25 minute read
Tisliba bi premju
TISLIBA BIL-PREMJU SETTEMBRU
L-Ewwel Premju
Advertisement
Mary Rose Muscat, Żurrieq
€20 Vawċer minn Gold Market It-Tieni Premju
Ruth Curmi, Santa Venera
Ktieb minn Horizons It-Tielet Premju
Carmlino K/A Lino Schembri, Ħamrun
Ktieb minn Faraxa Ir-Raba’ Premju
Miriam Lia, Żabbar
Ktieb minn Merlin Library
3. 8. 10.
11. 13. 15. 19. 20. 21. 23. 25.
26. 27.
Mimdudin
Sieħba midħla tiegħek, persuna li tirrispetta u tafda (6) Pakkett żgħir (6) Għandhom l-età u anki l-esperjenza (9) Espressjoni ta’ mħabba bix-xoftejn, sakemm mhux xi waħda ta’ Ġuda (5) Mhix imxarrba (5) Merħija (5) Membru tal-familja (6) Frotta Żabbarija? (3) Proprjetà, ġid, patrimonju (4) Ġlieda sportiva (5) Xirka, għaqda, ħafna drabi illegali (5) Qalziet bil-ġakketta ħaġa waħda użat minn ħaddiema tal-id (4) Fuqu ġġorr it-tazzi jew xorta ta’ ikel (7) Naħat, mhux banda waħda iżda dawn ma
Soluzzjoni GWIDA Lulju
Mimdudin 1 Flotta; 3 Fartas; 8 Kottonera; 10 Raġġi; 11 Tenur; 13 Attwa, 15 Studju; 19 Ras; 20 Oħtu; 21 Apert; 23 Renju; 25 Fidi; 26 Huttaba; 27 Friża; 29 Orrur; 30 Indri; 31 Aħmar; 32 Torok; 33 Landa
Weqfin 1 Fjuri; 2 Okkupat; 4 Twarrab; 5 Silġ; 6 Tabiba; 7 Xolt; 9 Tined; 12 Nejba; 14 Tort; 16 Unuri; 17 Jannar; 18 Konfront; 22 Rotunda; 24 Sarima; 26 Ħatra; 27 Frak; 28 Itma’
29. 30.
31.
32. 33.
1. 2. 4.
5. jipproduċux mużika (5) Il-pjaneta li ngħixu fuqha (5) Kulħadd suxxettibbli jieħu xi wieħed, imur żmerċ (5) Kejl metriku użat fl-użin tad-deheb u anki f’riċetti mediċi u mhumiex (5) Waħda biss m’hemmx oħra bħala (5) Isem Sadat, it-tielet President tal-Eġittu (5)
Weqfin
Meta tagħmel ix-xita f’daqqa (5) Ħila liema bħalha, kapaċità (7) LIRABTI (Anagr.) Grupp, mużikali Malti magħrufa għall-ħoss ta’ strumenti partikolari (7) Taw jixorbu (4) 6. 7. 9. 12. 14. 16. 17. 18. 22. 24.
26. 27.
28 Lsira (6) Daqs tużżana anki daqshekk appostli (4) Annimal selvaġġ jixbaħ ħafna lill-kelb (5) Is-somma aħħarija (5) Tinżel f’xi waħda bħal 1 Wieqfa (4) Mhix ta’ prezz għoli (5) Iwieżnek meta zzappap (6) Nkejja, tentazzjoni, tidrisa (8) Is-sagrament li bih tirċievi l-Ewkaristija (7) Ħaddiem li jtella’ d-daqqiet li jkollha l-karozza wara xi ħabta (6) L-għafsa bis-snien li tħalli marka (5) Żubrun f’wiċċ il-baħar miżmum b’mażżra fil-qiegħ (4) Kmand (4)
Tisliba Bil-Premju Settembru
Ibgħat is-soluzzjoni lill-GWIDA/ Tisliba Settembru, Content House, Mallia Buildings, 3, Level 2, Triq in-Negozju, Zone 3, Central Business District, Birkirkara, CBD 3010 mhux aktar tard minn nhar it-Tnejn 21 ta’ Settembru. Isem
Indirizz
Mob/Tel
IL-KURA TAX-XAGĦAR Linji gwida ta’ kif tista’ tieħu ħsieb xagħrek!
Miġjub lilkom minn: Dr. Georgiana Farrugia Bonnici, BSc (Hons) Rad; M.D. (Radjografa u Tabiba) u Mr. Clayton Balzan (Stilista tax-Xagħar, minn Fiamminage Salon)
Illum nixtiequ nieħdu l-opportunità biex naqsmu magħkom xi linji gwida li tistgħu ssegwu sabiex iżżommu xagħarkom fl-aħjar kundizzjoni possibbli.
Għandkom tibdew billi taħslu xagħarkom spiss bi prodotti professjonali, li jkunu addattati għat-tip ta' xagħar tagħkom; tużaw hair serum u shine spray għal wara li x-xagħar jinxef. Dawn it-trattamenti jgħinu sabiex jagħtu n-nutrijenti kollha li x-xagħra għandha bżonn sabiex tibqa’ f'saħħitha u tleqq. Importanti wkoll li persuna ma torqodx b'xagħarha mxarrba ħafna, u tippettna x-xagħar minn tal-inqas 3 darbiet kuljum ħalli tevita l-formazzjoni tal-għoqiedi. Jekk ser tqattgħu xi ħin fejn tkunu iktar esposti għar-raġġi tax-xemx, użaw ftit hair serum fuq ix-xagħar dirett, applikaw is-sunblock u għattu raskom b'beritta jew kappell sabiex tipproteġu ruħkom millUV. Meta tkunu se tużaw xi tip ta' straightener jew curling iron biex tvarjaw l-istil ta' xagħarkom, huwa importanti ferm li qabel ma tagħmlu dan, tużaw heat protecting spray sabiex
bħal shampoo, conditioner u treatment mask. Tistgħu wkoll tipproteġu lix-xagħar milli jinħaraq bl-użu ta' temperaturi għoljin li jintużaw minn dawn il-magni, f'dawn il-proċessi.
