejna xi ħaġa. Ħafna mill-atturi f’ L-Għarusa huma għalliema, hemm atturi li ġejjin minn xogħlijiet li jirrikjedu li jiltaqgħu ma’ ħafna nies. Iddeċidejna li nwaqqfu kollox kważi malli tħabbret. Steven: Jaħasra kien fadal biss ġimagħtejn filming imma kellna nieqfu. Justin: Xħin wasalna biex nibdew kellna nagħmlu kollox skont ir-regoli li l-awtoritajiet ħarġu. Kulħadd qagħad attent u rrispettajna d-distanza soċjali kif stajna. Anke biex niffilmjaw, il-homework isir qabel u żammejna l-atturi fi gruppi żgħar u ’l bogħod minn xulxin. Steven: Kellna xena minnhom ġo kappella, ħriġnieha millkappella u għamilnieha barra. In-nies ferrixniehom kif hemm bżonn. Kien hemm xena li kien hemm bżonn tgħanniqa li neħħejnieha. Meta n-nies ser jaraw tgħanniq dak ikun sar qabel il-pandemija, għax l-aħħar tliet episodji konna diġà bdejna niffilmjawhom. Kien fadlilna 50 xena, imma f’ġimagħtejn kienu jkunu lesti. Kellkom xi xena kbira li n-nies għandhom jistennew f’dawn l-episodji li jmiss? Justin: Kellna żewġ show-downs interessanti ħafna. Li nista’ ngħidilhom li jinvolvu tnejn mill-atturi l-aktar favoriti tagħhom!
42 GWIDA Settembru 2020
Fit-tieni staġun ta’ L-Għarusa, rajna ħafna xeni kbar; tal-bajja, tal-ferrovija... Fil-bajja kien hemm nies jew kienet vojta? Justin: L-ewwel pass li konna għamilna, apparti li ġibna permess biex niffilmjaw il-bajja, kien li mmorru qabel jibdew ġejjin ħafna nies. Is-shots li ridna nieħdu daqsxejn mill-bogħod ħalli l-bajja tidher vojta ħadniehom filgħodu kmieni. Xħin lestejna minn dawk ix-xeni bdew ġejjin in-nies bl-umbrelel, tfal jgħajtu, lilos... Sa nofsinhar fejn kien għad fadal ħafna ammont xi jsir, jekk kont tħares lejn ix-xellug u lejn il-lemin kont tara biżibilju nies. Tant kienu mimlijin il-bajjiet li kellna xorti ħdimna kif ħdimna. Steven: Kienet waħda mill-isbaħ esperjenzi u r-Riviera Martinique hija l-isbaħ bajja f’Malta. Il-post offrielna l-ispazju għal żewġ xeni oħra li kien jirrikjedi dak l-episodju. Fejn rajna lil Diego u Sinclair qed jittawlu ’l isfel u fejn Bettina u Tonin marru jgħumu bil-moħbi. Kienu 3 ijiem ta’ filming intensivi ħafna. U l-ferrovija ser naraw xi xeni fuqha? Steven: Il-ferrovija spiċċat! Kienet maġija għalina għax filli m’għandek xejn u filli minn ċerti angoli ħloqt stazzjon bin-nies. Justin: Meta tara xena magħquda b’ ammont ta’ props, nies fil-kostum u l-location li hija suġġett
GWIDA SpeĊjali
għal dak li għandek bżonn, u tibda temmen li qed tara hu reali hemm tħoss il-maġija tal-film making. Ħassejna daqslikieku qed naraw ferrovija taħdem. Meta għażilna dak il-post, kellna f’moħħna l-fatt li tixbah post famuż ħafna l-Belt fejn kienet tidħol il-ferrovija, li kien il-Yellow Garage. Fil-memorja tan-nies u kull min ra xi ritratt relatat mal-ferrovija l-Belt, seta’ jaħseb li konna qegħdin hemm. Steven: Ftit nies li għadhom ħajjin jiftakru l-ferrovija vera. Ħafna nies jiftakruha mir-ritratti. Anke l-ferrovija minn barra aħna ħdimnieha minn ritratti li sibna. Justin: Dan kollu seħħ minn botta. Fid-drama tagħna ħdimna mill-qrib ma’ Audrey. Meta ftaħna l-iskript u sibna ċirklu miktub bdejna nħokku rasna. Mhux kemm tgħid tagħmilha l-ħaġa. Qatt ma ċaħħadna lil Audrey milli toħlom, toħloq imbagħad aħna naraw kif ser nivvintaw u nsolvu l-problemi. Fil-każ tal-ferrovija bdiet b’mod ħelu. Fuq żball spiċċa nbena sett sħiħ. Sibt ritratt minn film fejn il-vagun ġabuha minn ġewwa biss, litteralment kemm ipoġġi bniedem u tieqa. Ix-shot kien meħud millġenb u mill-quddiem. Kont qed nitkellem ma’ Steven u wrejtu kemm tkun sempliċi li kieku kellna ndaħħlu trejn. Għoġbitna l-idea u konna ħa nidħlu għaliha. Kif bgħatnieha għand Audrey u Steven qabad ikellem lil Daniel biex jibda l-bini tal-vagun; fl-aħħar sibt ferrovija mibnija sħiħa. Jien kulma xtaqt kwart ta’ vagun, imma minn kwart spiċċajna biċ-ċumnija tal-ferrovija, il-vagun sħiħ, kienet sorpriża anke għalija. Steven: Għamilna l-vagun minn quddiem biċ-ċumnija, u mbagħad komplejna l-vaguni. Lil Audrey bdejna ngħidulha biex tikteb iktar għax kellna ċumnija sħiħa lesta. Ħasra għal xena waħda biss. Insomma għamilna ferrovija bittapizzata u b’kollox.
Għat-telespettatur kienet qisha timemachine reali u interessanti. Naħseb li dan li jagħmel iddifferenza bejn L-Għarusa u Strada Stretta’. Din kienet aktar diffiċli? Steven: Aktar diffiċli! Aħna tajna l-mija fil-mija fi Strada Stretta imma f’din id-drama kellna ħafna aktar settijiet. Justin: Anke l-kostumi kienet aktar diffiċli li ssibhom għax konna fis-snin 30. Il-postijiet b’differenza minn Strada Stretta, irid ikollhom ħafna inqas teknoloġija. Karozzi wkoll mill-inqas għax dak iż-żmien żgur ma tantx kien ikun hemm karozzi. Il-kmamar li trid issib, trid tara li dawn mill-inqas inbidlu. Għalhekk għamlithielna ftit aktar diffiċli. Kien hemm settijiet li kellna noħolquhom. Ħafna nies ma indunawx, imma l-uffiċċju ta’ Fenech Lauri ġejna mitluba nersqu minn fejn konna qed niffilmjaw. Aħna kellna nibnu mill-ġdid dak is-sett xi mkien ieħor. Sibna kamra li kienet daqsxejn imdaqqsa, ħloqna żewġ ħitan tal-gypsum li għamilniehom daqslikieku antiki. Erġajna bnejna l-uffiċċju f’post ieħor bl-istess bieb, l-istess twieqi u l-istess forma. Għallbidu ħadna qatgħa, imbagħad penġejnieha fuq karta u rnexxielna. Steven: Dawn huma intoppi normali li jiġrilek fil-filming. Meta erġajna bnejnieh għamilnieh l-istess imma għallvantaġġ tagħna sabiex naħdmu aktar sew. Intom bdejtu flimkien bħala żewġ atturi, diretturi fis-serje Gizelle. Kif iltqajtu? Steven: Iltqajna dak iż-żmien meta konna naħdmu ma’ 4people u bdejna nedittjaw u eventwalment
GWIDA Settembru 2020 43
GWIDA SpeĊjali
nidderieġu. Wara spiċċajna kellna parti ta’ aħwa u għadhom sal-lum jaħsbu li veru aħna aħwa. Ġieli anke jbiddlu isimna, allura meta jgħajtu Justin inħares xorta għax inkun naf li qed jirreferu għalija. Justin: Niftakar lil Abigail u Carlos kienu ġew fuqna u qalulna jaf għandna parti għalikom. Jien ma tantx inħobb nirreċta, inħossni aktar komdu nirrakkonta l-istorja minn wara l-kamera. Imma kienet esperjenza li xtaqt nipprova wkoll. Int diffiċli tidderieġi l-attur mingħajr ma tkun taf x’inhu għaddej minn moħħu. Kienet l-iktar esperjenza li għenitni nifhem it-tbatijiet li qed iħoss l-attur. Saret għalija aktar faċli biex infiehem xi ħaġa. Ilna issa ħmistax-il sena nidderieġu d-drama tista’ tgħid bla waqfien. Perjodi żgħar li waqafna. Steven: Għenet anke l-ħbiberija tagħna l-fatt li kellna parti flimkien. Kienet dik li għaqqditna flimkien bħala żewġ kollegi. Ma konniex l-aktar atturi bilgħaqal! Allaħares konna l-atturi tal-produzzjoni tagħna stess. Konna nidħqu l-ħin kollu u naqilgħu ċamati kemm-il darba mid-direttur. Bejnietna nikklikkjaw ħafna! Ġieli nfqajna nidħqu bix-xemx nieżla u d-direttur jgħajjat magħna biex ilesti x-xena. Justin: L-aktar ħaġa li għaqqditna kienet l-imħabba kbira li għandna lejn iċ-ċinema. Minn hemm telqet sensiela ta’ ħbiberija. Gizelle kienet esperjenza sabiħa ħafna b’kast tal-ġenn li sal-lum il-ġurnata nixtieq nerġa’ naħdem magħhom.
44 GWIDA Settembru 2020
Steven inti tieħu pjaċir taħdem għax f’kull drama narawk. Steven: Jien orinġinarjament ta’ 13-il sena kont bdejt itteatru u anke ħdimt it-television. Nammetti li nieħu pjaċir. Ma niħux partijiet kbar għax jew ħa tipproduċi u tidderieġi jew inkella ser toqgħod moħħok fil-karattru. Justin: Steven attur tajjeb ħafna! Hija xi ħaġa ta’ sodisfazzjon għalija għax tant ilna naħdmu flimkien li ġieli lanqas nilħaq ngħidlu nofs ta’ kelma li ma jersaqx kif irridu jien. Steven: U ħafna drabi jkolli direttur tajjeb ukoll għax jidderiġini Justin. Lil Justin noqgħodlu bilgħaqal, niġi serju u preparat. Justin: Ġieli ngħajjat tnejn miegħu ta wkoll! Imma ħafna drabi tkun bħala ċajta. Tinsewx L-Għarusa ser ikompli bl-episodji l-ġodda fit-8, 15 u 22 ta’ Settembru biex b’hekk naqtgħu l-kurżità darba għal dejjem fuq min qatel l-għarusa! Imma tgħid mietet?
Editorjal
IL-FOSTERING, JINTERESSAK?
