6 minute read

Żjarat lid-Dar tal-Providenza10

10

Żjarat lid-Dar tal-Providenza

10. ŻJARAT LID-DAR TAL-PROVIDENZA

10.1 Żjarat mill-mexxejja tal-Pajjiż waqt il-Festa ta’ Ġenerożità

Fl-okkażjoni tal-Festa ta’ Ġenerożità nhar l-1 tas-sena kien hemm żjarat mill-President ta’ Malta, is-Sinjura Marie-Louise Coleiro Preca u s-Sur Preca, l-Onor. Dott. Chris Cardona, il-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar li rrappreżenta lill-Prim Ministru, il-Kap tal-Oppożizzjoni Dr Adrian Delia, is-Segretarju Parlamentari għadDrittijiet tal-Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva, Anthony Agius Decelis, l-Arċisqof Emeritus Mons. Pawl Cremona O.P. u l-Isqof Awżiljarju Mons. Joseph Galea Curmi. Attendew ukoll għadd ta’ ministri u membri parlamentari miż-żewġ naħat tal-Kamra tadDeputati u rappreżentanti ta’ korpi kostitwiti li qattgħu ħin iwieġbu t-telefonati tal-pubbliku.

10.2 Żjara mill-President Emeritus, l-E.T. Dott. Eddie Fenech Adami

Fl-okkażjoni ta’ għeluq sninu, bħalma jagħmel kull sena, l-E.T. Dr Eddie Fenech Adami, nhar il-Ħadd, 3 ta’ Frar attenda għall-quddiesa fid-Dar tal-Providenza akkumpanjat millfamiljari tiegħu. 10.3 Żjara mill-Ministru tal-Affarijiet Barranin u l-Ambaxxatur ta’ Malta għall-Vatikan.

Il-M inistru tal-Affarijiet Barranin, Sur Carmelo Abela ippreżenta relikwa tal-Papa Ġwanni Pawlu I, magħruf bħala Papa Luciani, lil Fr Martin Micallef, Direttur tad-Dar talProvidenza. Waħda mit-tliet vilel tad-Dar hija msemmija għall-Papa Luciani, il-Papa tat-tbissima. Din ir-relikwa hija biċċa drapp żgħira li kienet tagħmel parti mill-qalziet tiegħu u l-għotja saret possibbli bl-intervent tas-Sur Frank Zammit, l-Ambaxxatur Malti għas-Santa Sede. Il-Ministru Abela faħħar ilħidma kontinwa li l-ħaddiema u l-voluntiera jagħmlu ta’ kuljum fid-Dar tal-Providenza għax b’dan ix-xogħol tagħhom qed jagħtu tifsira vera u proprja ta’ x’inhi l-imħabba lejn il-proxxmu. Il-Ministru Abela kellu wkoll l-opportunità li jiltaqa’ ma’ xi residenti tadDar.

10.4

Gvernatur tad-Distrett 2100 tar- Rotary f’Calabria u Campania

Is-Sur Salvatore Lovieno, Gvernatur tadDistrett 2100 tar-Rotary f ’Calabria u Campania fl-Italja żar id-Dar tal-Providenza bħala parti mill-Mixja Simbolika għall-Paċi li ssir bil-għan li tgħaqqad il-popli. Il-Mixja hija organizzata mir-Rotary tad-distrett tiegħu. Huwa kien akkumpanjat mill-mara tiegħu, uffiċjali tad-Distrett 2100 Rodolfo Inderset u Lucia Cristofero kif ukoll mill-uffiċjali tarRotary Club La Vallette Malta, Brian Gibbs, Bryan Sullivan u Patricia Salamone.

Il-Gvernatur Lovieno kellu l-opportunità jara l-Music Room speċjalizzata li kienet iffinanzjata mir-Rotary International u nawgurata s-sena l-oħra ma’ faċilitajiet oħra. Fi tmiem iż-żjara tiegħu huwa għamel ukoll donazzjoni lid-Dar tal-Providenza.