Jekk iddeċidejtu li ser tagħmlu użu minn żebgħa bażika huwa vitali li dejjem tieħdu pariri professjonali mingħand l-istilisti tax-xagħar tagħkom; mhux tixtru l-prodotti bladdoċċ. Dan minħabba li hemm ċerti tipi ta' kimiċi li jitħalltu maż-żebgħa, bħall-peroxide jew hair lifters, li jafu jikkaġunaw ħsara irreparabbli fix-xagħar jekk ma jkunux użati sew. Għal min qatt ma uża żebgħa qabel, ikun iktar ideali li japplika ż-żebgħa f'forma ta' toner, colour conditioners jew colour enhancers, li ma jkunx fihom kimiċi li jistgħu jkunu ta' danni għax-xagħar.
Fatti oħrajn importanti li ta' min wieħed isemmi huwa li x-xagħra taf tibda titlef is-saħħa tagħha, jew saħansitra taqa' minn mal-basla, anke b'riżultat ta' ċerti kundizzjonijiet mediċi li ma jkunux qegħdin jiġu kkontrollati sew. Bħal ngħidu aħna; problemi fit-thyroid, żbilanċi fl-ormoni li jirregolaw is-sistemi ġinekologiċi; bħall-Polycystic Ovarian Sydrome, it-tqala jew il-menopawża, dijabete, lupus, ansjetà u stress qawwi, alopecia, kif ukoll jekk wieħed ikun qed jitlef il-piż b'rata mgħaġġla ħafna. Hemm ukoll xi mediċini; bħal dawk li jintużaw fil-kura tal-gotta, fil-pressjoni għolja, fid-dijabete, f'mard tal-qalb, fid-dipressjoni, fil-kanċer jew fl-artrite, li wkoll jafu jdgħajfu xi ftit ix-xagħar f'ċerti individwi. Għaldaqstant, huwa importanti li titkellmu mattabib tagħkom, jekk tħossu li xagħarkom xorta qed jiddgħajjef jew jonqoslu mill-vitalità tiegħu, avolja qegħdin tittrattawh bi prodotti professjonali msemmija hawn fuq. Jekk wieħed għandu dawn it-tip ta' problemi, għandu wkoll jevita li jorbot xagħru fi stili li jkunu ssikkati jew miġbud wisq ma' rasu, bħall-braids, għax dawn jafu jikkaġunaw iktar ħsara milli ġid. Kif ukoll, ċerti tipi ta' vitamini B bħall-Biotin u t-Thiamine, flimkien malVitamina D li tinsab fir-raġġi UV tax-xemx, ukoll jgħinu sabiex isaħħu l-proċess ta' formazzjoni tax-xagħra.
Jekk tixtieq issegwi l-blogg ta’ Dr. Georgiana Farrugia Bonnici, tista’ tagħmel dan billi tagħmel 'like' fuq din ilpaġna ta' Facebook: ×Be Holistically Healthy, MD× www.facebook.com/be.heart.healthy
Jekk tixtieq tagħmel kuntatt mal-istilista tax-xagħar, Clayton Balzan, jekk jogħġbok żur ukoll is-sit:
www.facebook.com/Fiamminage-108014449676599
PARIR TAL-PSIKOLOGA L-istadji tal-lingwa skont l-iżvilupp u l-età
Minn Charmaine Mangion
Gwida għall-ġenituri biex naraw l-iżvilupp fil-lingwa hux jipprogressa.
L-ewwel stadju huwa msejjaħ ‘preproduction’. Dan normalment iseħħ mit-twelid sa 6 xhur. Hawnhekk l-iżvilupp tat-trabi jkun minimu kemm biex jifhmu ħaddieħor x’inhu jikkomunika u anka bħala replika. Il-komunikazzjoni hawnhekk tibda tieħu forma b’mod inverbali bħal jippuntaw subgħajhom lejn oġġett bħala indikazzjoni.
Kif nistgħu ngħinu? Staqsi mistoqsijiet bħal “fejn hu ħalqek?” U ppuntaw lejn il-ħalq. Dan ikun qed jippromwovi żvilupp ta’ konnessjoni bejn il-kliem u l-għaġir.
It-tieni stadju: ‘Early Production’ – dan iseħħ bejn 6 xhur u sena. Hawnhekk nibdew nifformaw l-ewwel żvilupp ta’ sens fil-kliem. Jibdew jiżviluppaw il-komunikazzjoni minn inverbali għal aktar verbali normalment b’kelma jew tnejn li huma familjari magħhom.
Kif nistgħu ngħinuhom? Insaqsu mistoqsijiet li jissejħu ‘closed ended’ jiġifieri li r-risposti jirrikjedu li jkunu iva jew le.
It-Tielet Stadju: ‘Speech Emergency’ – dan iseħħ fl-età ta’ bejn sena u tliet snin. Hawnhekk l-iżvilupp ta’ sens tal-lingwa jikber ħafna u jibdew jifhmu ħafna aktar. Il-kliem individwali jibdew jingħaqqdu f’sentenzi bażiċi. Ilvokabularju hawnhekk jibda dejjem jikber u tibda tifforma l-lingwa primarja.
Kif nistghu ngħinuhom? Nikkomunikaw magħhom b’mod dirett iżda b’mistoqsijiet ftit aktar kumplessi, fejn ir-replika tkun waħda aktar miftuħa, mhux iva jew le biss, iżda nagħtuhom opportunità jiftħu aktar fuqha u jispjegaw ruħhom.
Ir-raba’ stadju huwa: ‘Intermediate Fluency’ – dan iseħħ bejn it-tlieta u l-ħames snin. Hawnhekk il-lingwa tipprogressa ħafna. Is-sentenzi jagħmlu aktar sens u jkunu kapaċi jesprimu ruħhom b’mod aktar ċar. Ilpronunzjoni tibda tiffurma fejn anka nies li ma jkunux jinteraġixxu magħhom ta’ spiss ikunu kapaċi jifhmuhom. Hawnhekk it-tfal ikunu kapaċi jibdew joħorġu r-riżultat tal-bilingwiżmu. Jiġifieri kapaċi jikkomunikaw u jifhmu aktar minn lingwa waħda li jkunu dejjem esposti għalihom.