Opportunitajiet ġodda lil tfal li kienu jgħixu f’sitwazzjoni ta’ riskju L-għan tal-fostering hu li t-tfal jiġu mrobbija f’ambjent ta’ familja, b’dak kollu li għandhom bżonn, sakemm il-familja bijoloġika tagħhom tkun f’qagħda aħjar biex tieħu ħsiebhom. Il-fostering jagħti wkoll opportunitajiet ġodda lil tfal li kienu jgħixu f’sitwazzjoni li setgħet kienet ta’ riskju għalihom u li jkunu għaddew minn diversi trawmi. Jagħtihom opportunità ta’ ambjent san u sigur fejn jistgħu jħejju t-triq futura tagħhom u anke jsaħħu r-relazzjoni mal-familja bijoloġika tagħhom. Kull persuna tista’ tiffosterja sakemm tkun adult, tidħol filkriterji ta’ eleġibilità, u jkollha l-abiltajiet u l-ħiliet neċessarji biex tieħu ħsieb lit-tfal. Hemm proċess biex wieħed isir foster carer. Dan jinkludi laqgħa inizjarja mal-ħaddiema soċjali fejn issir diskussjoni u jinġabru dokumenti uffiċjali tal-applikanti kif ukoll ta’ membri oħrajn li jgħixu fl-istess residenza. Wara din il-laqgħa jsir it-taħriġ għall-foster carers prospettivi, assessjar intensiv mill-ħaddiema soċjali u fl-aħħar nett issir evalwazzjoni tar-rapport mill-bord tal-fostering hekk kif rakomandat mill-ħaddiema soċjali.
Il-foster carers ikollhom kuntatt kontinwu malħaddiema soċjali li tkun qed taħdem id f’id magħhom biex jiġi mħares l-interess tat-tfal fostered. Dan il-kuntatt jista’ jikkonsisti minn telefonati, e-mails u żjajjar fir-residenza tal-foster carers. Barra mill-kuntatt mal-ħaddiema soċjali, il-foster carers jingħataw aktar appoġġ permezz ta’ taħriġ kontinwu, jingħataw l-opportunità li jitkellmu ma’ counsellor fi ħdan ilfostering tim stess jekk ikollhom bżonn aktar sapport u jibbenefikaw minn servizzi oħrajn fi ħdan l-Aġenzija, bħal terapija tal-familja. Isiru wkoll webinars għall-foster carers kollha darba fix-xahar, fejn jiġu diskussi suġġetti relatati mal-fostering. Għal aktar informazzjoni dwar il-fostering wieħed jista’ jagħmel kuntatt mat-tim billi jċempel fuq in-numru: 2295 9000, jew iżur l-Aġenzija Appoġġ f’dan l-indirizz: 36, Triq San Luqa, Gwardamanġa. Barra minn hekk wieħed jista’ jagħmel kuntatt permezz ta’ Facebook, fuq il-paġna ‘Fostering Service – Malta’.
GWIDA Settembru 2020 47
Editorjal
ĦA RI(Ħ) FA
Nippreparaw għal xahar ta’ għatis, u tibdil fit-temperatura! Hekk kif is-siġar jibdew jaqagħlhom il-weraq, l-arja tibda tiksaħ xi ftit u ma nkantawx iżjed “sħana riħ isfel u gdim tan-nemus”, ikun ifisser li riesqa l-ħarifa fuqna. Hawn ħafna li s-sajf jadurawh, jogħxew b’dik is-sħana qawwija għax jintefgħu l-baħar. Imma hawn min ix-xitwa hija l-aqwa ħabiba tagħhom, imbagħad hemm dawk li jħobbu t-triq tan-nofs li jew jagħżlu r-rebbiegħa jew il-ħarifa. Ġeneralment tisma’ min jgħidlek; is-sajf l-aħjar għax toħroġ, il-ġurnata twila u timrad inqas! Għandhom raġun, iżda dejjem hemm soluzzjonijiet kif tista’ ssib rimedju. Ngħiduha kif inhi, dan is-sajf keddna xi ftit. Sħana tremenda u jekk ma jkollokx l-air condition fejn tkun qiegħed min jaf kemm ikollok għaraq! Imma issa resqin għall-ħarifa, l-istaġun ftit moderat imma mimli allerġiji. Min jaf kemm-il darba smajna, “ħa riħ”, “għatti ħalqek”, “ma tiflaħx?”, “sick illum” u mitt elf frażi oħra. Hu fatt magħruf li meta t-temperatura tibda titbaxxa xi ftit, ħafna minna jimirdu. Imma kif nistgħu niġġieldu dawn l-allerġiji? L-allerġiji? Dawk tista’ tikkontrollahom! Il-pollen jieħu l-ewwel post bħala kaġun għall-allerġiji staġjonali, għaliex faċli jinxtered. Dan huwa speċi ta’ trab fin li jipproduċu s-siġar, il-fjuri u l-ħaxix sabiex jiffertilizzaw pjanti oħrajn tal-istess speċi. Mhux kulħadd jirreaġixxi l-istess meta jieħu nifs b'elementi ta' pollen. Normalment il-ġisem meta jirċievi xi ħaġa li mhux tajba, jiddefendi lilu nnifsu. L-allerġiji tal-pollen jibdew għax is-sistema tal-immunità taħseb li l-pollen huwa xi ħaġa ħażina u tipproduċi kimika
biex tiġġilidlu. Ħafna drabi minħabba f’hekk nagħtsu, ikollna mniħirna blokkat u għajnejna jibdew idemmgħu. Dawn huwa sintomi li normalment l-aktar li jaqbadhom in-nies li jbatu mill-allerġiji. Ħafna drabi l-aktar ħaġa sempliċi li tista’ tagħmel hu li tmur għand l-ispiżjar u tixtri mediċina over-the-counter bħal antihistamines. Decongestants ukoll jaħdmu sabiex ittaffu l-konġestjoni u l-infjammazzjoni. Imbagħad għallimnieħer iqattar u l-għajnejn idemmgħu dejjem hemm il-qtar li jaħdmu perfettament. Importanti li dejjem tikkonsulta mal-ispiżjar jew tabib qabel tieħu xi mediċina. Apparti minn hekk trid tara x’jaqbel u x’ma jaqbilx ma’ ġismek. Mhux kull persuna hu l-istess. Jekk tara li l-allerġija li qabditek hija aktar severa, mela l-aħjar li tkellem lit-tabib tal-familja jew speċjalist ħalli tkun tista’ tikkontrolla s-sintomi aħjar. Jeżistu wkoll tilqim immunotherapy li xogħolhom hu li jibnu l-immunità u tkun protett mill-allerġija. Din tal-aħħar trid tkun preskritta mingħand it-tabib. Taf li tista’ tfejjaq lilek innifsek b’mod naturali? Hemm min il-biċċa xogħol li tibla’ l-pinnoli jew tmur għand l-ispiżjar iddejqu. Ħafna huma dawk li jagħżlu għal ġisimhom ma jiħdux affarijiet mediċinali iżda jippreferu rimedji naturali. Dawn huma magħrufin li jneħħu wkoll kull tip ta’ effett li tista’ tħalli l-allerġija staġjonali fuq ilġisem.
GWIDA Settembru 2020 49
Editorjal
Għandek imnieħer blukkat? L-aħjar li tagħmel ftit ilma fietel imħallat ma’ kwart ta’ kuċċarina melħ u baking soda. Imbagħad minn distanza ħu nifsijiet twal u tara kif tibda tistrieħ. Dan hu metodu perfett kif tista’ tgħin s-sinuses u tnaqqas kull tip ta’ mucus li għandek fis-sistema nasali. Apparti minn hekk melħ u baking soda mhux ser iqumu flus u tista’ dejjem issibhom fil-kċina. Il-larinġ, il-lumi u l-grapefruit kollha għandhom livell għoli ta' vitamina Ċ u jgħinu l-immunità sabiex jipprevjenu s-sintomi tal-allerġiji staġjonali. Jekk tħobb is-salads, mela għasar lumija u ħawwad il-meraq ma' żejt taż-żebbuġa u użah bħala dressing. Ftakar li l-aħjar hu li tiekol illarinġa minflok tagħsarha jew tixrob xi juice tal-frott. Meta tikolha tkun qed tagħmel iktar ġid għas-sistema immunitarja minn kwalunkwe metodu ieħor. Jeżistu wkoll vitamini li wieħed jista’ jieħu sabiex isaħħaħ l-immunità tiegħu. Jekk tistaqsi l-ispiżjar, ikollu għażla vasta ta’ vitamini li wieħed jista’ jieħu minflok pinnoli.
Kif tista’ tiġġieled ir-riħ? Kont taf li l-pollen jista' jivjaġġa fuq kollox? Xagħar, ġilda, ħwejjeġ, etċ... Ma tindunax li tkun qed timxi bih u mingħajr ma tkun taf tkun qed iddaħħlu f'darek. Tista' tnaqqas ir-riskju billi: P Tuża maskra, insomma bil-pandemija ormaj issa drajt tilbisiha. Din ser tgħinek u tipproteġik mhux għallCOVID-19 biss iżda għal kwalunkwe mikrobu ieħor. P Ħalli ż-żarbun barra jew ħdejn il-bieb. Dan il-metodu ser jgħinek biex ma ddaħħalx mikrobi fid-dar tiegħek; apparti minn hekk d-dar tiegħek tibqa' nadifa. P Jekk għandek annimal, imsaħħlu jdejh u saqajh xħin tidħlu mill-mixja. Dawn affarijiet ovvji imma tiskanta kemm neħduhom for granted u ma nagħmluhomx. Il-pollen jista' jeħel ma' saqajn il-kelb tiegħek b'konsegwenza li meta kelb jiġri mad-dar ikun qed iferrex il-pollen kullimkien. P Xħin tirritorna minn barra, mur inħasel. P Agħlaq dawk it-twieqi – jew tal-inqas agħmel insect screens; dawn jipproteġuk milli jidħlu mikrobi fid-dar tiegħek. Ftakar li l-pollen jista' jivjaġġa faċilment u dan tista’ tipprevenih milli jidħol f'darek. Temperatura kiesħa ma tmardekx, iżda tagħmlek aktar vulnerabbli li tlaqqat xi virus jew bakterja. Li tixtri l-paracetamol u jkollok biżżejjed għall-familja kollha jekk tagħmel kwarantina ta’ xahar mhux biżżejjed. Trid tara li tipprevjeni milli tlaqqat xi allerġija. Ftakar li l-iġene hija l-aqwa xabla kontra kull tip ta’ mikrobi. Is-sanitizer jgħinek sabiex tkun nadif u ħieles minn kull mikrobu. Bħalma ilek tagħmel, kompli aħsel idejk ta’ spiss. Il-lumi mhux qiegħed biss biex tinki l-avversarju tiegħek meta jitlef xi logħba, imma bih tista’ tinki lill-allerġiji! Lumi u għasel, flimkien ma’ tazza ilma fietel huwa l-aqwa duwa biex tfejjaq il-griżmejn. Mhux għax għadda s-sajf issa tista’ tillaxka fuq l-ilma, trid tkompli tixrob kemm tista’ ilma sabiex tneħħi l-affarijiet tossiċi li għandek ġewwa. Ħafna minn dawn l-affarijiet issa qishom daħlu sew firrutina tagħna minħabba l-imxija tal-Coronavirus. Għandek tgħid bis-saħħa ta’ dan il-virus qed nipproteġu ħafna aktar lilna nfusna. Kemm f’ristorant, ħanut jew il-knisja issa bilfors trid tuża s-sanitizer u tilbes maskra. Tgħid la jgħaddi kollox, dawn l-użanzi tajbin ser inħalluhom warajna?
