12 minute read
Min qatel lill-Għarusa? Intervista ma’ 3 atturi minn din is-serje
Min qatel lill-għarusa?
L-istorja ta’ L-Għarusa hija mibnija fuq diversi karattri ħelwin. Apparti l-atturi priniċpali li kellimniehom kemm-il darba, hemm dawk sekondarji li għamlu impatt kbir mal-udjenza. Għażilna li nkellmu liz-ziju ta’ Bettina, Fenech Lauri u Bernard.
Advertisement
L-attur Ludwig Farrugia li jagħmel il-parti taz-zio Amadeio qalilna li...“Ħadt pjaċir ħafna naħdem dan il-karattru għal raġunijiet varji. Il-fatt li huwa tabib imma illeġittimu fil-familja, tani opportunita biex nilgħab bil-karattru. Bejn serju u bejn kemxejn korrott, għax kien jaf li ma kellu xejn tiegħu fil-familja u ma kien ser jiret xejn, speċjalment minħabba Bettina. Kien karattru li bħala attur stajt niżvolġi f’xi ħaġa unika.” Iz-zio Amedio mdaħħal mhux ftit fil-kobba mħabbla ta’ din l-istorja. Amadeio nafu kemm għen lil Bettina sabiex tiżżewweġ bil-moħbi lil Diego. Bettina issa qed terġa’ tafdah wara li skopriet li meta kienet għadha lanqas biss twieldet kien kiteb f’kuntratt li kienet tarbija illeġittima. Amadeio bħalissa qed jara kif jista’ jħarrab lil Diego u Bettina. Iżda ser jirnexxilu jagħmel dan? Ma ninsewx li Amadeio kien tabib u kien hu li żamm il-libsa tat-tieġ ta’ Bettina. Tgħid kellu x’jaħbi?
Daniel Attard Portughes fuq il-karattru tiegħu ta’ Fenech Lauri qalilna, “Li tilgħab il-parti ta’ investigatur f’din id-drama kienet esperjenza tal-ġenn. F’ħafna mumenti dhert bħala persuna mkabbra u maqtugħ mill-bqija tal-karattri l-oħra. Imma fil-verità l-karattru tiegħi għandu ħajja pjuttost taddwejjaq. Il-fatt li mititlu martu, u għandu t-tifel b’diżabilità tagħmlu persuna li jinqata’ għalih waħdu u mdejjaq. Ħadt gost naħdem dan il-karattru anke għall-fatt li fl-aħħar kulħadd skopra li dan għandu qalb. Ċertament jgħożż lil ibnu u anke meta waqqfuh mill-każ, kompla jippersisti biex isolvi l-każ ta’ Bettina.” Lil Fenech Lauri ħallejnieh fil-punt meta skopra li jsib l-ispettur Abela taħt l-art għax kien qaflu fil-kantina Arturo (missier Bettina). Bl-għajnuna ta’ ibnu stess tgħid Fenech Lauri ser jirnexxilu jsolvi dan il-każ?
Għal Reuben Micallef din kienet l-ewwel esperjenza. “Bernard huwa karattru b’ karatteristiċi differenti minn ta’ ħuh. Bniedem b’xejra artistika tkun pittura jew mużika. Jogħġobni l-fatt li jaf iħobb anke jekk fl-istess ħin, iħossu skomdu ma’ ħuh,” jgħidilna fl-intervista. Bernard huwa ħu l-għarus ta’ Amelia (il-kuġina ta’ Bettina). Minkejja li Amelia titgħarras ma’ Agostino, din tibda tiffansja lil ħuh. Bernard jispiċċa jsiefer biex ikun ’il bogħod minn Amelia għax ommu ma ħallitux jersaq lejha. Fl-episodji l-ġodda ser naraw aktar fuq din ilkoppja issa li nafu li Bernard ġie lura mill-Italja proprju għal Amelia.
X’jgħidulhom in-nies lill-atturi? Ludwig qalilna li peress li jaħdem fil-proprjetà jiltaqa’ ma’ ħafna nies differenti.