Kif nistgħu ngħinuhom? Hawnhekk nibdew nelaboraw aktar id-diskussjonijiet u l-mistoqsijiet. Bħal “Għaliex taħseb li ġara hekk? / X’seta’ ġara differenti?” Dan ifisser li jirrikjedu aktar ħsieb.
Fl-artiklu li jmiss ser inkomplu nelaboraw fuq il-lingwa, żvilupp, età u attivitajiet li jsiru biex nippromwovi l-bilingwiżmu u l-vokabularju.
EPISODJU 3/ L-EWWEL STAĠUN DAK LI MITLUF U DAK LI MISJUB (Ir-Raba’ Parti)
Skript miktub minn Audrey Brincat Dalli Produzzjoni SharpShoot Media ltd. Adattament għall-GWIDA minn Anthony M. Baldacchino
X’ġara s’issa?
Lydia tispiċċa vittma ta’ Stella hekk kif din waddbitha ġol-kamra tal-ħażna. Hawn issir taf il-veru karattru li għandha. Oscar jiltaqa’ ma’ Angela fejn din tagħtih l-arloġġ li kien ħallas bih għal-lejl magħha. Luċija taħarbilha ma’ Wiġi li fittxet fil-kamra ta’ Marie u sabet sigriet!
Victor:
Jeffrey:
Joseph: Victor:
Joseph:
Joseph: Victor:
Joseph:
Polly:
F’dik il-lejla mimlija attività, is-sħab iswed beda tiela’. Il-ferħ taċ-ċkejken Victor kien qiegħed jieħu pjaċir idoqq id-drums mal-banda flimkien ma’ missieru nbidel f’biża’ kbir. Is-serata mużikali tintemm ħesrem malgħajjat ta’ Pawlu li kienu ġejjin il-Pulizija. Kien hawn li Victor kellu jaħrab minn fuq il-palk għax kien illegali li tifel taħt l-età jitħalla f’dawk it-tip ta’ avvenimenti. Victor imbeżża’ dar fuq missieru. Imma papà ...qed nibża’. Minn xiex trid tibża’? Mur iġri, għax jekk jaqbduna jkollna l-inkwiet ...mur kif qallek Pawlu l-aħħar darba. Iġri. Victor ma kienx ċert fejn ser jaqbad jagħti rasu. Għadda mill-passaġġ sigriet li wrieh Pawlu u sab ruħu fl-aħħar tat-triq ġo parti mudlama. Jistaqsi bejnu u bejn ruħu x’seta’ jagħmel, Victor kien konfuż. Fejn ser jaqbad jagħti rasu? Ftit passi ’l bogħod jara grupp ta’ baħrin jagħmlu t-tpenġija lil xulxin. L-irġiel kienu qed jieħdu pjaċir iżda lanqas laħaq ra l-labra Victor li ma bediex iħoss l-uġigħ minflokhom hu. Kien hawn li l-baħrin indunaw b’Victor u Joseph dak li beda jpenġi stiednu ħdejh. Ħeq hawn x’għandna? Minn fejn inqlajt boy? Aħħ dak qed tweġġgħu. U xi nweġġgħu! Ejja ’l hawn. X’inti tagħmel waħdek, fejn hi ommok? Victor ħalla l-emozzjonijiet tiegħu jiġru bih u nfaqa’ jibki. Ma setax jifhem filli mdawwar bl-aktar ħaġa li jħobb u filli waħdu, fil-ħemda tal-lejl b’eku tal-Music Hall jidwi. U miskin, ejja tagħmilx hekk ta. L-irġiel ma jibkux. Int qed tara lil xi ħadd minna jibki? Dak kwazi jibki qiegħed (filwaqt li pponta subgħajh lejn baħri li kien qed ibul taħtu bil-biża’ li ħakmitu) U le, dak għax ħaseb li ħa npinġilu ankra u minflok pinġejtlu sparrow. Taf x’inhu sparrow? Victor beda jagħmel il-ħsejjes b’ħalqu ta’ pitirross. Minn hemm qisu ħa l-kunfidenza u meta jitkellem ma’ dan Joseph. Joseph beda jurih ritratt sabiħ tal-pitirross li kien ser ipenġi lill-baħri. Victor l-Arti jħobbha ferm, ġieli penġa imma fuq il-karti biss għax ommu darba xejn ma ħadet pjaċir meta kien penġa fuq il-ħajt! Fil-bar ta’ Poly, l-atmosfera ġiet lura għan-normal. Lydia kienet qed tixrob ma’ wieħed mill-baħrin. Il-baħri li kien ma’ Lydia mar jixtrilha drink ieħor. Lydia bit-tazza mgħollija biex jaraha Reno tal-bar. Mingħajr ma ħalliet lill-baħri jinduna, Reno biddlilha t-tazza ma’ ilma u kompliet tieħu gost mal-baħri. Kuntenta li rnexxielha, Lydia ħarest lejn Lilly għas-sodisfazzjon b’din tidħqilha biex tawguralha. Il-baħrin imma ma kinux kuntenti sa barra, riedu l-mużika, riedu jiżfnu! Għalhekk pront wieħed mill-baħrin għajjat, “Ain’t you got no music, no dancing here!”. Ma kienx baħri, il-bar ta’ Poly inbidel f’burdell bil-baħrin kollha jridu d-diski. Pronta pronta Stella marret fuq il-baħri li qajjem il-burdell f’widnejh qaltlu biex jistaqsi lil Lydia tiżfinlu għax żeffiena tajba ħafna. L-ieħor sema’ minnha u staqsieha quddiem kulħadd. Imbarazzata Lydia ma kinitx taf x’ser tirrispondi għall-bidu. Il-baħri li kien qiegħed ma’ Lydia ma ħax pjaċir bl-atteġġjament ta’ sieħbu u bħal donnhom bdew jilletikaw għax ittantalu t-tfajla. Polly bdiet tipprova ssikkithom iżda dawn ġew fl-idejn. Trid tara wiċċ Stella kemm kienet kuntenta tara lil Lydia mbeżżgħa. Reno, Pulizija. Iġri! Pront Reno mar ifittex il-Pulizija. Inkiss inkiss Lydia mxiet ’il bogħod mill-ġlieda, marret ħdejn il-juke box u għażlet kanzunetta. Ħadet pożizzjoni fejn jista’ jaraha kulħadd. Poly ma setgħetx tifhem x’qed jiġri u x’kienet beħsiebha tagħmel Lydia.