50 GWIDA Settembru 2020
GWIDA Settembru 2020
51
Editorjal
WASAL IŻ-ŻMIEN MISTENNI MINN KULĦADD
Le mhux il-Karnival imma l-imbierka skola! 12 ta’ Marzu – ħadd ma basar li dik kienet ser tkun l-aħħar ġurnata skola. Kienet ħasda kemm għall-għalliema kif ukoll għall-istudenti. L-istudenti ħasbu li kienu ser jieħdu ġimgħa vaganza, iżda marru żmerċ, mill-għada l-għalliema raw kif jagħmlu sabiex ikunu jistgħu jagħtu l-lezzjonijiet tagħhom b’metodi differenti. L-istudenti batew ħafna, dawk tal-aħħar sena spiċċaw biex lanqas qalu ċaw lil xulxin. Imma issa ser terġa’ tibda l-iskola! Forsi ma tafx kif din is-sena jagħmluha b’mod komplut. Imma int lest għal sena skolastika? Jekk tkun organizzat, kollox ikun faċli, sempliċi ftakar:
il-ġenn u r-raxx ta’ nies f’dik il-ġimgħa li terġa’ tiftaħ l-iskola. Li tippjana dejjem tajjeb, ħa tkun qabel kulħadd.
Attent għad-dati! – Żomm nota tad-dati importanti, bħal meta għandek tmur tiġbor il-lista l-ġdida tal-iskola, jekk tridx tixtri xi uniformi, xi laqgħat li għandek mal-għalliema. Ara kif tippjana kollox u ikteb kollox fi djarju.
Diskors importanti! – Hemm bżonn li bħala ġenitur tfakkar lil uliedek affarijiet importanti. Dawn jinkludu l-importanza tal-iġene u li dejjem jaħslu jdejhom. L-importanza li ma jmissux affarijiet tal-oħrajn u jżommu d-distanza soċjali fejn hemm bżonn. Kellimhom bi ħlewwa u għallimhom għalfejn issa iktar minn qatt qabel għandhom bżonn joqogħdu aktar attenti. Għal tfal żgħar għallimhom l-indirizz fejn toqgħod u anke l-mobile number f’każ ta’ bżonn.
Biegħ u Ixtri! – Biegħ dawk il-kotba li m’għandekx bżonn aktar u ixtri dawk li għandek bżonn biss. Iċċekja li t-tfal għandhom l-affarijiet kollha neċessarji għal sena skolastika. Ftakar li jekk tixtri l-affarijiet qabel, ma tesperjenzax
Iċċekkja kollox! – Agħmel check-up ħafif lit-tfal u ara li jinsabu tajbin fis-saħħa. Importanti issa qabel kollox li t-tfal ikunu b’saħħithom. Kemm ilek ma tagħmlilhom viżta tan-nuċċali? Taf jekk it-tfal hux imlaqqmin għal kull vaċċin li hemm bżonn jieħdu? Iċċekkja wkoll l-affarijiet li ser jieħdu magħhom. L-uniformi għadha tiġihom jew trid tixtri waħda ġdida? Il-basket għadu tajjeb jew wasal għal ħuh?
GWIDA Settembru 2020 53
Antiċipa d-data l-ġdida! – Hemm bżonn ukoll l-għajnuna tiegħek sabiex tħeġġiġhom għad-data l-ġdida. Kemm ilhom weqfin, jafu tgħażżnu xi ftit imma issa għandhom bżonn jimtlew bil-kuraġġ possibbli għal sena ġdida. Sena fejn ser jitgħallmu affarijiet ġodda, jagħmlu ħbieb u jesperjenzaw esperjenzi li qatt ma kienu għexu qabel. Mat-tfal importanti li dejjem iżżomm komunikazzjoni b’saħħitha. Iddejjaqhomx, iżda kun dejjem hemm għalihom. Jekk jiftħu qalbhom miegħek ħu pjaċir għax sinjal li qed jafdawk, imma tisfurzahomx. La jkunu lesti u preparati jgħidulek b’kollox. Afdalhom affarijiet minn tiegħek mill-ħajja tiegħek ħalli huma jagħmlu l-istess ħaġa. Issa wasalna għallaffarijiet prattiċi. Għamilnielek din il-lista sabiex żgur ma tinsa xejn issa li ser terġa’ tibda l-iskola. Fil-bidu ta’ Settembru – Lest għall-countdown? Kun żgur li għandek dawn l-affarijiet lesti! P Viżta tan-nuċċali għat-tfal f’każ ta’ bżonn. P Waħħal kopja tal-laqgħat u dati importanti mal-friġġ. P Agħmel testijiet tas-saħħa lit-tfal ħalli tassigura li kollox sew. P Staqsi lit-tfal xi ftit mistoqsijiet bħala revision. Jieħdu pjaċir jekk tagħmliha f’forma ta’ logħba. P Derrihom iqumu kmieni u agħtihom kolazzjon tajjeb filgħodu. P Ara li għandek l-affarijiet neċessarji kollha; karti, lapsijiet, biros, pitazzi, etċ... P Iċċekkja l-uniformi u jekk ma tiġihomx, issa ċ-ċans li tordna waħda ġdida. P Jekk ma taħdimx, fittex kors interessanti li tista’ tapplika għalih. Din tista tgħinek sabiex timla l-ħin u tagħmel ħbieb ġodda inti wkoll. Dejjem xtaqt titgħallem kif tħit? Jew forsi tixtieq li tagħmel xi kors fuq it-tisjir? Issa ċ-ċans. F’Ottubru jibdew ħafna korsijiet li jgħoddu għalik! 3 ġimgħat qabel – issa l-waqt li tkompli tipprepara għalliskola. Għin lit-tfal jippreparaw ruħhom mentalment billi tħeġġiġhom jieħdu deċiżjonijiet. Meta tmur biex tixtri l-affarijiet li hemm bżonn ħudhom miegħek u ħallihom jieħdu deċiżjoni ta’ xi jridu. Apparti minn hekk fil-ħwienet tal-kotba
54 GWIDA Settembru 2020
tista’ ssib ħafna logħob edukattiv għat-tfal li tista’ tilgħab magħhom, issa anke bil-Malti! Dawn jgħinu sabiex inaqqsu t-tensjoni u jimtlew bil-kuraġġ għal sena ġdida. Issa l-waqt ukoll li tara kif ser imorru t-tfal l-iskola u tiċċekja mas-sistema tat-trasport tal-iskola. Tinsiex, qatta’ ħin ta’ kwalità mat-tfal qabel ikun tard wisq. Dan iż-żmien huwa importanti biex issaħħaħ irrelazzjoni tiegħek mat-tfal u tgħinhom jikbru. Ġimagħtejn qabel – Għid lit-tfal biex isibu ħin u jiżbarazzaw il-kamra tagħhom. Erfa’ dawk il-kotba antiki li issa m’għandekx bżonn u agħmel spazju għall-kotba l-ġodda. Żbarazza kullimkien għax issa ġejjin ħafna pitazzi ġodda f’dik il-kamra. Jekk m’għandhomx desk, issa l-waqt li tinvesti f’waħda komda għalihom. Ara wkoll li għandek it-tagħmir elettroniku tajjeb bissoftwares addattati. Bħalissa jkun il-waqt li tibbenifika minn skonti fuq affarijiet elettroniċi. Bis-saħħa ta’ offerti li ħafna kumpaniji joffru, int tista’ tixtri l-affarijiet b’roħs. Issa hu l-waqt li tagħmel dan il-ħsieb u jekk għandek tixtri dak il-laptop jew kompjuter, iddeċiedi issa! Ftakar li dawn l-offerti mhux għal dejjem u jekk tipprepara minn qabel jaf ikollok minn fejn tagħżel u tieħu l-offerti t-tajbin! Ġimgħa qabel – l-eċitament issa beda tiela’ ġmielu u issa hu l-waqt li tiffoka fuq dettalji u rqaqat. Bħal ippjanajt x’ser tagħtihom bħala lunch lit-tfal? Varjalhom ftit il-menu u mhux dejjem l-istess; introduċilhom ħaxix bnin li jħobbu huma. L-ewwel ġimgħa ta’ skola ġeneralment tkun ftit ta’ stress, għalhekk ippjana x’ser issajjar filgħaxijiet, idealment ikliet ħfief li ma tantx
kulħadd ikollu l-affarijiet tiegħu.
P Dik l-imbierka iġene! Qis li fil-basket uliedek ikollhom
jirrekjedu ħafna preparamenti ħalli tiffoka kif ser tgħin lit-tfal jaddattaw. Agħmel lista ta’ affarijiet li baqagħlek tixtri ħalli teħlishom. Ftit jiem qabel – Fl-aħħar waslet il-ġurnata li tant ilek tipprepara għaliha imma qabel xejn iċċekkja: P Għandek isem it-tifel/tifla fuq l-affarijiet personali? Ikteb l-isem u d-dettalji sabiex ħadd ma jieħu l-affarijiet ta’ wliedek. Tinsiex kemm hu importanti li
wipes jew sanitizer ħalli jkunu jistgħu jimsħu jdejhom u jżommu lilhom infushom nodfa. P Qis li għandek fil-basket lunch box, flixkun tal-ilma, notebooks, folders, pocket mimli bil-biros, lapsijiet, gomma, riga, etċ... Ara wkoll li għandek USB flash drives ħalli jkunu jistgħu jissevjaw id-data, umbrella u dak kollu li l-għalliema għamlulek fil-lista. P Qis li t-tfal għandhom xagħarhom maqtugħ pulit; jekk filkas agħmel appuntament għand il-barbier jew taxxagħar. P Żomm kollox fi djarju ħalli ma jaħrablek xejn. P Tkellem ma’ wliedek biex tara humiex eċitati li ser jerġgħu jibdew, għidilhom jirrakkuntawlek affarijiet li vera jixtiequ, itlob parir mingħandhom dwar x’jixtiequ jsibu għal-lunch. Ġurnata qabel – qis li għandek l-uniformi mgħoddija sew u pulita! Ipprepara l-ikel għal nofsinhar u forsi xi snack bnin li jistgħu jieħdu magħhom l-iskola. Agħmel l-alarm u għid lit-tfal sabiex jidħlu jorqdu kmieni. Fl-aħħar il-ġurnata waslet, għandek kollox ippreparat! B’hekk ser tħossok tajjeb għax ma ħarablek xejn! Nawguraw lilek u lil uliedek sena skolastika tajba!
