GWIDA SEPTEMBER 2020

Page 47

Editorjal

IL-FOSTERING, JINTERESSAK?

Opportunitajiet ġodda lil tfal li kienu jgħixu f’sitwazzjoni ta’ riskju L-għan tal-fostering hu li t-tfal jiġu mrobbija f’ambjent ta’ familja, b’dak kollu li għandhom bżonn, sakemm il-familja bijoloġika tagħhom tkun f’qagħda aħjar biex tieħu ħsiebhom. Il-fostering jagħti wkoll opportunitajiet ġodda lil tfal li kienu jgħixu f’sitwazzjoni li setgħet kienet ta’ riskju għalihom u li jkunu għaddew minn diversi trawmi. Jagħtihom opportunità ta’ ambjent san u sigur fejn jistgħu jħejju t-triq futura tagħhom u anke jsaħħu r-relazzjoni mal-familja bijoloġika tagħhom. Kull persuna tista’ tiffosterja sakemm tkun adult, tidħol filkriterji ta’ eleġibilità, u jkollha l-abiltajiet u l-ħiliet neċessarji biex tieħu ħsieb lit-tfal. Hemm proċess biex wieħed isir foster carer. Dan jinkludi laqgħa inizjarja mal-ħaddiema soċjali fejn issir diskussjoni u jinġabru dokumenti uffiċjali tal-applikanti kif ukoll ta’ membri oħrajn li jgħixu fl-istess residenza. Wara din il-laqgħa jsir it-taħriġ għall-foster carers prospettivi, assessjar intensiv mill-ħaddiema soċjali u fl-aħħar nett issir evalwazzjoni tar-rapport mill-bord tal-fostering hekk kif rakomandat mill-ħaddiema soċjali.

Il-foster carers ikollhom kuntatt kontinwu malħaddiema soċjali li tkun qed taħdem id f’id magħhom biex jiġi mħares l-interess tat-tfal fostered. Dan il-kuntatt jista’ jikkonsisti minn telefonati, e-mails u żjajjar fir-residenza tal-foster carers. Barra mill-kuntatt mal-ħaddiema soċjali, il-foster carers jingħataw aktar appoġġ permezz ta’ taħriġ kontinwu, jingħataw l-opportunità li jitkellmu ma’ counsellor fi ħdan ilfostering tim stess jekk ikollhom bżonn aktar sapport u jibbenefikaw minn servizzi oħrajn fi ħdan l-Aġenzija, bħal terapija tal-familja. Isiru wkoll webinars għall-foster carers kollha darba fix-xahar, fejn jiġu diskussi suġġetti relatati mal-fostering. Għal aktar informazzjoni dwar il-fostering wieħed jista’ jagħmel kuntatt mat-tim billi jċempel fuq in-numru: 2295 9000, jew iżur l-Aġenzija Appoġġ f’dan l-indirizz: 36, Triq San Luqa, Gwardamanġa. Barra minn hekk wieħed jista’ jagħmel kuntatt permezz ta’ Facebook, fuq il-paġna ‘Fostering Service – Malta’.

GWIDA Settembru 2020 47


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.