EPISODJU 3/ L-EWWEL STAĠUN
DAK LI MITLUF U DAK LI MISJUB
(Ir-Raba’ Parti)
Skript miktub minn Audrey Brincat Dalli Produzzjoni SharpShoot Media ltd. Adattament għall-GWIDA minn Anthony M. Baldacchino
Polly:
Polly:
Joseph: Jeffrey: Victor:
Jeffrey: Victor:
Jeffrey:
Polly: Reno:
Polly: Reno:
Polly: Reno:
Polly:
Reno:
Polly: Reno:
X’inti tagħmel imbierka? Iktar ħa ġġenninhom. Mela dan ħin il-mużika! (waqt li kompliet tferraq il-baħrin u theddidhom li kienu ġejjin il-Pulizija. Kien hawn li Lydia ħarset madwarha u titla’ fuq waħda mill-imwejjed. Stella kienet moħħha fuqha, xtaqet tkun taf x’kien qed iberren f’moħħ Lydia. Lilly ukoll pruvat tiġbed l-attenzjoni lil Lydia sakemm bdiet ilkanzunetta Summer Night. Lydia bdiet tkanta u ġibdet l-attenzjoni ta’ kulħadd. Il-bar kollu waqaf jismagħha, inkluż Stella li ma timmaġinawx kemm kienet qed tgħir dak il-ħin. Xħin Lydia indunat li kulħadd kien qed iħares lejha waqfet. Iżda pronta Polly ħeġġitha biex tkompli. Kompli mbierka, kompli! Lydia ġietha waħda tajba, irnexxielha tikkalma lill-baħrin. Reno induna li fil-bar reġa’ rrenja l-paċi u mar lura. Lilly u Polly ma setgħux jemmnu lil widnejhom. Lydia kienet vera taf tkanta u għandha leħen straordinarju. M’għandniex xi ngħidu Stella kienet irrabjata, din id-darba Lydia rebħitilha waħda u sew! Il-ħin għadda sew u Jeffrey missier Victor mar ifittex lil ibnu. Deher inkwetat u għamel minn tal-inqas 20 minuta jserrep u jidħol f’kull triq biex jara jilmaħx lil Victor. Ma seta’ jsibu b’xejn! Victor li kien għadu ma’ Joseph jarah ipenġi tattoo lill-baħri lemaħ lil missieru u għajjatlu. Jeffrey waqaf u Victor dlonk mar jgħannaq lil missieru.
Hemm hu, telaqna. Sabu lill-papà. (waqt li ċapċpulu għax kien sab lil missieru) Kemm inkwetajtni, ma stajtx insibek. Ħeq inti m’għedtlix fejn immur meta noħroġ mingħand Pawlu. Ibżax l-aqwa li sibtek. Xħin ħriġt ma kontx naf fejn ħa mmur. Għandek raġun għax aħna wkoll lanqas ħsibnieha. Ma ġara xejn. (dar fuq Joseph) Grazzi napprezza li żammejtuh hawn magħkom, għax hu avventuruż u ma nafx fejn kien jispiċċa. Il-lejl beda dieħel ġmielu u Poly sakkret il-bar u kienet sejra lura d-dar. Reno kienu għadu jistennieha. Wara li Poly aċċertat li l-bieb kien imsakkar sewwa refgħet il-kaxxa bix-xorb u b’diffikultà bdiet iġġorrha magħha. Reno mar biex jgħinha u talabha biex iżommielha hu. Imma Polly rasha iebsa u ma ħallitux. X’għadek tagħmel hawn? Ħeq qed nistenniek. It-triq dan il-ħin saret perikoluża għan-nisa. Tibdiex int ta. Il-qattiela kien jonqosha din it-triq biex niġu f’ħalq kulħadd. Kulħadd itaqtaq fuqna mbagħad. Ħa ttihieli l-kaxxa? (waqt li ħa l-kaxxa faċilment minn idejn Polly. Polly għall-bidu dehret qisha ħadet gost bilġest ta’ Reno, iżda f’daqqa ġiet f’tagħha u bħal donnu bidlet kull ħsieb li kellha. M’għandekx għalfejn tibqa’ hawn Reno. Dejjem waħdi nżilt id-dar. Naf. Imma nserraħ moħħi iktar kieku nwasslek jien. Mhux kantuniera ’l bogħod ...u wara kollox mhux xogħlok tinkwieta għalija. (waqt li ħaditlu l-kaxxa minn idu) Dejjem fendejt tajjeb waħdi, anke wara li miet Wenzu, Alla jaħfirlu u jagħtih il-glorja tal-ġenna. Issa mur! Puu għalik. Niddejjaq nitkellem hekk ta. Kemm ma tafx tapprezza l-għajnuna. Ma tiflaħx tara min jgħinek. Ara dan!
Għandek Alla għalik, mela mur, aqla’ dahrek jekk trid hekk. Reno jħalli lil Polly lampa stampa, din kienet sorpriża għall-aħħar bir-reazzjoni ta’ Reno. Kien hawn li indunat li qiegħda waħidha u ħaffet lura d-dar. Reno kien lebbet sew minn Polly u fi triq ra lil Stella li kienet miexja
EPISODJU 3/ L-EWWEL STAĠUN DAK LI MITLUF U DAK LI MISJUB (Ir-Raba’ Parti)
Skript miktub minn Audrey Brincat Dalli Produzzjoni SharpShoot Media ltd. Adattament għall-GWIDA minn Anthony M. Baldacchino
Reno:
Stella:
Reno:
Stella:
Nenu:
Stella:
Nenu:
Stella:
Nenu:
Stella:
Stella:
Stella:
Lilly: Lydia: Lilly: Lydia: Lilly:
Lydia: Lilly: Lydia:
bil-mod għad-dar. Iddispjaċut bl-aġir ta’ Polly, Reno sellem lil Stella b’ton differenti mis-soltu. Bonswa Stell!