“Kull meta mmur nara post, 9 minn għaxra jsaqsuni l-mistoqsijiet fuq l-episodji. Imma l-aktar mistoqsija komuni... int qtiltha l-għarusa?”. L-istess għal Daniel, qalilna “kull fejn immur, dejjem ser issib lil xi ħadd li jgħidli ‘Min qatel lil Bettina?’ imbagħad tfaqqa’ konversazzjoni sħiħa. Għalkemm ta’ sikwit inkun f’ħarba nsibha vera xi ħaġa sabiħa li n-nies jwaqqfuni u jgħiduli proset taddrama. Hu bis-saħħa tat-telespettaturi li aħna l-atturi nagħmlu suċċess.” Daniel kien ukoll il-moħħ wara diversi props li kienu jidhru fis-sett. Reuben qalilna li peress li din kienet l-ewwel esperjenza bħala attur, “Xi ħaġa ġdida għalija li jwaqqfuni n-nies,” u l-istess isaqsuh fuq il-qtil ta’ Bettina.
Minn stħarriġ li għamilna fuq Gwida.mt, staqsejna lin-nies min taħsbu minn dawn hu s-suspettat ewlieni fil-qtil tal-għarusa. Minn 2,500 vot li ġie rreġistrat fuq gwida.mt ħafna jemmnu li Tonin huwa dak li hu responsabbli, bi 33% jivvutaw lilu. Ngħiduha kif inhi, Tonin dejjem kien iħobb lil Bettina. Nafu kemm kien jgħir għaliha u ma felaħx jaraha tiżżewweġ lil ħaddieħor. Wara Tonin insibu lil Arturo bħala suspettat. Jista’ jkun involut fil-każ ta’ bintu stess għax qabel mietet, it-tifla ż-żgħira rat lil Arturo jagħti daqqa ta’ ħarta lil Bettina dakinhar tat-tieġ. Arturo jidher li qed jaħbi xi ħaġa fil-passaġġi ta’ taħt l-art minħabba li qafel l-ispettur Abela. Iżda x’qed jaħbi eżatt?
L-istorja ta’ L-Għarusa – X’ġara pass pass...
1930 s
Bettina titgħarras ma’ Bert. Ġitani jaslu Malta. Bettina u Amelia jmorru ċ-ċirklu. Jinħaraq iċ-ċirklu minn Septa. Il-ġitani joqogħdu f’Casa Gauci Fontana. Diego jibda jittanta lil Bettina. Septa tibda tittanta lil Bert u tmur miegħu. Is-sinjura titlef il-misluta u twaħħal fil-ġitani b’konsegwenza li jkollhom jitilqu mill-palazz. Is-sinjura tinduna li l-misluta kienet tilfitha u mhux serquhielha imma jkun tard wisq Bettina tkompli tiltaqa’ bil-moħbi ma’ Diego. Iz-zio Amadeio jsib impjieg lil Diego u jlaqqagħhom flimkien. Bettina tiskopri li z-zio Amadeio għandu interess li jgħinha biex jieħu l-wirt tagħha. Meta kienet għadha ma twellditx kien iffalsifika xi dokumenti biex tagħmel lil Bettina, tifla illeġittima. Bettina u Diego jiżżewġu bil-moħbi. Jiġi organizzat ballu bil-maskra fid-dar Gauci Fontana. Diego u Bettina jinqabdu fis-sodda flimkien minn Arturo. Bettina tgħid lil missierha li kienet miżżewġa. Arturo ma jkunx irid jaf bit-tifla tiegħu u jsakkarha ġewwa. Jaslu l-kuġini minn Sqallija. Bettina toħroġ dawra sal-Belt mal-kuġini biex tiltaqa’ ma’ Diego bil-moħbi. Amelia tinduna li ħarġu mingħajrha u minflok toħroġ ma’ Bert. Amelia tispiċċa tieħu kastig miz-ziju Arturo u tikteb nota lil Bettina li kienet għand is-sorijiet. Bettina ssib post biex Amelia tkun tista’ toqgħod ’il bogħod mis-sorijiet. Kien hawn li bdiet tiltaqa’ bil-moħbi ma’ Enrico. Bettina u Diego jkollhom jannullaw iż-żwieġ għax hekk ried Arturo Diego jeħodha bi kbira ħafna iżda jibqa’ jħobbha. Bettina tkompli tħejji l-libsa għat-tieġ iżda kif iridu l-ommijiet! Il-kuġini jitilqu mid-dar u jħallu lil Amelia b’qalbha sewda.