TISLIBA BIL-PREMJU SETTEMBRU L-Ewwel Premju Mary Rose Muscat, Żurrieq €20 Vawċer minn Gold Market It-Tieni Premju Ruth Curmi, Santa Venera Ktieb minn Horizons It-Tielet Premju Carmlino K/A Lino Schembri, Ħamrun Ktieb minn Faraxa Ir-Raba’ Premju Miriam Lia, Żabbar Ktieb minn Merlin Library
Soluzzjoni GWIDA Lulju
Mimdudin 1 Flotta; 3 Fartas; 8 Kottonera; 10 Raġġi; 11 Tenur; 13 Attwa, 15 Studju; 19 Ras; 20 Oħtu; 21 Apert; 23 Renju; 25 Fidi; 26 Huttaba; 27 Friża; 29 Orrur; 30 Indri; 31 Aħmar; 32 Torok; 33 Landa Weqfin 1 Fjuri; 2 Okkupat; 4 Twarrab; 5 Silġ; 6 Tabiba; 7 Xolt; 9 Tined; 12 Nejba; 14 Tort; 16 Unuri; 17 Jannar; 18 Konfront; 22 Rotunda; 24 Sarima; 26 Ħatra; 27 Frak; 28 Itma’
1. 3. 8. 10. 11. 13. 15. 19. 20. 21. 23. 25. 26. 27.
Mimdudin
Sieħba midħla tiegħek, persuna li tirrispetta u tafda (6) Pakkett żgħir (6) Għandhom l-età u anki l-esperjenza (9) Espressjoni ta’ mħabba bix-xoftejn, sakemm mhux xi waħda ta’ Ġuda (5) Mhix imxarrba (5) Merħija (5) Membru tal-familja (6) Frotta Żabbarija? (3) Proprjetà, ġid, patrimonju (4) Ġlieda sportiva (5) Xirka, għaqda, ħafna drabi illegali (5) Qalziet bil-ġakketta ħaġa waħda użat minn ħaddiema tal-id (4) Fuqu ġġorr it-tazzi jew xorta ta’ ikel (7) Naħat, mhux banda waħda iżda dawn ma
Tisliba Bil-Premju Settembru Ibgħat is-soluzzjoni lill-GWIDA/ Tisliba Settembru, Content House, Mallia Buildings, 3, Level 2, Triq in-Negozju, Zone 3, Central Business District, Birkirkara, CBD 3010 mhux aktar tard minn nhar it-Tnejn 21 ta’ Settembru.
jipproduċux mużika (5) 29. Il-pjaneta li ngħixu fuqha (5) 30. Kulħadd suxxettibbli jieħu xi wieħed, imur żmerċ (5) 31. Kejl metriku użat fl-użin tad-deheb u anki f’riċetti mediċi u mhumiex (5) 32. Waħda biss m’hemmx oħra bħala (5) 33. Isem Sadat, it-tielet President tal-Eġittu (5) 1. 2. 4. 5.
Weqfin
Meta tagħmel ix-xita f’daqqa (5) Ħila liema bħalha, kapaċità (7) LIRABTI (Anagr.) Grupp, mużikali Malti magħrufa għall-ħoss ta’ strumenti partikolari (7) Taw jixorbu (4)
6. 7. 9. 12. 14. 16. 17. 18. 22. 24.
Lsira (6) Daqs tużżana anki daqshekk appostli (4) Annimal selvaġġ jixbaħ ħafna lill-kelb (5) Is-somma aħħarija (5) Tinżel f’xi waħda bħal 1 Wieqfa (4) Mhix ta’ prezz għoli (5) Iwieżnek meta zzappap (6) Nkejja, tentazzjoni, tidrisa (8) Is-sagrament li bih tirċievi l-Ewkaristija (7) Ħaddiem li jtella’ d-daqqiet li jkollha l-karozza wara xi ħabta (6) 26. L-għafsa bis-snien li tħalli marka (5) 27. Żubrun f’wiċċ il-baħar miżmum b’mażżra fil-qiegħ (4) 28 Kmand (4)
Isem Indirizz Mob/Tel
GWIDA Settembru 2020 59
Tagħrif
IL-KURA TAX-XAGĦAR
Linji gwida ta’ kif tista’ tieħu ħsieb xagħrek! Miġjub lilkom minn: Dr. Georgiana Farrugia Bonnici, BSc (Hons) Rad; M.D. (Radjografa u Tabiba) u Mr. Clayton Balzan (Stilista tax-Xagħar, minn Fiamminage Salon)
Illum nixtiequ nieħdu l-opportunità biex naqsmu magħkom xi linji gwida li tistgħu ssegwu sabiex iżżommu xagħarkom fl-aħjar kundizzjoni possibbli. Għandkom tibdew billi taħslu xagħarkom spiss bi prodotti professjonali, li jkunu addattati għat-tip ta' xagħar tagħkom; bħal shampoo, conditioner u treatment mask. Tistgħu wkoll tużaw hair serum u shine spray għal wara li x-xagħar jinxef. Dawn it-trattamenti jgħinu sabiex jagħtu n-nutrijenti kollha li x-xagħra għandha bżonn sabiex tibqa’ f'saħħitha u tleqq. Importanti wkoll li persuna ma torqodx b'xagħarha mxarrba ħafna, u tippettna x-xagħar minn tal-inqas 3 darbiet kuljum ħalli tevita l-formazzjoni tal-għoqiedi. Jekk ser tqattgħu xi ħin fejn tkunu iktar esposti għar-raġġi tax-xemx, użaw ftit hair serum fuq ix-xagħar dirett, applikaw is-sunblock u għattu raskom b'beritta jew kappell sabiex tipproteġu ruħkom millUV.
60 GWIDA Settembru 2020
Meta tkunu se tużaw xi tip ta' straightener jew curling iron biex tvarjaw l-istil ta' xagħarkom, huwa importanti ferm li qabel ma tagħmlu dan, tużaw heat protecting spray sabiex tipproteġu lix-xagħar milli jinħaraq bl-użu ta' temperaturi għoljin li jintużaw minn dawn il-magni, f'dawn il-proċessi. Jekk iddeċidejtu li ser tagħmlu użu minn żebgħa bażika huwa vitali li dejjem tieħdu pariri professjonali mingħand l-istilisti tax-xagħar tagħkom; mhux tixtru l-prodotti bladdoċċ. Dan minħabba li hemm ċerti tipi ta' kimiċi li jitħalltu maż-żebgħa, bħall-peroxide jew hair lifters, li jafu jikkaġunaw ħsara irreparabbli fix-xagħar jekk ma jkunux użati sew. Għal min qatt ma uża żebgħa qabel, ikun iktar ideali li japplika ż-żebgħa f'forma ta' toner, colour conditioners jew colour enhancers, li ma jkunx fihom kimiċi li jistgħu jkunu ta' danni għax-xagħar.
Tagħrif
qed jiddgħajjef jew jonqoslu mill-vitalità tiegħu, avolja qegħdin tittrattawh bi prodotti professjonali msemmija hawn fuq. Jekk wieħed għandu dawn it-tip ta' problemi, għandu wkoll jevita li jorbot xagħru fi stili li jkunu ssikkati jew miġbud wisq ma' rasu, bħall-braids, għax dawn jafu jikkaġunaw iktar ħsara milli ġid. Kif ukoll, ċerti tipi ta' vitamini B bħall-Biotin u t-Thiamine, flimkien malVitamina D li tinsab fir-raġġi UV tax-xemx, ukoll jgħinu sabiex isaħħu l-proċess ta' formazzjoni tax-xagħra. Jekk tixtieq issegwi l-blogg ta’ Dr. Georgiana Farrugia Bonnici, tista’ tagħmel dan billi tagħmel 'like' fuq din ilpaġna ta' Facebook: ×Be Holistically Healthy, MD× www.facebook.com/be.heart.healthy Jekk tixtieq tagħmel kuntatt mal-istilista tax-xagħar, Clayton Balzan, jekk jogħġbok żur ukoll is-sit: www.facebook.com/Fiamminage-108014449676599
Fatti oħrajn importanti li ta' min wieħed isemmi huwa li x-xagħra taf tibda titlef is-saħħa tagħha, jew saħansitra taqa' minn mal-basla, anke b'riżultat ta' ċerti kundizzjonijiet mediċi li ma jkunux qegħdin jiġu kkontrollati sew. Bħal ngħidu aħna; problemi fit-thyroid, żbilanċi fl-ormoni li jirregolaw is-sistemi ġinekologiċi; bħall-Polycystic Ovarian Sydrome, it-tqala jew il-menopawża, dijabete, lupus, ansjetà u stress qawwi, alopecia, kif ukoll jekk wieħed ikun qed jitlef il-piż b'rata mgħaġġla ħafna. Hemm ukoll xi mediċini; bħal dawk li jintużaw fil-kura tal-gotta, fil-pressjoni għolja, fid-dijabete, f'mard tal-qalb, fid-dipressjoni, fil-kanċer jew fl-artrite, li wkoll jafu jdgħajfu xi ftit ix-xagħar f'ċerti individwi. Għaldaqstant, huwa importanti li titkellmu mattabib tagħkom, jekk tħossu li xagħarkom xorta
GWIDA Settembru 2020 61
Tagħrif
PARIR TAL-PSIKOLOGA
L-istadji tal-lingwa skont l-iżvilupp u l-età Minn Charmaine Mangion
Gwida għall-ġenituri biex naraw l-iżvilupp fil-lingwa hux jipprogressa.
L-ewwel stadju huwa msejjaħ ‘preproduction’. Dan normalment iseħħ mit-twelid sa 6 xhur. Hawnhekk l-iżvilupp tat-trabi jkun minimu kemm biex jifhmu ħaddieħor x’inhu jikkomunika u anka bħala replika. Il-komunikazzjoni hawnhekk tibda tieħu forma b’mod inverbali bħal jippuntaw subgħajhom lejn oġġett bħala indikazzjoni.
jippromwovi żvilupp ta’ konnessjoni bejn il-kliem u l-għaġir.
Kif nistgħu ngħinu? Staqsi mistoqsijiet bħal “fejn hu ħalqek?” U ppuntaw lejn il-ħalq. Dan ikun qed
Kif nistgħu ngħinuhom? Insaqsu mistoqsijiet li jissejħu ‘closed ended’ jiġifieri li r-risposti jirrikjedu li jkunu iva jew le.
62 GWIDA Settembru 2020
It-tieni stadju: ‘Early Production’ – dan iseħħ bejn 6 xhur u sena. Hawnhekk nibdew nifformaw l-ewwel żvilupp ta’ sens fil-kliem. Jibdew jiżviluppaw il-komunikazzjoni minn inverbali għal aktar verbali normalment b’kelma jew tnejn li huma familjari magħhom.
Tagħrif
aktar miftuħa, mhux iva jew le biss, iżda nagħtuhom opportunità jiftħu aktar fuqha u jispjegaw ruħhom.