Mela bin-nervi Ren! Jaqaw Polly? U ħallini ara għax ħaq ...aħjar nigdem ilsieni... Stella daħket bih. Kienet taf li r-relazzjoni tiegħu ma’ Polly kienet waħda stramba. Polly ma kinitx taf xi trid. Reno kompla għaddej bil-pass imgħaġġel waqt li Stella kienet ftit passi lura minnu. Stella kienet waħidha, mitlufa fil-ħsibijiet waqt li ddawwar subgħajha bix-xagħar innukklat li kellha. Ftit ’l isfel kien hemm ħoss ta’ persuna li deher qed isegwi x’qed tagħmel Stella. Stella indunat li xi ħadd kien qed isegwi u bdiet tħaffef ilpass. Dan il-persuna resaq aktar qrib ta’ Stella sakemm din daret lejh u bil-qatgħa li ħadet werżqet twerżiqa waqt li żżomm sidirha. Qalbha dak il-ħin kienet sejra mija mija... Iżda ma kien ħadd ħlief Nenu. Il-Madonna Nen x’qatgħa tajtni. Hekk għamlilhom ta lin-nies ħa ssib lil xi ħadd jagħtik daqqtejn. Sabiħa ferm. Sabiħa ferm.
Naf li jien sabiħa Nen. Xi trid kemm int fitt ah? XXXXXXXX tgħidilhom xejn, XXXXXXX tgħidilhom xejn, XXXXXXX tgħidilhom xejn. X’inti tgħid ah? Ommi xi dwejjaq fik ħi. Nenu prova jmiss ix-xagħar innukklat ta’ Stella imma din ma ħallitux anzi rrabjat miegħu. Nenu resaq pass ’il bogħod minnha waqt li kompli jammira l-isbuħija ta’ Stella. Għalkemm tħobb min jikkumplimentaha Stella bdiet tiddejjaq b’dawn il-karezzi. Xħin Nenu induna li ma kinitx qed tagħti kasu dawwar id-diskors. Stella, Stella, Lilly, Lilly, Lydia, Lydia. (daret fuqu) Tibdilix inti b’Lydia ta! Għax tifqagħni. Min hu l-isbaħ, Lydia jew jien? Nenu beda jaħseb għal din id-domanda diffiċli! Imma Stella din ma felħithiex. Ħa taħsibha wkoll!
Imma lil Nenu, Stella kienet togħġbu wisq u pponta subgħajh lejha filwaqt li tenna “Sabiħa ferm”. Stella issa kuntenta kompliet miexja, b’Nenu qisu d-dell tagħha. F’daqqa u l-ħin Nenu jisraq il-moxt li kienet tħobb tħalli f’xagħarha Stella u jaħrab jiġri bih. Ajma! Ara dan ...kemm jieħdu ...iġri mur, għax jekk naqbdek taħt idejja nimliek bis-swat. Iġri! Lilly u Lydia kienu għadhom kemm waslu mill-bar ta’ Polly. Daħlu ġol-appartament ta’ Lilly bi tbissima u nfexxew jidħqu jirrakkontaw l-episodju li kienu għadhom kemm għexu. Trid tara wiċċ Polly ...jien fejn naf li taf tkanta daqshekk! Dak il-ħin ma kontx naf x’ser naqbad nagħmel, u l-ewwel ħaġa li ġietni f’moħħi, għamiltha. Mur għidilha ma żżommokx lil Polly issa. Dik diġà qed tara kif tarmalek rokna ħa tibda tkanta kuljum. Vera x’mistħija? Mistħija? Għandek leħen bħal dak! ...u rringrazzja lil Alla li nqalgħat tal-lum għax wara l-biċċa tal-kantina kienet lesta tibagħtek lil hemm. X’fettillek għid? Stella qed tagħmilli l-bsaten fir-roti. Mill-ewwel indunajt li ma tniżżilnix. Imma llum ikkonfermajt sa fejn tasal. Naħseb qed tesaġera ftit. M’intix temminni? Qed ngħidlek; hi għalqitni hemm ġew. Trid tara l-ħarsa li tatni.
EPISODJU 3/ L-EWWEL STAĠUN
DAK LI MITLUF U DAK LI MISJUB
(Ir-Raba’ Parti)
Skript miktub minn Audrey Brincat Dalli Produzzjoni SharpShoot Media ltd. Adattament għall-GWIDA minn Anthony M. Baldacchino
Lilly: Lydia: Lilly:
Lydia: Lilly: Lydia: Lilly:
Lilly: Lydia:
Polly:
Ifhem hi veru tħobb tisraq ix-xena kull fejn tkun, imma mhix ħadra ta. Sakemm tidraha. Jew hi jkollha tidra lili. Ismagħha d-dukessa kif saret ħej! Jien għada pitgħada ħa jkolli nibda noforqok minn man-nies. Arak int u Stella tiġbdu xagħar xulxin. Ħa tipprova! (filwaqt li t-tnejn daħku) ...Aħħ jien vera għandi ġuħ! Int minn dejjem wikkiela? Kemm tiekol Madonna. Ħa nagħmillek sangdwich. Sandwich.