2018
Tonin jistaqsi lil Bettina biex meta tiżżewweġ jiġi magħha bħala servitù. Bert jaċċetta l-proposta. Bettina tinqatel u t-tieġ jitħassar. Tibda l-investigazzjoni mis-supretendent Fenech Lauri. Il-ġisem ta’ Bettina jidfnuh mill-ewwel u ma jħallux lill-Pulizija jeżaminawha. Fenech Lauri jkollu aċċess għallġisem li issa kien wasal fi stat qawwi ta’ dekompożizzjoni. Lukrezia tmur tfittex it-tifel li kellha meta kienet stuprata meta kienet żagħżugħa għax tħoss in-nuqqas ta’ Bettina. F’Casa Gauci Fontana jidħol Kalċidon it-tifel ta’ Lukrezia iżda dan ikun qed jilgħabha. Il-qassis isib għarus lil Amelia issa li hi l-eredi. Amelia jibda jogħġobha ħu l-għarus tagħha, Bernard. Kalċidon jittanta lil Amelia. Amelia tagħti bewsa lil Bernard għax ikun salvaha minn Kalċidon wara li dan jipprova jistupraha. Bernard imur jgħid kollox lil Arturo iżda Amelia tinnega kollox. Liberat taqbad lil Kalċidon jisraq u tgħid kollox lil Arturo. Arturo jissuspetta ħażin u jkun irrid ikkeċċih. Amelia jiddispjaċieha fuq Bernard u titolbu skuża. Bernard jinduna li sar iħobb lil Amelia u jmur jgħid lil ommu. Omm Bernard tibagħtu Ruma jistudja biex ikun ’il bogħod minn Amelia. Amelia torganizza festin f’għeluq sninha u ssir taf li Bernard ser jitlaq għal dejjem. L-ispettur Abela jinduna li hemm il-passaġġi taħt l-art u jżur lil Arturo. Arturo jniżżel lil Abela taħt l-art u jfajjarlu daqqa ta’ ponn. Iħallih tal-post. Tonin iniżżilu l-ikel iżda ma jgħinux! Fenech Lauri jsib lil Abela taħt l-art u jagħmlu pjan kif ser isalvah. Abela jgħid b’kollox lil Fenech Lauri bis-sehem ta’ Tonin u Arturo. Amelia ssir taf li hi u Diego huma fil-fatt aħwa minn missierhom. Diego narawh qed jikkomunika ma’ Amelia permezz ta’ ittra. II-mużew jibda juri l-libsa tal-għarusa u jinħoloq interess kbir. Fil-libsa jinsab li hemm messaġġ miktub u tibda l-investigazzjoni.
JUSTIN U STEVEN Il-produtturi tad-drama L-Għarusa
Sibtuha diffiċli waqt il-Covid-19 tiffilmjaw?
Justin: Ma kinitx faċli, ibda biex bħall-atturi, aħna bdejna nibżgħu għalina nfusna. Bżajna illi b’xi mod jew ieħor nistgħu nħossuna ħatjin talli trażmettejna xi ħaġa. Ħafna mill-atturi f’ L-Għarusa huma għalliema, hemm atturi li ġejjin minn xogħlijiet li jirrikjedu li jiltaqgħu ma’ ħafna nies. Iddeċidejna li nwaqqfu kollox kważi malli tħabbret. Steven: Jaħasra kien fadal biss ġimagħtejn filming imma kellna nieqfu. Justin: Xħin wasalna biex nibdew kellna nagħmlu kollox skont ir-regoli li l-awtoritajiet ħarġu. Kulħadd qagħad attent u rrispettajna d-distanza soċjali kif stajna. Anke biex niffilmjaw, il-homework isir qabel u żammejna l-atturi fi gruppi żgħar u ’l bogħod minn xulxin. Steven: Kellna xena minnhom ġo kappella, ħriġnieha millkappella u għamilnieha barra. In-nies ferrixniehom kif hemm bżonn. Kien hemm xena li kien hemm bżonn tgħanniqa li neħħejnieha. Meta n-nies ser jaraw tgħanniq dak ikun sar qabel il-pandemija, għax l-aħħar tliet episodji konna diġà bdejna niffilmjawhom. Kien fadlilna 50 xena, imma f’ġimagħtejn kienu jkunu lesti.
Kellkom xi xena kbira li n-nies għandhom jistennew f’dawn l-episodji li jmiss?