It-Tielet Stadju: ‘Speech Emergency’ – dan iseħħ fl-età ta’ bejn sena u tliet snin. Hawnhekk l-iżvilupp ta’ sens tal-lingwa jikber ħafna u jibdew jifhmu ħafna aktar. Il-kliem individwali jibdew jingħaqqdu f’sentenzi bażiċi. Ilvokabularju hawnhekk jibda dejjem jikber u tibda tifforma l-lingwa primarja. Kif nistghu ngħinuhom? Nikkomunikaw magħhom b’mod dirett iżda b’mistoqsijiet ftit aktar kumplessi, fejn ir-replika tkun waħda
Ir-raba’ stadju huwa: ‘Intermediate Fluency’ – dan iseħħ bejn it-tlieta u l-ħames snin. Hawnhekk il-lingwa tipprogressa ħafna. Is-sentenzi jagħmlu aktar sens u jkunu kapaċi jesprimu ruħhom b’mod aktar ċar. Ilpronunzjoni tibda tiffurma fejn anka nies li ma jkunux jinteraġixxu magħhom ta’ spiss ikunu kapaċi jifhmuhom. Hawnhekk it-tfal ikunu kapaċi jibdew joħorġu r-riżultat tal-bilingwiżmu. Jiġifieri kapaċi jikkomunikaw u jifhmu aktar minn lingwa waħda li jkunu dejjem esposti għalihom. Kif nistgħu ngħinuhom? Hawnhekk nibdew nelaboraw aktar id-diskussjonijiet u l-mistoqsijiet. Bħal “Għaliex taħseb li ġara hekk? / X’seta’ ġara differenti?” Dan ifisser li jirrikjedu aktar ħsieb. Fl-artiklu li jmiss ser inkomplu nelaboraw fuq il-lingwa, żvilupp, età u attivitajiet li jsiru biex nippromwovi l-bilingwiżmu u l-vokabularju.
GWIDA Settembru 2020 63
EPISODJU 3/ L-EWWEL STAĠUN
DAK LI MITLUF U DAK LI MISJUB (Ir-Raba’ Parti) Skript miktub minn Audrey Brincat Dalli Produzzjoni SharpShoot Media ltd. Adattament għall-GWIDA minn Anthony M. Baldacchino
X’ġara s’issa? Lydia tispiċċa vittma ta’ Stella hekk kif din waddbitha ġol-kamra tal-ħażna. Hawn issir taf il-veru karattru li għandha. Oscar jiltaqa’ ma’ Angela fejn din tagħtih l-arloġġ li kien ħallas bih għal-lejl magħha. Luċija taħarbilha ma’ Wiġi li fittxet fil-kamra ta’ Marie u sabet sigriet!
F’dik il-lejla mimlija attività, is-sħab iswed beda tiela’. Il-ferħ taċ-ċkejken Victor kien qiegħed jieħu pjaċir idoqq id-drums mal-banda flimkien ma’ missieru nbidel f’biża’ kbir. Is-serata mużikali tintemm ħesrem malgħajjat ta’ Pawlu li kienu ġejjin il-Pulizija. Kien hawn li Victor kellu jaħrab minn fuq il-palk għax kien illegali li tifel taħt l-età jitħalla f’dawk it-tip ta’ avvenimenti. Victor imbeżża’ dar fuq missieru. Victor: Imma papà ...qed nibża’.
Jeffrey: Minn xiex trid tibża’? Mur iġri, għax jekk jaqbduna jkollna l-inkwiet ...mur kif qallek Pawlu l-aħħar darba. Iġri. Victor ma kienx ċert fejn ser jaqbad jagħti rasu. Għadda mill-passaġġ sigriet li wrieh Pawlu u sab ruħu fl-aħħar tat-triq ġo parti mudlama. Jistaqsi bejnu u bejn ruħu x’seta’ jagħmel, Victor kien konfuż. Fejn ser jaqbad jagħti rasu? Ftit passi ’l bogħod jara grupp ta’ baħrin jagħmlu t-tpenġija lil xulxin. L-irġiel kienu qed jieħdu pjaċir iżda lanqas laħaq ra l-labra Victor li ma bediex iħoss l-uġigħ minflokhom hu. Kien hawn li l-baħrin indunaw b’Victor u Joseph dak li beda jpenġi stiednu ħdejh. Joseph: Ħeq hawn x’għandna? Minn fejn inqlajt boy? Victor: Aħħ dak qed tweġġgħu.
Joseph: U xi nweġġgħu! Ejja ’l hawn. X’inti tagħmel waħdek, fejn hi ommok? Victor ħalla l-emozzjonijiet tiegħu jiġru bih u nfaqa’ jibki. Ma setax jifhem filli mdawwar bl-aktar ħaġa li jħobb u filli waħdu, fil-ħemda tal-lejl b’eku tal-Music Hall jidwi. Joseph: U miskin, ejja tagħmilx hekk ta. L-irġiel ma jibkux. Int qed tara lil xi ħadd minna jibki?
Victor: Dak kwazi jibki qiegħed (filwaqt li pponta subgħajh lejn baħri li kien qed ibul taħtu bil-biża’ li ħakmitu) Joseph: U le, dak għax ħaseb li ħa npinġilu ankra u minflok pinġejtlu sparrow. Taf x’inhu sparrow?
Victor beda jagħmel il-ħsejjes b’ħalqu ta’ pitirross. Minn hemm qisu ħa l-kunfidenza u meta jitkellem ma’ dan Joseph. Joseph beda jurih ritratt sabiħ tal-pitirross li kien ser ipenġi lill-baħri. Victor l-Arti jħobbha ferm, ġieli penġa imma fuq il-karti biss għax ommu darba xejn ma ħadet pjaċir meta kien penġa fuq il-ħajt! Fil-bar ta’ Poly, l-atmosfera ġiet lura għan-normal. Lydia kienet qed tixrob ma’ wieħed mill-baħrin. Il-baħri li kien ma’ Lydia mar jixtrilha drink ieħor. Lydia bit-tazza mgħollija biex jaraha Reno tal-bar. Mingħajr ma ħalliet lill-baħri jinduna, Reno biddlilha t-tazza ma’ ilma u kompliet tieħu gost mal-baħri. Kuntenta li rnexxielha, Lydia ħarest lejn Lilly għas-sodisfazzjon b’din tidħqilha biex tawguralha. Il-baħrin imma ma kinux kuntenti sa barra, riedu l-mużika, riedu jiżfnu! Għalhekk pront wieħed mill-baħrin għajjat, “Ain’t you got no music, no dancing here!”. Ma kienx baħri, il-bar ta’ Poly inbidel f’burdell bil-baħrin kollha jridu d-diski. Pronta pronta Stella marret fuq il-baħri li qajjem il-burdell f’widnejh qaltlu biex jistaqsi lil Lydia tiżfinlu għax żeffiena tajba ħafna. L-ieħor sema’ minnha u staqsieha quddiem kulħadd. Imbarazzata Lydia ma kinitx taf x’ser tirrispondi għall-bidu. Il-baħri li kien qiegħed ma’ Lydia ma ħax pjaċir bl-atteġġjament ta’ sieħbu u bħal donnhom bdew jilletikaw għax ittantalu t-tfajla. Polly bdiet tipprova ssikkithom iżda dawn ġew fl-idejn. Trid tara wiċċ Stella kemm kienet kuntenta tara lil Lydia mbeżżgħa. Polly: Reno, Pulizija. Iġri! Pront Reno mar ifittex il-Pulizija. Inkiss inkiss Lydia mxiet ’il bogħod mill-ġlieda, marret ħdejn il-juke box u għażlet kanzunetta. Ħadet pożizzjoni fejn jista’ jaraha kulħadd. Poly ma setgħetx tifhem x’qed jiġri u x’kienet beħsiebha tagħmel Lydia.
Dak Li Mitluf U Dak Li Misjub - 61
GWIDA Settembru 2020 65
EPISODJU 3/ L-EWWEL STAĠUN
DAK LI MITLUF U DAK LI MISJUB (Ir-Raba’ Parti) Skript miktub minn Audrey Brincat Dalli Produzzjoni SharpShoot Media ltd. Adattament għall-GWIDA minn Anthony M. Baldacchino
Polly:
X’inti tagħmel imbierka? Iktar ħa ġġenninhom. Mela dan ħin il-mużika! (waqt li kompliet tferraq il-baħrin u theddidhom li kienu ġejjin il-Pulizija. Kien hawn li Lydia ħarset madwarha u titla’ fuq waħda mill-imwejjed. Stella kienet moħħha fuqha, xtaqet tkun taf x’kien qed iberren f’moħħ Lydia. Lilly ukoll pruvat tiġbed l-attenzjoni lil Lydia sakemm bdiet ilkanzunetta Summer Night. Lydia bdiet tkanta u ġibdet l-attenzjoni ta’ kulħadd. Il-bar kollu waqaf jismagħha, inkluż Stella li ma timmaġinawx kemm kienet qed tgħir dak il-ħin. Xħin Lydia indunat li kulħadd kien qed iħares lejha waqfet. Iżda pronta Polly ħeġġitha biex tkompli.
Polly:
Kompli mbierka, kompli! Lydia ġietha waħda tajba, irnexxielha tikkalma lill-baħrin. Reno induna li fil-bar reġa’ rrenja l-paċi u mar lura. Lilly u Polly ma setgħux jemmnu lil widnejhom. Lydia kienet vera taf tkanta u għandha leħen straordinarju. M’għandniex xi ngħidu Stella kienet irrabjata, din id-darba Lydia rebħitilha waħda u sew! Il-ħin għadda sew u Jeffrey missier Victor mar ifittex lil ibnu. Deher inkwetat u għamel minn tal-inqas 20 minuta jserrep u jidħol f’kull triq biex jara jilmaħx lil Victor. Ma seta’ jsibu b’xejn! Victor li kien għadu ma’ Joseph jarah ipenġi tattoo lill-baħri lemaħ lil missieru u għajjatlu. Jeffrey waqaf u Victor dlonk mar jgħannaq lil missieru.
Joseph:
Jeffrey:
Victor:
Jeffrey:
Victor:
Jeffrey:
Hemm hu, telaqna. Sabu lill-papà. (waqt li ċapċpulu għax kien sab lil missieru) Kemm inkwetajtni, ma stajtx insibek. Ħeq inti m’għedtlix fejn immur meta noħroġ mingħand Pawlu. Ibżax l-aqwa li sibtek. Xħin ħriġt ma kontx naf fejn ħa mmur. Għandek raġun għax aħna wkoll lanqas ħsibnieha. Ma ġara xejn. (dar fuq Joseph) Grazzi napprezza li żammejtuh hawn magħkom, għax hu avventuruż u ma nafx fejn kien jispiċċa. Il-lejl beda dieħel ġmielu u Poly sakkret il-bar u kienet sejra lura d-dar. Reno kienu għadu jistennieha. Wara li Poly aċċertat li l-bieb kien imsakkar sewwa refgħet il-kaxxa bix-xorb u b’diffikultà bdiet iġġorrha magħha. Reno mar biex jgħinha u talabha biex iżommielha hu. Imma Polly rasha iebsa u ma ħallitux.