U iva fhimtni! Hemm bżonn tfettaq fuq l-irqaqat? Lydia tbissmet u marret fil-kamra tagħha sakemm Lilly tlestilha l-ikel. Ftakret fid-djarju li kienet tilfet, pruvat tfittxu iżda għalxejn. Staqsiet lil Lilly jekk kinitx ratu xi mkien, iżda din ma kellhiex idea. Id-djarju kien personali wisq għal Lydia u ħassitha ser tiġġennen mingħajru, kellu diversi kitbiet personali. Iva kkalma hawn irid ikun. Issa ngħinek tfittxu. Dak importanti għalija, għadek ma tafx kemm. Lilly u Lydia komplew ifittxuh, iżda dan id-djarju ma kien għand ħadd ħlief Alvio. Dak il-ħin Alvio kien liebes ta’ mara filwaqt li jpejjep sigarett. Kien qed tieħu ftit pawża qasira fi sqaq mudlam waqt li jqalleb u jaqra d-djarju ta’ Lydia. Minn warajh joħroġ raġel jgħajjatlu għax kien imissu hu. Alvio jarmi s-sigarett, idaħħal iddjarju u jimxi ġewwa. Mhux Lydia biss ma setgħetx issib l-affarijiet mitlufa f’dak il-lejl! Iris kienet qed tfittex l-arloġġ ta’ Oscar. Ma setgħet issibu b’xejn. Għalxejn it-talb għal Sant’Antnin! Iżda mbagħad ftakret fil-konversazzjoni li kellha ma’ Angela u ntebħet li setgħet kienet hi l-moħħ wara l-għibien tal-arloġġ prezzjuż. Ħalfet li tpattihielha. L-arloġġ kien sigur f’id Oscar li dak il-ħin kien qiegħed ipenġi żewġ namrati li kienu f’xulxin il-Barrakka ta’ Fuq. Beda jimmaġina lilu mgħannaq ma’ Angela, filwaqt li qalleb ftit il-ktieb sabiex jerġa’ jara t-tbissima tat-tfajla ta’ qalbu. Angela dak il-ħin kienet fis-sodda ma’ klijent rieqed ħdejha, tħares fil-post fejn Oscar kien qed ipenġiha proprju l-ġurnata ta’ qabel. Nenu biss kien kuntent dak il-lejl! Kuntent għax kellu l-moxt ta’ Stella u seta’ jkompli jxommu u jammira r-riħa tagħha. Mill-banda l-oħra Poly marret quddiem l-inkwatru tar-raġel tagħha li kien ħalliena. Għidli x’ser nagħmel bih dan is-salib. X’se nagħmel? Għala ħallejtni waħdi daqshekk kmieni, għala? Minkejja li kienu ilu li ħalliena, kienet għadha tħobbu immens u kien għalhekk li ma setgħetx tibni relazzjoni ġdida ma’ Reno. Luċija kienet għadha mqajma wkoll! Kienet qiegħda fuq tavolina żgħira b’lampa tnemnem tikteb ittra filwaqt li Wiġi jonħor. Ma nafux lil min kienet qed tikteb l-ittra, imma kulma nafu s’issa hi li kitbet ‘Għażiż’. Tgħid għandha x’taqsam mal-iskoperta li kienet għamlet dik il-ġurnata?
Ritratti: Albert Camilleri FABIAN U SARAH
Jiżżewġu minkejja l-mewġ kontrihom u l-qtigħ il-qalb
Sa Frar tal-2020 li jiżżewwġu l-koppji kienet xi ħaġa normali. Lanqas kien ikun hawn ġurnata fost il-weekend li xi mkien f’Malta ma jkunx hawn tieġ. Kulħadd jippjana għat-tieġ minn sentejn għal tliet snin qabel, avolja kien ikun hemm għarajjes li jippjanawh f’inqas. Xħin faqqgħet il-pandemija, it-tiġijiet kollha kellhom jiġu posposti. Dawk id-deposits u l-pjanijiet kollha li kienu għamlu l-għarajjes itiru mar-riħ. Kont tisma’ b’tieġ rari ħafna u meta kien jiġri dawn kienu jkunu qed jiċċelebraw il-quddiesa biss u f’numru limitat.
Min kellu jiżżewweġ dan is-sajf, fil-pandemija, kellu jmexxi joħroġ ċertifikat ta’ kemm jistgħu jistiednu nies. Jekk t-tieġ għas-sena d-dieħla. Imma kien hemm min baqa’ stiednu aktar, iridu ovvjament inaqqsu mil-lista talpersistenti u żamm id-data. Meta l-figuri bdew jerġgħu mistednin. Dan apparti li l-għarajjes ikollhom jagħmlu jogħlew, l-għarajjes kellhom problema oħra. L-awtoritajiet spejjeż addizzjonali biex jimxu mar-regoli. Hemm min bdew jimponu miżuri ġodda fosthom; jordna mwejjed apposta kbar biex iħeġġu lin-nies • Fit-tieġ ma tistax toqgħod tkellem lil ħafna nies, trid tagħżel joqogħdu magħhom, iżidu l-waiters ħalli jlaħħqu madgrupp ta’ għaxar persuni u jekk tista’ toqgħod miegħu. domanda, etċ... Imma dan kollu xorta ma qatax qalb • Qabel tidħol fis-sala tittieħed it-temperatura, jagħmlulek isFabian u Sarah! sanitizer u jeħdulek ismek minħabba l-contact tracing. • Fis-sala, il-waiters kollha jridu jilbsu l-maskra, il-bar ikun Kien imiss li jingħaqad fis-sagrament taż-żwieġ, ilmagħluq u jekk jaqbdek l-għatx trid tordna mal-waiters ġurnalist u eks kap tal-aħbarijiet, Fabian Demicoli. Fabian stess. għamel xi żmien jaħdem bħala ġurnalist mat-tim ta’ • Ġeneralment l-għarajjes jagħmlu diskors qabel it-tieġ biex Xarabank, wara ngħaqad ma’ Media link bħala kap taljirringrazzjaw lin-nies li jkunu ġew. Fid-diskors irid jingħad li aħbarijiet u mbagħad bħala kap tal-programmi. m’hemmx tgħanniq u bews! Fabian iltaqa’ mal-maħbuba tiegħu Sarah erba’ snin ilu. Dawk kienu xi ftit mir-restrizzjonijiet li tara b’għajnejk. Iżda F’dawn l-erba’ snin żaru ħafna pajjiżi flimkien, fosthom qabel, l-għarajjes iridu jagħmlu risk assessment fis-sala. Wara, marru l-Afrika sabiex jagħmlu esperjenza ta’ volontarjat
mal-grupp Mzungu Mission. Mill-programm tat-Tanżanija li kien għamel mat-tim ta’ Xarabank, Fabian ma waqafx imur il-missjoni. Sena wara sena jagħmel mezz sabiex jgħin lil dawk inqas ixxurtjati. Għall-bidu Sarah kienet ftit xettika għandhiex tmur il-missjoni mal-maħbub tagħha, iżda tlett ijiem qabel siefru, xtrat il-biljetti tal-ajru u ma jiddispjaċihiex.