10.5 Il-Kummissarju Għoli Malti għall-Awstralja u New Zealand

L-E.T. l-Kummissarju Għoli Malti għallAwstralja u New Zealand, is-Sur Charles Muscat flimkien ma’ martu s-Sinjura Muscat għamlu żjara ta’ kortesija lil Fr Martin Micallef, Direttur tad-Dar tal-Providenza, fisSiġġiewi.Fr Martin spjega lill-Kummissarju Muscat il-ħidma li ssir mal-persuni b’diżabiltà li jgħixu fir-residenzi tad-Dar u l-bżonn kontinwu tal-appoġġ finanzjarju tal-poplu Malti u Għawdxi. Il-Kummissjarju Muscat faħħar il-ħidma tal-Grupp Friends of Providence House ta’ New South Wales li kull sena jiġbor somma sabiħa minn fost il-Maltin tal-Awstralja biex tgħin fis-sostenn ta’ din id-Dar.

10.6 Żjara mill-Isqfijiet fl-okkażjoni ta’ Ħamis ix-Xirka

Bħal kull sena nhar Ħamis ix-Xirka f ’Nofsinhar l-Isfijiet Maltin jattendu għall-ikla ma’ rapreżentanza ta’ residenti u l-Mangement fid-Dar tal-Providenza s-Siġġiewi.

10.7 Żjara l-President il-ġdid ta’ Malta l-E.T. Dr George Vella u s-Sinjura Vella

Il-President ta’ Malta, Dr George Vella, akkumpanjat mis-Sinjura Vella, għamel l-ewwel żjara uffiċjali tiegħu fid-Dar tal-Providenza u f ’diskors lir-residenti u ħaddiema qal li fid-Dar tal-Providenza jara miraklu ħaj li jiġġedded kuljum. Huwa żied jgħid li spiċċa ż-żmien meta persuna b’diżabilità kienet tigi mwarrba jew ma tingħatax l-attenzjoni li ħaqqha. Din hija xi ħaġa li tirrifletti l-iżvilupp tassoċjetà tagħna fejn il-persuni b’diżabilità jieħdu dak li hu tagħhom bi dritt u mhux b’karità. Il-President qal li din hija xi ħaġa li verament tgħolli d-dinjità tal-bniedem għax kull bniedem, anke jekk għandu xi nuqqasijiet, huwa xbieha ta’ Alla u jistħoqqlu r-rispett kollu ta’ kulħadd. Dr Vella temm billi rringrazzja lill-ħaddiema u l-voluntiera kollha għad-dover u x-xogħol li qed jagħmlu f ’isem is-soċjetà. F’diskors ta’ merħba, Fr Martin Micallef, Direttur tad-Dar tal-Providenza, feraħ lil Dr Vella għall-ħatra tiegħu fl-għola kariga tal-pajjiż u qallu li l-preżenza tiegħu u tas-Sinjura tiegħu fid-Dar mhux biss hija ta’ unur għall-Amministrazzjoni, residenti u ħaddiema imma hija wkoll turija li bħall-predeċessuri tiegħu għandu għal qalbu l-ħidma li ssir fid-Dar. Fr Martin żied jgħid li d-Dar tal-Providenza hi u tibqa’ impenjata li toffri s-servizzi tagħha lill-persuni b’diżabilità filwaqt li tkun ta’ ispirazzjoni għas-soċjetà Maltija tal-valuri li jiddistingwuna bħala poplu, dak tassolidarjetà u r-rispett lejn kull persuna mill-konċepiment sal-mewt. Il-President u s-Sinjura Vella żaru l-kappella u l-mużew iddedikat lil Mons. Mikiel Azzopardi u wara raw il-ħidma li ssir fil-Pixxina Terapewtika, fiċ-Ċentru Agrikolu, fil-kmamar Multisensorjali u l-Music Room. Ħadu wkoll l-opportunità li jiltaqgħu ma’ għadd ta’ ħaddiema. Waqt ikla li saret f ’ġieħ il-President, Fr Martin ippreżenta lil Dr Vella bi plattin li fuqu hemm messaġġ iffirmat minn Mons. Mikiel Azzopardi.