Polly: Reno:
Polly: Reno:
Polly: Reno:
Polly: Reno:
Polly:
Reno:
X’għadek tagħmel hawn? Ħeq qed nistenniek. It-triq dan il-ħin saret perikoluża għan-nisa. Tibdiex int ta. Il-qattiela kien jonqosha din it-triq biex niġu f’ħalq kulħadd. Kulħadd itaqtaq fuqna mbagħad. Ħa ttihieli l-kaxxa? (waqt li ħa l-kaxxa faċilment minn idejn Polly. Polly għall-bidu dehret qisha ħadet gost bilġest ta’ Reno, iżda f’daqqa ġiet f’tagħha u bħal donnu bidlet kull ħsieb li kellha. M’għandekx għalfejn tibqa’ hawn Reno. Dejjem waħdi nżilt id-dar. Naf. Imma nserraħ moħħi iktar kieku nwasslek jien. Mhux kantuniera ’l bogħod ...u wara kollox mhux xogħlok tinkwieta għalija. (waqt li ħaditlu l-kaxxa minn idu) Dejjem fendejt tajjeb waħdi, anke wara li miet Wenzu, Alla jaħfirlu u jagħtih il-glorja tal-ġenna. Issa mur! Puu għalik. Niddejjaq nitkellem hekk ta. Kemm ma tafx tapprezza l-għajnuna. Ma tiflaħx tara min jgħinek. Ara dan! Għandek Alla għalik, mela mur, aqla’ dahrek jekk trid hekk. Reno jħalli lil Polly lampa stampa, din kienet sorpriża għall-aħħar bir-reazzjoni ta’ Reno. Kien hawn li indunat li qiegħda waħidha u ħaffet lura d-dar. Reno kien lebbet sew minn Polly u fi triq ra lil Stella li kienet miexja
66 GWIDA Settembru 2020
Dak Li Mitluf U Dak Li Misjub - 62
EPISODJU 3/ L-EWWEL STAĠUN
DAK LI MITLUF U DAK LI MISJUB (Ir-Raba’ Parti) Skript miktub minn Audrey Brincat Dalli Produzzjoni SharpShoot Media ltd. Adattament għall-GWIDA minn Anthony M. Baldacchino
bil-mod għad-dar. Iddispjaċut bl-aġir ta’ Polly, Reno sellem lil Stella b’ton differenti mis-soltu. Reno:
Stella: Reno:
Bonswa Stell! Mela bin-nervi Ren! Jaqaw Polly? U ħallini ara għax ħaq ...aħjar nigdem ilsieni... Stella daħket bih. Kienet taf li r-relazzjoni tiegħu ma’ Polly kienet waħda stramba. Polly ma kinitx taf xi trid. Reno kompla għaddej bil-pass imgħaġġel waqt li Stella kienet ftit passi lura minnu. Stella kienet waħidha, mitlufa fil-ħsibijiet waqt li ddawwar subgħajha bix-xagħar innukklat li kellha. Ftit ’l isfel kien hemm ħoss ta’ persuna li deher qed isegwi x’qed tagħmel Stella. Stella indunat li xi ħadd kien qed isegwi u bdiet tħaffef ilpass. Dan il-persuna resaq aktar qrib ta’ Stella sakemm din daret lejh u bil-qatgħa li ħadet werżqet twerżiqa waqt li żżomm sidirha. Qalbha dak il-ħin kienet sejra mija mija... Iżda ma kien ħadd ħlief Nenu.
Stella: Nenu:
Stella: Nenu:
Stella:
Il-Madonna Nen x’qatgħa tajtni. Hekk għamlilhom ta lin-nies ħa ssib lil xi ħadd jagħtik daqqtejn. Sabiħa ferm. Sabiħa ferm. Naf li jien sabiħa Nen. Xi trid kemm int fitt ah? XXXXXXXX tgħidilhom xejn, XXXXXXX tgħidilhom xejn, XXXXXXX tgħidilhom xejn. X’inti tgħid ah? Ommi xi dwejjaq fik ħi. Nenu prova jmiss ix-xagħar innukklat ta’ Stella imma din ma ħallitux anzi rrabjat miegħu. Nenu resaq pass ’il bogħod minnha waqt li kompli jammira l-isbuħija ta’ Stella. Għalkemm tħobb min jikkumplimentaha Stella bdiet tiddejjaq b’dawn il-karezzi. Xħin Nenu induna li ma kinitx qed tagħti kasu dawwar id-diskors.
Nenu:
Stella:
Stella, Stella, Lilly, Lilly, Lydia, Lydia. (daret fuqu) Tibdilix inti b’Lydia ta! Għax tifqagħni. Min hu l-isbaħ, Lydia jew jien? Nenu beda jaħseb għal din id-domanda diffiċli! Imma Stella din ma felħithiex.
Stella:
Ħa taħsibha wkoll! Imma lil Nenu, Stella kienet togħġbu wisq u pponta subgħajh lejha filwaqt li tenna “Sabiħa ferm”. Stella issa kuntenta kompliet miexja, b’Nenu qisu d-dell tagħha. F’daqqa u l-ħin Nenu jisraq il-moxt li kienet tħobb tħalli f’xagħarha Stella u jaħrab jiġri bih.
Stella:
Ajma! Ara dan ...kemm jieħdu ...iġri mur, għax jekk naqbdek taħt idejja nimliek bis-swat. Iġri! Lilly u Lydia kienu għadhom kemm waslu mill-bar ta’ Polly. Daħlu ġol-appartament ta’ Lilly bi tbissima u nfexxew jidħqu jirrakkontaw l-episodju li kienu għadhom kemm għexu.
Lilly: Lydia: Lilly: Lydia:
Trid tara wiċċ Polly ...jien fejn naf li taf tkanta daqshekk! Dak il-ħin ma kontx naf x’ser naqbad nagħmel, u l-ewwel ħaġa li ġietni f’moħħi, għamiltha. Mur għidilha ma żżommokx lil Polly issa. Dik diġà qed tara kif tarmalek rokna ħa tibda tkanta kuljum. Vera x’mistħija?
Lilly:
Mistħija? Għandek leħen bħal dak! ...u rringrazzja lil Alla li nqalgħat tal-lum għax wara l-biċċa tal-kantina kienet lesta tibagħtek lil hemm. X’fettillek għid?
Lydia:
Stella qed tagħmilli l-bsaten fir-roti. Mill-ewwel indunajt li ma tniżżilnix. Imma llum ikkonfermajt sa fejn tasal.
Lilly: Lydia:
Naħseb qed tesaġera ftit. M’intix temminni? Qed ngħidlek; hi għalqitni hemm ġew. Trid tara l-ħarsa li tatni.
Dak Li Mitluf U Dak Li Misjub - 63
GWIDA Settembru 2020 67
EPISODJU 3/ L-EWWEL STAĠUN
DAK LI MITLUF U DAK LI MISJUB (Ir-Raba’ Parti) Skript miktub minn Audrey Brincat Dalli Produzzjoni SharpShoot Media ltd. Adattament għall-GWIDA minn Anthony M. Baldacchino
Lilly: Lydia:
Ifhem hi veru tħobb tisraq ix-xena kull fejn tkun, imma mhix ħadra ta. Sakemm tidraha. Jew hi jkollha tidra lili.
Lilly:
Ismagħha d-dukessa kif saret ħej! Jien għada pitgħada ħa jkolli nibda noforqok minn man-nies. Arak int u Stella tiġbdu xagħar xulxin.
Lydia:
Ħa tipprova! (filwaqt li t-tnejn daħku) ...Aħħ jien vera għandi ġuħ!
Lilly: Lydia: Lilly:
Int minn dejjem wikkiela? Kemm tiekol Madonna. Ħa nagħmillek sangdwich. Sandwich. U iva fhimtni! Hemm bżonn tfettaq fuq l-irqaqat? Lydia tbissmet u marret fil-kamra tagħha sakemm Lilly tlestilha l-ikel. Ftakret fid-djarju li kienet tilfet, pruvat tfittxu iżda għalxejn. Staqsiet lil Lilly jekk kinitx ratu xi mkien, iżda din ma kellhiex idea. Id-djarju kien personali wisq għal Lydia u ħassitha ser tiġġennen mingħajru, kellu diversi kitbiet personali.
Lilly: Lydia:
Iva kkalma hawn irid ikun. Issa ngħinek tfittxu. Dak importanti għalija, għadek ma tafx kemm. Lilly u Lydia komplew ifittxuh, iżda dan id-djarju ma kien għand ħadd ħlief Alvio. Dak il-ħin Alvio kien liebes ta’ mara filwaqt li jpejjep sigarett. Kien qed tieħu ftit pawża qasira fi sqaq mudlam waqt li jqalleb u jaqra d-djarju ta’ Lydia. Minn warajh joħroġ raġel jgħajjatlu għax kien imissu hu. Alvio jarmi s-sigarett, idaħħal iddjarju u jimxi ġewwa. Mhux Lydia biss ma setgħetx issib l-affarijiet mitlufa f’dak il-lejl! Iris kienet qed tfittex l-arloġġ ta’ Oscar. Ma setgħet issibu b’xejn. Għalxejn it-talb għal Sant’Antnin! Iżda mbagħad ftakret fil-konversazzjoni li kellha ma’ Angela u ntebħet li setgħet kienet hi l-moħħ wara l-għibien tal-arloġġ prezzjuż. Ħalfet li tpattihielha. L-arloġġ kien sigur f’id Oscar li dak il-ħin kien qiegħed ipenġi żewġ namrati li kienu f’xulxin il-Barrakka ta’ Fuq. Beda jimmaġina lilu mgħannaq ma’ Angela, filwaqt li qalleb ftit il-ktieb sabiex jerġa’ jara t-tbissima tat-tfajla ta’ qalbu. Angela dak il-ħin kienet fis-sodda ma’ klijent rieqed ħdejha, tħares fil-post fejn Oscar kien qed ipenġiha proprju l-ġurnata ta’ qabel. Nenu biss kien kuntent dak il-lejl! Kuntent għax kellu l-moxt ta’ Stella u seta’ jkompli jxommu u jammira r-riħa tagħha. Mill-banda l-oħra Poly marret quddiem l-inkwatru tar-raġel tagħha li kien ħalliena.
Polly:
Għidli x’ser nagħmel bih dan is-salib. X’se nagħmel? Għala ħallejtni waħdi daqshekk kmieni, għala? Minkejja li kienu ilu li ħalliena, kienet għadha tħobbu immens u kien għalhekk li ma setgħetx tibni relazzjoni ġdida ma’ Reno. Luċija kienet għadha mqajma wkoll! Kienet qiegħda fuq tavolina żgħira b’lampa tnemnem tikteb ittra filwaqt li Wiġi jonħor. Ma nafux lil min kienet qed tikteb l-ittra, imma kulma nafu s’issa hi li kitbet ‘Għażiż’. Tgħid għandha x’taqsam mal-iskoperta li kienet għamlet dik il-ġurnata?