Justin: Kellna żewġ show-downs interessanti ħafna. Li nista’ ngħidilhom li jinvolvu tnejn mill-atturi l-aktar favoriti tagħhom! Fit-tieni staġun ta’ L-Għarusa, rajna ħafna xeni kbar; tal-bajja, tal-ferrovija... Fil-bajja kien hemm nies jew kienet vojta? Justin: L-ewwel pass li konna għamilna, apparti li ġibna permess biex niffilmjaw il-bajja, kien li mmorru qabel jibdew ġejjin ħafna nies. Is-shots li ridna nieħdu daqsxejn mill-bogħod ħalli l-bajja tidher vojta ħadniehom filgħodu kmieni. Xħin lestejna minn dawk ix-xeni bdew ġejjin in-nies bl-umbrelel, tfal jgħajtu, lilos... Sa nofsinhar fejn kien għad fadal ħafna ammont xi jsir, jekk kont tħares lejn ix-xellug u lejn il-lemin kont tara biżibilju nies. Tant kienu mimlijin il-bajjiet li kellna xorti ħdimna kif ħdimna. Steven: Kienet waħda mill-isbaħ esperjenzi u r-Riviera Martinique hija l-isbaħ bajja f’Malta. Il-post offrielna l-ispazju għal żewġ xeni oħra li kien jirrikjedi dak l-episodju. Fejn rajna lil Diego u Sinclair qed jittawlu ’l isfel u fejn Bettina u Tonin marru jgħumu bil-moħbi. Kienu 3 ijiem ta’ filming intensivi ħafna.
U l-ferrovija ser naraw xi xeni fuqha?
Steven: Il-ferrovija spiċċat! Kienet maġija għalina għax filli m’għandek xejn u filli minn ċerti angoli ħloqt stazzjon bin-nies. Justin: Meta tara xena magħquda b’ ammont ta’ props, nies fil-kostum u l-location li hija suġġett
għal dak li għandek bżonn, u tibda temmen li qed tara hu reali hemm tħoss il-maġija tal-film making. Ħassejna daqslikieku qed naraw ferrovija taħdem. Meta għażilna dak il-post, kellna f’moħħna l-fatt li tixbah post famuż ħafna l-Belt fejn kienet tidħol il-ferrovija, li kien il-Yellow Garage. Fil-memorja tan-nies u kull min ra xi ritratt relatat mal-ferrovija l-Belt, seta’ jaħseb li konna qegħdin hemm. Steven: Ftit nies li għadhom ħajjin jiftakru l-ferrovija vera. Ħafna nies jiftakruha mir-ritratti. Anke l-ferrovija minn barra aħna ħdimnieha minn ritratti li sibna. Justin: Dan kollu seħħ minn botta. Fid-drama tagħna ħdimna mill-qrib ma’ Audrey. Meta ftaħna l-iskript u sibna ċirklu miktub bdejna nħokku rasna. Mhux kemm tgħid tagħmilha l-ħaġa. Qatt ma ċaħħadna lil Audrey milli toħlom, toħloq imbagħad aħna naraw kif ser nivvintaw u nsolvu l-problemi. Fil-każ tal-ferrovija bdiet b’mod ħelu. Fuq żball spiċċa nbena sett sħiħ. Sibt ritratt minn film fejn il-vagun ġabuha minn ġewwa biss, litteralment kemm ipoġġi bniedem u tieqa. Ix-shot kien meħud millġenb u mill-quddiem. Kont qed nitkellem ma’ Steven u wrejtu kemm tkun sempliċi li kieku kellna ndaħħlu trejn. Għoġbitna l-idea u konna ħa nidħlu għaliha. Kif bgħatnieha għand Audrey u Steven qabad ikellem lil Daniel biex jibda l-bini tal-vagun; fl-aħħar sibt ferrovija mibnija sħiħa. Jien kulma xtaqt kwart ta’ vagun, imma minn kwart spiċċajna biċ-ċumnija tal-ferrovija, il-vagun sħiħ, kienet sorpriża anke għalija. Steven: Għamilna l-vagun minn quddiem biċ-ċumnija, u mbagħad komplejna l-vaguni. Lil Audrey bdejna ngħidulha biex tikteb iktar għax kellna ċumnija sħiħa lesta. Ħasra għal xena waħda biss. Insomma għamilna ferrovija bittapizzata u b’kollox.
Għat-telespettatur kienet qisha timemachine reali u interessanti. Naħseb li dan li jagħmel iddifferenza bejn L-Għarusa u Strada Stretta’. Din kienet aktar diffiċli?