Bħalma ma ddispjaċihiex meta marru flimkien it-Tajlandja u Singapore. Hemmhekk Sarah żgur ma tinsiex meta Fabian jgħidilha li kien qata’ l-biljetti biex tmur tara kunċert ta’ Andre Rieu. Kien jaf kemm jogħġobha dan il-vjolinist internazzjonali. Xtaqet ħafna tattendi kunċert tiegħu u Fabian sab kunċert l-Awstralja fid-dati li kienu msifrin. Ajruplan minn Singapore għall-Awstralja u rħewlha għal dan il-kunċert memorabbli. Iżda s-sorpriża kienet għadha ġejja! Fabian kien ftiehem mal-organizzaturi li kien ser jagħmel xi ħaġa speċjali. Waqt l-intervall, quddiem sala nies, niżel għarkupptejh u propona lil Sarah biex tkun martu. Sintendi Sarah, ħamra nar, aċċettat u minn hemm bdew it-tħejjija għaż-żwieġ.
Flimkien għażlu t-8 t’Awwissu! Jibda joqrob iż-żmien u f’Malta tfeġġ il-pandemija. Jingħalaq l-ajruport u t-tiġijiet tħassru. Fabian b’determinazzjoni kien jgħid lil Sarah biex iħallu kollox kif inhu. Meta kulħadd kien qed jissuġġerixxi lil Fabian biex iċaqlaq it-tieġ, hu baqa’ persistenti. Jasal id-19 t’April, Fabian dakinhar kellu jagħmel il-bachelor’s party! Ma’ sħabu s-subien kien ser isiefer iżda dan ma kellux ikun. Determinat u dejjem bi tbissima fuq wiċċu, Fabian imur l-ajruport xorta bil-bagalja u bit-tarka “bachelor to be” sabiex jieħu ritratt u jżommu b’tifkira. Il-pandemija f’Malta tibda tbatti, Fabian hawn kien ħa ftit tar-ruħ u komplew normali bil-preparamenti. Iżda il-każijiet bdew jitilgħu u ġimgħa biss qabel it-tieġ ta’ Fabian u Sarah, il-Prim Ministru u s-Supretendent tas-saħħa ħabbru r-restrizzjonijiet.
Ġimgħa ta’ tensjoni għal din il-koppja fejn bkew, stressjaw, ippanikjaw u bidlu l-affarijiet sabiex jagħmlu x-xewqa tagħhom realtà. Imbeżżgħin għal li seta’ jinqala’ iżjed, Fabian bakkar għall-Knisja dakinhar tat-8 t’Awwissu. Kien ftit stressjat imma b’tiċrita ta’ daħka fuq fommu. Iċ-ċerimonja seħħet fil-Knisja tal-Madonna tal-Karmnu, l-Belt, fejn attendew il-familjari u ħbieb tal-koppja. Xħin daħlet Sarah mill-bieb prinċipali, għajnejn Fabian imtlew bid-dmugħ. “Xħin rajt lil Sarah għedt li fl-aħħar wasalna, għax b’dak kollu li ġara f’dawn l-aħħar ġimagħtejn kont imwerwer, imma rnexxielna.”Hekk qalilna Fabian f’intervista qasira li għamilnielu dakinhar. Xħin spiċċat il-quddies qalilna, “Irnexxielna, issa qed inħossni li straħt u kuntent”. Sarah, li hi ftit mistħija, ħadnielha kumment xorta, skoprejna li kienet qed taqta’ ftit qalbha, “Iva, jien għalija ċaqlaqt it-tieġ imma mnalla għamilnieh”.
Forsi vera ħassru xi avvenimenti u kellhom jaddattaw għall-affarijiet minħabba l-Covid-19, iżda din l-istorja mhu ser jinsewha qatt. Għażlu li jiżżewġu f’Forti Sant’Iermu, fortifikazzjoni importanti u b’saħħitha ħafna, l-istess bħall-imħabba tbaqbaq li għandhom għal xulxin. Flok l-Amerika għall-qamar il-għasel marru Għawdex fejn gawdew lil xulxin, u wara t-tnejn bdew jaddattaw għall-ħajja ġdida, issa dik miżżewġa flimkien. F’isem Gwida nawguraw l-isbaħ xewqat lil din il-koppja, u jalla jkomplu flimkien ikunu pożittivi tul il-ħajja miżżewġa tagħhom.
Ingredjenti
Għall-crumb
P 4 imgħaref coconut P 2 imgħaref pistaċċi
Għall-mili
P 2 avokados P 2 imgħaref zokkor fin P qoxra ta’ 2 luminċell u ta’ lumija P meraq ta’ 2 luminċell P 400ml xarba tal-lewż organiku P 3 imgħaref żerriegħa taċ-chia P 300g jogurt tas-soja tal-vanilla P lampuni friski P Se jkollok bżonn ukoll 4 vażetti
VAŻETTI TAL-AVOKADO U ŻERRIEGĦA TAĊCHIA BIL-COCONUT U PISTAĊĊI RiĊetta ta’ Manuel Xuereb
Direzzjoni
Ibda din ir-riċetta billi tfarrak il-pistaċċi u l-coconut flimkien. Poġġi mgħarfa nofs din it-taħlita fil-bażi tal-vażetti tiegħek. Erfa’ l-frak li jifdal. Sussegwentament, poġġi l-avokado, iz-zokkor, il-qoxra taċ-ċitru u l-meraq fil-processor u ħawwad flimkien. Imbagħad żid il-ħalib tal-lewż, il-jogurt talvanilla u ż-żerriegħa taċ-chia u erġa’ ħawwad flimkien biex tgħaqqad. Ferra’ nofs din it-taħlita fil-vażetti fuq il-frak u nofs il-lampuni friski. Irrepeti l-proċess bl-ingredjenti li fadal. Poġġi fil-friġġ għal mill-inqas 3 sigħat. Meta tkun lest biex isservi d-deżerti, żejjen l-uċuħ bil-lampuni li jifdal.