68 GWIDA Settembru 2020
Dak Li Mitluf U Dak Li Misjub - 64
Editorjal
Ritratti: Albert Camilleri
FABIAN U SARAH
Jiżżewġu minkejja l-mewġ kontrihom u l-qtigħ il-qalb
Sa Frar tal-2020 li jiżżewwġu l-koppji kienet xi ħaġa normali. Lanqas kien ikun hawn ġurnata fost il-weekend li xi mkien f’Malta ma jkunx hawn tieġ. Kulħadd jippjana għat-tieġ minn sentejn għal tliet snin qabel, avolja kien ikun hemm għarajjes li jippjanawh f’inqas. Xħin faqqgħet il-pandemija, it-tiġijiet kollha kellhom jiġu posposti. Dawk id-deposits u l-pjanijiet kollha li kienu għamlu l-għarajjes itiru mar-riħ. Kont tisma’ b’tieġ rari ħafna u meta kien jiġri dawn kienu jkunu qed jiċċelebraw il-quddiesa biss u f’numru limitat. joħroġ ċertifikat ta’ kemm jistgħu jistiednu nies. Jekk Min kellu jiżżewweġ dan is-sajf, fil-pandemija, kellu jmexxi stiednu aktar, iridu ovvjament inaqqsu mil-lista talt-tieġ għas-sena d-dieħla. Imma kien hemm min baqa’ mistednin. Dan apparti li l-għarajjes ikollhom jagħmlu persistenti u żamm id-data. Meta l-figuri bdew jerġgħu spejjeż addizzjonali biex jimxu mar-regoli. Hemm min jogħlew, l-għarajjes kellhom problema oħra. L-awtoritajiet jordna mwejjed apposta kbar biex iħeġġu lin-nies bdew jimponu miżuri ġodda fosthom; joqogħdu magħhom, iżidu l-waiters ħalli jlaħħqu mad• Fit-tieġ ma tistax toqgħod tkellem lil ħafna nies, trid tagħżel domanda, etċ... Imma dan kollu xorta ma qatax qalb grupp ta’ għaxar persuni u jekk tista’ toqgħod miegħu. Fabian u Sarah! • Qabel tidħol fis-sala tittieħed it-temperatura, jagħmlulek issanitizer u jeħdulek ismek minħabba l-contact tracing. Kien imiss li jingħaqad fis-sagrament taż-żwieġ, il• Fis-sala, il-waiters kollha jridu jilbsu l-maskra, il-bar ikun ġurnalist u eks kap tal-aħbarijiet, Fabian Demicoli. Fabian magħluq u jekk jaqbdek l-għatx trid tordna mal-waiters għamel xi żmien jaħdem bħala ġurnalist mat-tim ta’ stess. Xarabank, wara ngħaqad ma’ Media link bħala kap tal• Ġeneralment l-għarajjes jagħmlu diskors qabel it-tieġ biex aħbarijiet u mbagħad bħala kap tal-programmi. jirringrazzjaw lin-nies li jkunu ġew. Fid-diskors irid jingħad li m’hemmx tgħanniq u bews! Fabian iltaqa’ mal-maħbuba tiegħu Sarah erba’ snin ilu. F’dawn l-erba’ snin żaru ħafna pajjiżi flimkien, fosthom Dawk kienu xi ftit mir-restrizzjonijiet li tara b’għajnejk. Iżda marru l-Afrika sabiex jagħmlu esperjenza ta’ volontarjat qabel, l-għarajjes iridu jagħmlu risk assessment fis-sala. Wara,
70 GWIDA Settembru 2020
Editorjal
mal-grupp Mzungu Mission. Mill-programm tat-Tanżanija li kien għamel mat-tim ta’ Xarabank, Fabian ma waqafx imur il-missjoni. Sena wara sena jagħmel mezz sabiex jgħin lil dawk inqas ixxurtjati. Għall-bidu Sarah kienet ftit xettika għandhiex tmur il-missjoni mal-maħbub tagħha, iżda tlett ijiem qabel siefru, xtrat il-biljetti tal-ajru u ma jiddispjaċihiex. Bħalma ma ddispjaċihiex meta marru flimkien it-Tajlandja u Singapore. Hemmhekk Sarah żgur ma tinsiex meta Fabian jgħidilha li kien qata’ l-biljetti biex tmur tara kunċert ta’ Andre Rieu. Kien jaf kemm jogħġobha dan il-vjolinist internazzjonali. Xtaqet ħafna tattendi kunċert tiegħu u Fabian sab kunċert l-Awstralja fid-dati li kienu msifrin. Ajruplan minn Singapore għall-Awstralja u rħewlha għal dan il-kunċert memorabbli. Iżda s-sorpriża kienet għadha ġejja! Fabian kien ftiehem mal-organizzaturi li kien ser jagħmel xi ħaġa speċjali. Waqt l-intervall, quddiem sala nies, niżel għarkupptejh u propona lil Sarah biex tkun martu. Sintendi Sarah, ħamra nar, aċċettat u minn hemm bdew it-tħejjija għaż-żwieġ. Flimkien għażlu t-8 t’Awwissu! Jibda joqrob iż-żmien u f’Malta tfeġġ il-pandemija. Jingħalaq l-ajruport u t-tiġijiet tħassru. Fabian b’determinazzjoni kien jgħid lil Sarah biex iħallu kollox kif inhu. Meta kulħadd kien qed jissuġġerixxi lil Fabian biex iċaqlaq it-tieġ, hu baqa’ persistenti. Jasal id-19 t’April, Fabian dakinhar kellu jagħmel il-bachelor’s party! Ma’ sħabu s-subien kien ser isiefer iżda dan ma kellux ikun. Determinat u dejjem bi tbissima fuq wiċċu, Fabian imur l-ajruport xorta bil-bagalja u bit-tarka “bachelor to be” sabiex jieħu ritratt u jżommu b’tifkira. Il-pandemija f’Malta tibda tbatti, Fabian hawn kien ħa ftit tar-ruħ u komplew normali bil-preparamenti. Iżda il-każijiet bdew jitilgħu u ġimgħa biss qabel it-tieġ ta’ Fabian u Sarah, il-Prim Ministru u s-Supretendent tas-saħħa ħabbru r-restrizzjonijiet. Ġimgħa ta’ tensjoni għal din il-koppja fejn bkew, stressjaw, ippanikjaw u bidlu l-affarijiet sabiex jagħmlu x-xewqa tagħhom realtà. Imbeżżgħin għal li seta’ jinqala’ iżjed, Fabian bakkar għall-Knisja dakinhar tat-8 t’Awwissu. Kien ftit stressjat imma b’tiċrita ta’ daħka fuq fommu. Iċ-ċerimonja seħħet fil-Knisja tal-Madonna tal-Karmnu, l-Belt, fejn attendew il-familjari u ħbieb tal-koppja. Xħin daħlet Sarah mill-bieb prinċipali, għajnejn Fabian imtlew bid-dmugħ. “Xħin rajt lil Sarah għedt li fl-aħħar wasalna, għax b’dak kollu li ġara f’dawn l-aħħar ġimagħtejn kont imwerwer, imma rnexxielna.”Hekk qalilna Fabian f’intervista qasira li għamilnielu dakinhar. Xħin spiċċat il-quddies qalilna, “Irnexxielna, issa qed inħossni li straħt u kuntent”. Sarah, li hi ftit mistħija, ħadnielha kumment xorta, skoprejna li kienet qed taqta’ ftit qalbha, “Iva, jien għalija ċaqlaqt it-tieġ imma mnalla għamilnieh”.
“Xħin rajt lil Sarah għedt li fl-aħħar wasalna.”
Forsi vera ħassru xi avvenimenti u kellhom jaddattaw għall-affarijiet minħabba l-Covid-19, iżda din l-istorja mhu ser jinsewha qatt. Għażlu li jiżżewġu f’Forti Sant’Iermu, fortifikazzjoni importanti u b’saħħitha ħafna, l-istess bħall-imħabba tbaqbaq li għandhom għal xulxin. Flok l-Amerika għall-qamar il-għasel marru Għawdex fejn gawdew lil xulxin, u wara t-tnejn bdew jaddattaw għall-ħajja ġdida, issa dik miżżewġa flimkien. F’isem Gwida nawguraw l-isbaħ xewqat lil din il-koppja, u jalla jkomplu flimkien ikunu pożittivi tul il-ħajja miżżewġa tagħhom.
GWIDA Settembru 2020
71
RiĊetti
VAŻETTI TAL-AVOKADO U ŻERRIEGĦA TAĊCHIA BIL-COCONUT U PISTAĊĊI RiĊetta ta’ Manuel Xuereb
Ingredjenti
Direzzjoni
Għall-crumb P 4 imgħaref coconut P 2 imgħaref pistaċċi
Ibda din ir-riċetta billi tfarrak il-pistaċċi u l-coconut flimkien. Poġġi mgħarfa nofs din it-taħlita fil-bażi tal-vażetti tiegħek. Erfa’ l-frak li jifdal. Sussegwentament, poġġi l-avokado, iz-zokkor, il-qoxra taċ-ċitru u l-meraq fil-processor u ħawwad flimkien. Imbagħad żid il-ħalib tal-lewż, il-jogurt talvanilla u ż-żerriegħa taċ-chia u erġa’ ħawwad flimkien biex tgħaqqad. Ferra’ nofs din it-taħlita fil-vażetti fuq il-frak u nofs il-lampuni friski. Irrepeti l-proċess bl-ingredjenti li fadal. Poġġi fil-friġġ għal mill-inqas 3 sigħat. Meta tkun lest biex isservi d-deżerti, żejjen l-uċuħ bil-lampuni li jifdal.
Għall-mili P 2 avokados P 2 imgħaref zokkor fin P qoxra ta’ 2 luminċell u ta’ lumija P meraq ta’ 2 luminċell P 400ml xarba tal-lewż organiku P 3 imgħaref żerriegħa taċ-chia P 300g jogurt tas-soja tal-vanilla P lampuni friski P Se jkollok bżonn ukoll 4 vażetti
GWIDA Settembru 2020 73
74 GWIDA Settembru 2020
RiĊetti
INSALATA MĦAWRA RiĊetta ta’ Anton B Dougall
Ingredjenti
Direzzjoni
P għaġin qasir mgħolli P ħass imqatta’ f’biċċiet żgħar P tadam imqatta’ flieli P tonn taż-żejt P basal P bajda iebsa P tursin P bżar ikkulurit imqatta’ P ħjar imqatta’ P kappar P żejt taż-żebbuġa jekk jista’ jkun extra virgin P tursin P bajd iebes imqatta’ flieli
1. Għalli l-għaġin, qattar u kessaħ. Poġġih ġo bieqja. 2. Miegħu żid il-ħass, it-tadam, tonn taż-żejt, il-bżar, ħjar, kappar, bżar u melħ. Ħawwad tajjeb. 3. Żid iż-żejt. Erġa’ ħawwad mingħajr ma tgħaffeġ. 4. Żejjen bit-tursin u l-flieli tal-bajd iebes.