Steven: Aktar diffiċli! Aħna tajna l-mija fil-mija fi Strada Stretta imma f’din id-drama kellna ħafna aktar settijiet. Justin: Anke l-kostumi kienet aktar diffiċli li ssibhom għax konna fis-snin 30. Il-postijiet b’differenza minn Strada Stretta, irid ikollhom ħafna inqas teknoloġija. Karozzi wkoll mill-inqas għax dak iż-żmien żgur ma tantx kien ikun hemm karozzi. Il-kmamar li trid issib, trid tara li dawn mill-inqas inbidlu. Għalhekk għamlithielna ftit aktar diffiċli. Kien hemm settijiet li kellna noħolquhom. Ħafna nies ma indunawx, imma l-uffiċċju ta’ Fenech Lauri ġejna mitluba nersqu minn fejn konna qed niffilmjaw. Aħna kellna nibnu mill-ġdid dak is-sett xi mkien ieħor. Sibna kamra li kienet daqsxejn imdaqqsa, ħloqna żewġ ħitan tal-gypsum li għamilniehom daqslikieku antiki. Erġajna bnejna l-uffiċċju f’post ieħor bl-istess bieb, l-istess twieqi u l-istess forma. Għallbidu ħadna qatgħa, imbagħad penġejnieha fuq karta u rnexxielna. Steven: Dawn huma intoppi normali li jiġrilek fil-filming. Meta erġajna bnejnieh għamilnieh l-istess imma għallvantaġġ tagħna sabiex naħdmu aktar sew.
Intom bdejtu flimkien bħala żewġ atturi, diretturi fis-serje Gizelle. Kif iltqajtu?
Steven: Iltqajna dak iż-żmien meta konna naħdmu ma’ 4people u bdejna nedittjaw u eventwalment
nidderieġu. Wara spiċċajna kellna parti ta’ aħwa u għadhom sal-lum jaħsbu li veru aħna aħwa. Ġieli anke jbiddlu isimna, allura meta jgħajtu Justin inħares xorta għax inkun naf li qed jirreferu għalija. Justin: Niftakar lil Abigail u Carlos kienu ġew fuqna u qalulna jaf għandna parti għalikom. Jien ma tantx inħobb nirreċta, inħossni aktar komdu nirrakkonta l-istorja minn wara l-kamera. Imma kienet esperjenza li xtaqt nipprova wkoll. Int diffiċli tidderieġi l-attur mingħajr ma tkun taf x’inhu għaddej minn moħħu. Kienet l-iktar esperjenza li għenitni nifhem it-tbatijiet li qed iħoss l-attur. Saret għalija aktar faċli biex infiehem xi ħaġa. Ilna issa ħmistax-il sena nidderieġu d-drama tista’ tgħid bla waqfien. Perjodi żgħar li waqafna. Steven: Għenet anke l-ħbiberija tagħna l-fatt li kellna parti flimkien. Kienet dik li għaqqditna flimkien bħala żewġ kollegi. Ma konniex l-aktar atturi bilgħaqal! Allaħares konna l-atturi tal-produzzjoni tagħna stess. Konna nidħqu l-ħin kollu u naqilgħu ċamati kemm-il darba mid-direttur. Bejnietna nikklikkjaw ħafna! Ġieli nfqajna nidħqu bix-xemx nieżla u d-direttur jgħajjat magħna biex ilesti x-xena. Justin: L-aktar ħaġa li għaqqditna kienet l-imħabba kbira li għandna lejn iċ-ċinema. Minn hemm telqet sensiela ta’ ħbiberija. Gizelle kienet esperjenza sabiħa ħafna b’kast tal-ġenn li sal-lum il-ġurnata nixtieq nerġa’ naħdem magħhom.
Steven inti tieħu pjaċir taħdem għax f’kull drama narawk.
Steven: Jien orinġinarjament ta’ 13-il sena kont bdejt itteatru u anke ħdimt it-television. Nammetti li nieħu pjaċir. Ma niħux partijiet kbar għax jew ħa tipproduċi u tidderieġi jew inkella ser toqgħod moħħok fil-karattru. Justin: Steven attur tajjeb ħafna! Hija xi ħaġa ta’ sodisfazzjon għalija għax tant ilna naħdmu flimkien li ġieli lanqas nilħaq ngħidlu nofs ta’ kelma li ma jersaqx kif irridu jien. Steven: U ħafna drabi jkolli direttur tajjeb ukoll għax jidderiġini Justin. Lil Justin noqgħodlu bilgħaqal, niġi serju u preparat. Justin: Ġieli ngħajjat tnejn miegħu ta wkoll! Imma ħafna drabi tkun bħala ċajta.
Tinsewx L-Għarusa ser ikompli bl-episodji l-ġodda fit-8, 15 u 22 ta’ Settembru biex b’hekk naqtgħu l-kurżità darba għal dejjem fuq min qatel l-għarusa! Imma tgħid mietet?