Ingredjenti
P għaġin qasir mgħolli P ħass imqatta’ f’biċċiet żgħar P tadam imqatta’ flieli P tonn taż-żejt P basal P bajda iebsa P tursin P bżar ikkulurit imqatta’ P ħjar imqatta’ P kappar P żejt taż-żebbuġa jekk jista’ jkun extra virgin P tursin P bajd iebes imqatta’ flieli INSALATA MĦAWRA RiĊetta ta’ Anton B Dougall
Direzzjoni
1. Għalli l-għaġin, qattar u kessaħ. Poġġih ġo bieqja. 2. Miegħu żid il-ħass, it-tadam, tonn taż-żejt, il-bżar, ħjar, kappar, bżar u melħ.
Ħawwad tajjeb. 3. Żid iż-żejt. Erġa’ ħawwad mingħajr ma tgħaffeġ. 4. Żejjen bit-tursin u l-flieli tal-bajd iebes.
Riċetta oħra: Insalata bil-ħaxix mixwi Dan huwa metodu sabiħ u differenti kif tipprepara u sservi l-insalata mixwija. Jekk trid tista’ sserviha wkoll bħala antipasto mħawra bi ftit żejt taż-żebbuġa u ħall balsamiko, tursin u tewm imqatta’ rqiq. Il-ħaxix li trid tuża għal din l-insalata għandu jkun: qarabagħli mit-twil, brunġiel, bżar ikkulurit u nofsijiet tat-tadam. Il-ħaxix kollu jrid ikun imqatta’ fi slices ftit jew wisq ħoxnin. L-ewwel li trid tagħmel hu li taħsel u tixxotta tajjeb il-ħaxix kollu u wara ixwi fuq il-barbeque jew grilja. Importanti li ma tħallihomx isiru ħafna.
IŻ-ŻODJAKU MA’ PAULJON Tagħrif dwar l-istilla Virgo u l-istilla l-ġdida! verament kien il-format tal-oroskopju. Dan juri biċ-ċar li
Ix-xahar ta’ Settembru jlaqqagħna ma’ żewġ żodjaki ferm interessanti, iż-żodjaku ta’ Virgo u żodjaku ta’ Libra. Virgo (♍) ġej mil-lingwa Griega (Παρθένος, Parthenos). Virgo huwa l-unika żodjaku li hemm il-persuna femminili kompluta, magħrufa wkoll bħala ‘Reġina tal-ismewwiet’, kif ukoll fil-mitoloġija Griega hija magħrufa bħala ‘Great Goddess’ li tgħaqqad il-verġinità, il-puritizza, il-fertililtà u li toffri ħafna aspirazzjoni lill-bdiewa speċjalment meta jkun il-bidu ta’ xi staġun partikolari.
Virgo jaqa’ taħt l-element ta’ ‘Earth Sign’ li jiġbor fih ukoll li ż-żodjaki ta’ Taurus u dak ta’ Capricorn. Bejn dawn it-tlieta hemm kombinazzjoni tajba ħafna! Virgo jgħaqqad l-istaġun tas-sajf ma’ dak tal-ħarifa. Fit-2 ta’ Settembru għaż-żodjaku Virgo jibda l-qamar kwinta minħabba li huwa ż-żmien li l-bdiewa jibdew jiżirgħu diversi prodotti ta’ ħxejjex, frott u diversi prodotti. Fis-17 ta’ Settembru jibda dak li jissejjaħ New Moon li barra li jkun qed joffri tama ġdida li dawk li jaqgħu taħt dan iż-żodjaku, jikkombina diversi aspetti oħra fosthom aspirazzjoni ta’ motivazzjoni ġdida.
Fatt interessanti dwar Virgo: Dawn huma persuni bieżla ħafna, leali lejn il-parti li tkun fil-ħajja tagħhom, ġenerużi ħafna, iħobbu n-natura u l-annimali, u jħobbu ħafna l-qari. Imbagħad idejjaqhom ħafna l-egoiżmu, min ma jkunx organizzat, min juri mġiba ħażina. Tajjeb nerġa’ nfakkar li kull żodjaku jinqasam fi tliet partijiet – ara l-artiklu li ppubblikajna fl-edizzjoni ta’ Awwissu. L-aktar jum ideali għaż-żodjaku ta’ Virgo huwa dak tal-Erbgħa, waqt li għandek tevita s-Sibt. Ix-xahar ideali għalik huwa Jannar, iżda evita dak ta’ Marzu. Virgo huma magħrufin li jservu ta’ pont u huma avventurużi f’ċertu aspetti.
Ħafna nies bagħtuli dwar jekk iż-żodjaku issa ser
tant ilna nsegwu bi tnax-il żodjaku jista’ jibdel il-format tiegħu. F’dawn l-aħħar snin in-NASA (Aġenzija Spazjali Amerikana) dejjem pruvat b’xi mod toħloq tibdil fil-format tal-kalendarju żodjaku! Fis-sena 2016, in-NASA bdiet twassal sensiela ta’ informazzjoni dwar dan wara li skopriet manuskritt meħud minn kitbiet li kienu nkitbu aktar minn 3,000 sena ilu dwar kif l-oroskopju huwa verament ibbażat! Manuskritt li jeħodna lura għal 3,000 sena ilu fiż-żmien il-ħakma ta’ Babilonja. L-astroloġisti ta’ dik l-epoka juru kif ikunx bi tlettax. Iva, hemm possibiltà li l-oroskopju li
ma kienx ibbażat fuq 12-il żodjaku iżda minn 13-il żodjaku! Bħalissa għaddejja din l-ispekulazzjoni jekk l-oroskopju preżenti jinbidilx jew le. Dan id-dokument juri li ż-żodjaku Ophiuchus ġie moħbi sabiex il-kalendarju żodjaku jaqbel ma’ dak tax-xhur. Iżda fejn ser jitpoġġa? Skont il-kalkoli tal-astroloġija dan sab postu wara Scorpio! B’hekk issa Scorpio ser jitlef il-perjodu ta’ 4 ġimgħat li kull żodjaku għandu u jispiċċa b’ġimgħa waħda sabiex Ophiuchus tieħu postha għal 3 ġimgħat. Dan ifisser li ż-żodjaki kollha ser jinbidlu!