![](https://assets.isu.pub/document-structure/200703084935-3580aff5c7ddffffa39319098846bc8d/v1/776f7c83e7971402b810c20a60ddd427.jpg?width=720&quality=85%2C50)
1 minute read
13. Finanzi tad-Dar
Waħda mill-akbar ħidma amministrattiva tad-Dar hi l-amministrazzjoni tal-eluf ta’ donazzjonijiet li jingħataw lid-Dar kemm personalment kif ukoll bil-posta, fil-kontijiet bankarji u permezz ta’ faċilitajiet elettroniċi. Biex jiġu irreġistrati d-donazzjonijiet id-Dar għandha programm elettroniku li barra li jħaffef il-ħidma amministrattiva, jagħti rendikont faċli tad-donazzjonijiet kollha li jidħlu, filwaqt li jassigura li jkun hemm is-salvagwardji kollħa meħtieġa biex tonqos il-possibilità ta’ frodi. Il-Finanzi tad-Dar ikunu awditjati kull sena mill-Kumpanija talAwdituri PriceWaterhouseCoopers.
L-intraprenditur Paul Gauci ġentilment offra lid-Dar tal-Providenza €750,000 f ’ishma lidDar tal-Providenza mill-75 fil-mija tal-ishma tiegħu minn PG plc. Dan ifisser li d-Dar talProvidenza mhux biss se tirċievi l-valur talkapital f ’ishma, imma wkoll żewġ dividenti kull sena, skont il-prestazzjoni tal-kumpanija. Id-deċiżjoni tas-Sur Gauci li jagħtina l-ishma flok donazzjoni ta’ flus, kienet motivata mirrispett li għandu lejn id-Dar tal-Providenza. Dan hu mod ġdid ta’ Corporate Social Responsability li qed tibbenefika minnu d-Dar tal-Providenza li toffri servizzi residenzjali lillPersuni b’Diżabilità u familji tagħhom.
![](https://assets.isu.pub/document-structure/200703084935-3580aff5c7ddffffa39319098846bc8d/v1/77ee85b896aef0bbdee4a7433f689a42.jpg?width=720&quality=85%2C50)