Riċetta oħra: Insalata bil-ħaxix mixwi Dan huwa metodu sabiħ u differenti kif tipprepara u sservi l-insalata mixwija. Jekk trid tista’ sserviha wkoll bħala antipasto mħawra bi ftit żejt taż-żebbuġa u ħall balsamiko, tursin u tewm imqatta’ rqiq. Il-ħaxix li trid tuża għal din l-insalata għandu jkun: qarabagħli mit-twil, brunġiel, bżar ikkulurit u nofsijiet tat-tadam. Il-ħaxix kollu jrid ikun imqatta’ fi slices ftit jew wisq ħoxnin. L-ewwel li trid tagħmel hu li taħsel u tixxotta tajjeb il-ħaxix kollu u wara ixwi fuq il-barbeque jew grilja. Importanti li ma tħallihomx isiru ħafna.
GWIDA Settembru 2020 75
Oroskopju
IŻ-ŻODJAKU MA’ PAULJON
Tagħrif dwar l-istilla Virgo u l-istilla l-ġdida! Ix-xahar ta’ Settembru jlaqqagħna ma’ żewġ żodjaki ferm interessanti, iż-żodjaku ta’ Virgo u żodjaku ta’ Libra. Virgo (♍) ġej mil-lingwa Griega (Παρθένος, Parthenos). Virgo huwa l-unika żodjaku li hemm il-persuna femminili kompluta, magħrufa wkoll bħala ‘Reġina tal-ismewwiet’, kif ukoll fil-mitoloġija Griega hija magħrufa bħala ‘Great Goddess’ li tgħaqqad il-verġinità, il-puritizza, il-fertililtà u li toffri ħafna aspirazzjoni lill-bdiewa speċjalment meta jkun il-bidu ta’ xi staġun partikolari. Virgo jaqa’ taħt l-element ta’ ‘Earth Sign’ li jiġbor fih ukoll li ż-żodjaki ta’ Taurus u dak ta’ Capricorn. Bejn dawn it-tlieta hemm kombinazzjoni tajba ħafna! Virgo jgħaqqad l-istaġun tas-sajf ma’ dak tal-ħarifa. Fit-2 ta’ Settembru għaż-żodjaku Virgo jibda l-qamar kwinta minħabba li huwa ż-żmien li l-bdiewa jibdew jiżirgħu diversi prodotti ta’ ħxejjex, frott u diversi prodotti. Fis-17 ta’ Settembru jibda dak li jissejjaħ New Moon li barra li jkun qed joffri tama ġdida li dawk li jaqgħu taħt dan iż-żodjaku, jikkombina diversi aspetti oħra fosthom aspirazzjoni ta’ motivazzjoni ġdida. Fatt interessanti dwar Virgo: Dawn huma persuni bieżla ħafna, leali lejn il-parti li tkun fil-ħajja tagħhom, ġenerużi ħafna, iħobbu n-natura u l-annimali, u jħobbu ħafna l-qari. Imbagħad idejjaqhom ħafna l-egoiżmu, min ma jkunx organizzat, min juri mġiba ħażina. Tajjeb nerġa’ nfakkar li kull żodjaku jinqasam fi tliet partijiet – ara l-artiklu li ppubblikajna fl-edizzjoni ta’ Awwissu. L-aktar jum ideali għaż-żodjaku ta’ Virgo huwa dak tal-Erbgħa, waqt li għandek tevita s-Sibt. Ix-xahar ideali għalik huwa Jannar, iżda evita dak ta’ Marzu. Virgo huma magħrufin li jservu ta’ pont u huma avventurużi f’ċertu aspetti.
tant ilna nsegwu bi tnax-il żodjaku jista’ jibdel il-format tiegħu. F’dawn l-aħħar snin in-NASA (Aġenzija Spazjali Amerikana) dejjem pruvat b’xi mod toħloq tibdil fil-format tal-kalendarju żodjaku! Fis-sena 2016, in-NASA bdiet twassal sensiela ta’ informazzjoni dwar dan wara li skopriet manuskritt meħud minn kitbiet li kienu nkitbu aktar minn 3,000 sena ilu dwar kif l-oroskopju huwa verament ibbażat! Manuskritt li jeħodna lura għal 3,000 sena ilu fiż-żmien il-ħakma ta’ Babilonja. L-astroloġisti ta’ dik l-epoka juru kif verament kien il-format tal-oroskopju. Dan juri biċ-ċar li ma kienx ibbażat fuq 12-il żodjaku iżda minn 13-il żodjaku! Bħalissa għaddejja din l-ispekulazzjoni jekk l-oroskopju preżenti jinbidilx jew le. Dan id-dokument juri li ż-żodjaku Ophiuchus ġie moħbi sabiex il-kalendarju żodjaku jaqbel ma’ dak tax-xhur. Iżda fejn ser jitpoġġa? Skont il-kalkoli tal-astroloġija dan sab postu wara Scorpio! B’hekk issa Scorpio ser jitlef il-perjodu ta’ 4 ġimgħat li kull żodjaku għandu u jispiċċa b’ġimgħa waħda sabiex Ophiuchus tieħu postha għal 3 ġimgħat. Dan ifisser li ż-żodjaki kollha ser jinbidlu! Taħseb li għandu jinbidel? Ibgħatli x’taħseb b’ittra f’ ‘PaulJon GWIDA’, Po Box 27 Paola. L-aktar 7 tweġibiet interessanti jirbħu l-aħħar pubblikazzjoni tiegħi.
Ħafna nies bagħtuli dwar jekk iż-żodjaku issa ser ikunx bi tlettax. Iva, hemm possibiltà li l-oroskopju li
GWIDA Settembru 2020 77
Oroskopju
IŻ-ŻODJAKU TA’ VIRGO MIT-23 TA’ AWWISSU SAT-22 TA’ SETTEMBRU Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar
Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu
Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu
Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru
Aries mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April Ser jagħmlek tgħaddi minn fażi li bħal qisek trid tkun aktar iffokat. Żomm kalm sabiex din il-fażi twasslek lejn dak li tant ilek tixtieq. Xorta waħda aħseb dwar il-pjanijiet li trid twettaq sabiex b’hekk tħossok aktar determinat u motivat. Namaste.
Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru Ser jagħmlek tagħraf aktar l-indipendenza tiegħek. Dan huwa mument ferm importanti għalik, iżda wkoll trid tagħraf it-tajjeb ta’ dak li int għandek madwarek. Jekk int m’intix ħa tagħti kas ta’ dan taf toħloq żbilanċ għall-madwar tiegħek. Għalhekk agħraf in-neċessità ta’ dan. Namaste.
Taurus mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju Ser jagħmlek tħossok aktar sigur u ċert f’dak li ser tibda twettaq. Għalik dan huwa importanti li tibda tħossok hekk, aktar u aktar meta l-ħajja ta’ madwarek sejra tieħu format differenti. Agħraf dan sabiex titkattar. Namaste.
Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sal-21 ta’ Novembru Ser ikun mument sabiex int tibda tlaħħaq mal-wegħda li int ikkommettejt għaliha. Dan ser joħloq pressjoni madwarek imma jekk minn issa tibda tagħraf tippjana, żgur ser ikun fattur li int tibda tissaħħaħ. Għalhekk agħraf li timxi b’għaqal. Namaste.
Gemini mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju Ser ikun mument ta’ pjanar u ta’ deċiżjonijiet dwar il-proġetti li għandek. Minħabba dan int trid tkun imħejji aktar minn qatt qabel sabiex b’hekk tibda twettaq dak li ġej b’ determinazzjoni. Hekk għandek tagħraf tkabbar iżjed il-madwar kollu tiegħek. Irrifletti! Namaste.
Sagittarius mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru Ser ikun mument fejn int trid tagħraf tieħu s-sitwazzjonijiet li resqin lejk b’aktar kawtela. Jekk int tagħraf iżżomm dan, is-sitwazzjoni ta’ madwarek ser tieħu xejra b’mod differenti f’dak li hemm riesaq lejk. Għalik dan huwa mument ta’ għarfien. Irrifletti sew! Namaste.
Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju Ser ikun mument ta’ riflessjoni sabiex int tagħraf taħseb aktar dwar il-pass li issa tixtieq twettaq. Taf ukoll li minħabba raġunijiet oħra mdawrin madwarek int għandek tibqa’ moħħok miftuħ u ffukat għal dak li int trid twettaq. Parir dejjem iservik ta’ gwida! Namaste.
Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar Ser tkun fażi fejn int se tkun kapaċi tagħraf aktar bejn il-vantaġġi u l-iżvantaġġi li ser jibdew iseħħu madwarek. Fil-ġimgħat li ġejjin ser tesperjenza affarijiet li ser iwassluk għad-direzzjoni ideali li tant tixtieq. Għalhekk agħraf sew dan. Namaste.
Ser ikun mument li tagħraf tkun aktar konċentrat. Bis-saħħa ta’ dan ser issib aktar spazju għalik u għal dak li tant tixtieq twettaq. Issa huwa l-mument li tibda twettaq dak li hu utli biss għalik! Għalhekk tajjeb li tirrifletti! Namaste.
Ser ikun mument ta’ aktar enerġija pożittiva sabiex tagħmlek aktar organizzat kemm personalment u kemm f’ħidmietek. Dan ser jippermetti li int ser tkun ferm attiv f’dan il-perjodu. Tibżax jekk jista’ jagħti l-każ li tħossok stressjat, agħraf li żżomm bilanċ. Namaste.
Ser ikun mument li issa tibda l-pjanijiet li ilek tħejji għalihom. Issa m’għandekx iżżomm lilek lura għax dak li għandek riesaq lejk huwa żmien ideali għat-tkabbir tiegħek. Importanti li int ikollok fik it-twemmin li kapaċi tasal! Irrifletti. Namaste. Huwa mument fejn int ser tikseb dak l-appoġġ li tixtieq fid-deċiżjonijiet li int trid twettaq. Issa se tagħraf li r-responsabbiltà se tikber madwarek, iżda agħraf biss li issa huwa l-mument li ħa jagħmlek tagħraf tippjana aħjar b’inqas tfixkil. Ħares ’il quddiem biss. Namaste.
KOMPETIZZJONI OROSKOPJU MINN PAULJON Iż-żodjaku ta’ Virgo ma’ min huwa kombinat l-aktar? O Ma’ Gemini, o Ma’ Sagittarius, o jew ma’ Cancer? Isem u Kunjom: ______________________________________________________________________ Indirizz: _____________________________________________________________________________ Mobile Number: ______________________ Ibgħat it-tweġiba tiegħek b'dan il-kupun lil PaulJon Kompetizzjoni Oroskopju, PO BOX 27, PAOLA sas-17 ta’ Awwissu 2020. l-ewwel tweġiba li nirċievu korretta tirbaħ il-kalendarju żodjaku u tiġi mħabbra fl-artiklu li jmiss. Namaste Ir-rebbieħa tal-kompetizzjoni tax-xahar ta’ Awwissu hi SONJA FALZON minn Ħal KIRKOP.
78 GWIDA Settembru 2020