GWIDA SEPTEMBER 2020

Page 38

GWIDA SpeĊjali

Min qatel lill-għarusa? L-istorja ta’ L-Għarusa hija mibnija fuq diversi karattri ħelwin. Apparti l-atturi priniċpali li kellimniehom kemm-il darba, hemm dawk sekondarji li għamlu impatt kbir mal-udjenza. Għażilna li nkellmu liz-ziju ta’ Bettina, Fenech Lauri u Bernard. L-attur Ludwig Farrugia li jagħmel il-parti taz-zio Amadeio qalilna li...“Ħadt pjaċir ħafna naħdem dan il-karattru għal raġunijiet varji. Il-fatt li huwa tabib imma illeġittimu fil-familja, tani opportunita biex nilgħab bil-karattru. Bejn serju u bejn kemxejn korrott, għax kien jaf li ma kellu xejn tiegħu fil-familja u ma kien ser jiret xejn, speċjalment minħabba Bettina. Kien karattru li bħala attur stajt niżvolġi f’xi ħaġa unika.” Iz-zio Amedio mdaħħal mhux ftit fil-kobba mħabbla ta’ din l-istorja. Amadeio nafu kemm għen lil Bettina sabiex tiżżewweġ bil-moħbi lil Diego. Bettina issa qed terġa’ tafdah wara li skopriet li meta kienet għadha lanqas biss twieldet kien kiteb f’kuntratt li kienet tarbija illeġittima. Amadeio bħalissa qed jara kif jista’ jħarrab lil Diego u Bettina. Iżda ser jirnexxilu jagħmel dan? Ma ninsewx li Amadeio kien tabib u kien hu li żamm il-libsa tat-tieġ ta’ Bettina. Tgħid kellu x’jaħbi? Daniel Attard Portughes fuq il-karattru tiegħu ta’ Fenech Lauri qalilna, “Li tilgħab il-parti ta’ investigatur f’din id-drama kienet esperjenza tal-ġenn. F’ħafna mumenti dhert bħala persuna mkabbra u maqtugħ mill-bqija tal-karattri l-oħra. Imma fil-verità l-karattru tiegħi għandu ħajja pjuttost taddwejjaq. Il-fatt li mititlu martu, u għandu t-tifel b’diżabilità tagħmlu persuna li jinqata’ għalih waħdu u mdejjaq. Ħadt gost naħdem dan il-karattru anke għall-fatt li fl-aħħar kulħadd skopra li dan għandu qalb. Ċertament jgħożż lil ibnu u anke meta waqqfuh mill-każ, kompla jippersisti biex isolvi l-każ ta’ Bettina.” Lil Fenech Lauri ħallejnieh fil-punt meta skopra li jsib l-ispettur Abela taħt l-art għax kien qaflu fil-kantina Arturo (missier Bettina). Bl-għajnuna ta’ ibnu stess tgħid Fenech Lauri ser jirnexxilu jsolvi dan il-każ? Għal Reuben Micallef din kienet l-ewwel esperjenza. “Bernard huwa karattru b’ karatteristiċi differenti minn ta’ ħuh. Bniedem b’xejra artistika tkun pittura jew mużika. Jogħġobni l-fatt li jaf iħobb anke jekk fl-istess ħin, iħossu skomdu ma’ ħuh,” jgħidilna fl-intervista. Bernard huwa ħu l-għarus ta’ Amelia (il-kuġina ta’ Bettina). Minkejja li Amelia titgħarras ma’ Agostino, din tibda tiffansja lil ħuh. Bernard jispiċċa jsiefer biex ikun ’il bogħod minn Amelia għax ommu ma ħallitux jersaq lejha. Fl-episodji l-ġodda ser naraw aktar fuq din ilkoppja issa li nafu li Bernard ġie lura mill-Italja proprju għal Amelia. X’jgħidulhom in-nies lill-atturi? Ludwig qalilna li peress li jaħdem fil-proprjetà jiltaqa’ ma’ ħafna nies differenti. 38 GWIDA Settembru 2020

“Kull meta mmur nara post, 9 minn għaxra jsaqsuni l-mistoqsijiet fuq l-episodji. Imma l-aktar mistoqsija komuni... int qtiltha l-għarusa?”. L-istess għal Daniel, qalilna “kull fejn immur, dejjem ser issib lil xi ħadd li jgħidli ‘Min qatel lil Bettina?’ imbagħad tfaqqa’ konversazzjoni sħiħa. Għalkemm ta’ sikwit inkun f’ħarba nsibha vera xi ħaġa sabiħa li n-nies jwaqqfuni u jgħiduli proset taddrama. Hu bis-saħħa tat-telespettaturi li aħna l-atturi nagħmlu suċċess.” Daniel kien ukoll il-moħħ wara diversi props li kienu jidhru fis-sett. Reuben qalilna li peress li din kienet l-ewwel esperjenza bħala attur, “Xi ħaġa ġdida għalija li jwaqqfuni n-nies,” u l-istess isaqsuh fuq il-qtil ta’ Bettina. Minn stħarriġ li għamilna fuq Gwida.mt, staqsejna lin-nies min taħsbu minn dawn hu s-suspettat ewlieni fil-qtil tal-għarusa. Minn 2,500 vot li ġie rreġistrat fuq gwida.mt ħafna jemmnu li Tonin huwa dak li hu responsabbli, bi 33% jivvutaw lilu. Ngħiduha kif inhi, Tonin dejjem kien iħobb lil Bettina. Nafu kemm kien jgħir għaliha u ma felaħx jaraha tiżżewweġ lil ħaddieħor. Wara Tonin insibu lil Arturo bħala suspettat. Jista’ jkun involut fil-każ ta’ bintu stess għax qabel mietet, it-tifla ż-żgħira rat lil Arturo jagħti daqqa ta’ ħarta lil Bettina dakinhar tat-tieġ. Arturo jidher li qed jaħbi xi ħaġa fil-passaġġi ta’ taħt l-art minħabba li qafel l-ispettur Abela. Iżda x’qed jaħbi eżatt?


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.