10.8 Żjara mis-Sinjura Michelle Muscat, mart il-Prim Ministru u Chairperson tal-Marigold Foundation BOV in the Community

Nhar il-Ħamis, 6 ta’ Ġunju, fl-okkażjoni tat-tnedija taI-Maratona tal-BOV Volleyball 2019, attendiet is-Sinjura Michelle Muscat, mart il-Prim Ministru bħala Chairperson tal-Fondazzjoni Marigold – BOV in the Community, l-isponsors ewlenin ta’ din l-attività annwali. Barra s-sinjura Muscat, indirizzaw il-konferenza tal-aħbarijiet Fr Martin Micallef, Direttur tad-Dar, is-Sinjura Elvia George, Chief Finance Officer talBank of Valletta u s-Sur Emanuel Zammit, Chairperson tal-Kumitat Organizzattiv talMaratona tal-Volleyball.

10.9 Żjarat waqt il-Maratona tal-Volleyball Matul il-maratona tal-Volleyball li saret bejn il-Ġimgħa, 5 ta’ Lulju u l-Ħadd, 7 ta’ Lulju kien hemm żjarat mill-President ta’ Malta, l-E.T. Dr George Vella u s-Sinjura Vella, ilPrim Ministru, Dr Joseph Muscat u s-Sinjura Muscat; il-Kap tal-Oppożizzjoni Dr Adrian Delia, l-Arċisqof l-E.T. Mons. Charles J. Scicluna u l-Vigarju Ġenerali Mons. Joseph

Galea Curmi kif ukoll numru ta’ Ministri, Segretarji Parlamentari, MEP’s u membri parlamentari miż-żewġ naħat tal-Kamra tadDeputati.

10.10 Żjara ta’ kortesija mis-Segretarja l-ġdida tat-Taqsima G WU Professjonisti, Servizzi u Finanzi

Nhar id-19 ta’ Awwissu saret żjara ta’ kortesija mis-Sinjura Riccarda Darmanin li nħatret Professjonisti, Servizzi u Finanzi fi ħdan ilGenaral Workers Union. Is-Sinjura Darmanin kienet akkumpanjata mis-Sur Paul Micallef, Assistent Segretarju tat-Taqsima.

10.11 Delegazzjoni mill-Belġju

Fit-23 ta’ Ottubru d-Dar laqgħet delegazzjoni ta’ persuni mill-Belġju li jaħdmu fi djar residenzjali f ’pajjiżhom. Huma i ngħataw informazzjoni dwar l-operat tad-Dar u sar ukoll skambju ta’ idejat.

10.12 Żjara minn Dott. Angelo Murbita

Nhar il-Ġimgħa, 8 ta’ Novembru għamel żjara ta’ kortesija Dott. Angelo Murbita minn Casa di Cura Riabilitativa fi Sqallija fejn ingħata informazzjoni dwar l-operat tad-Dar.

10.13 Żjara mill-Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta’ Malta

Il-Ġimgħa, 20 ta’ Diċembru, il-Bank Ċentrali ta’ Malta bil-kollaborazzjoni tal-Malta Philharmonic Orchestra, tella’ kunċert talMilied għar-residenti tad-Dar tal-Providenza fis-Siġġiewi. Fost dawk preżenti kien hemm Dr Mario Vella, Gvernatur tal-Bank Ċentrali u s-Sinjura Victoria Vella, Mro. Sigmund Mifsud, Chairman Eżekuttiv tal-Malta Philharmonic Orchestra u Fr Martin Micallef, Direttur tad-Dar tal-Providenza.F’diskors qasir tal-okkażjoni, Fr Martin, f ’isem irresidenti, irringrazzja lill-Gvernatur għannom tal-Bank Ċentrali li għoġbu jagħżel li jtella’ dan il-kunċert fid-Dar tal-Providenza bħala parti mir-responsabbiltà soċjali korporattiva tal-Bank. Il-Bank Ċentrali kien wieħed mill-Corporate Sponsors tal-Orkestra mill-2017 u l-kunċert kien wieħed millattivitajiet li jagħmel fil-komunità.Huwa fakkar li l-Bank Ċentrali sa mit-twaqqif tiegħu dejjem kien ta’ appoġġ lid-Dar tal-Providenza b’diversi inizjattivi li għalihom id-Dar hi ferm grata. Fi tmiem id-diskors tiegħu Fr Martin ippreżenta tifkira lill-Gvernatur.

This article is from: