![](https://assets.isu.pub/document-structure/200703084935-3580aff5c7ddffffa39319098846bc8d/v1/6d6950288399bfdc6049da6c1dd06e73.jpg?width=720&quality=85%2C50)
1 minute read
Attivitajiet oħra
17 Attivitajiet oħra
17. ATTIVITAJIET OĦRA
17.1 Tħawwil ta’ sigar taż-żebbuġ fl- okkażjoni tal-50 anniversarju tal- Kumpanija DHL
Biex tiċċelebra l-50 Anniversarju tagħha, il-kumpanija DHL ħawlet ħamsin siġra tażżebbuġ fil-ġnien tad-Dar tal-Providenza fisSiġġiewi. L-inizjattiva, li saret flimkien malorganizzazzjoni non-governattiva flimkien għall-Ambjent Aħjar (FAA), hija twettieqa tal-impenn tal-kumpanija internazzjonali biex tħawwel aktar siġar. Fl-attività ħadu sehem il-ħaddiema ta’ DHL Malta u voluntiera tal-FAA u tad-Dar tal-Providenza li kollha taw daqqa t’id siewja fit-tħawwil tas-siġar. Is-siġar kollha taż-żebbuġ li tħawlu huma minn stokk lokali u ġew miksuba minn riżervi naturali immexxija mill-NGOs lokali Gaia Foundation u Birdlife Malta. L-inizjattiva ta’ DHL għandha wkoll dimensjoni soċjali billi ż-żebbuġ tas-siġar li tħawlu jinġabar mirresidenti taċ-Ċentru Agrikolu Sant’Isidor fidDar tal-Providenza waqt il-qtugħ ta’ kull sena. Iż-żebbuġ imbagħad jingħasar f ’żejt u jiġi ppreparat għall-ibbottiljar biex jinbiegħ miċĊentru fis-Siġġiewi u mill-uffiċċju li d-Dar għandha fi Triq San Pawl fil-Belt Valletta.
![](https://assets.isu.pub/document-structure/200703084935-3580aff5c7ddffffa39319098846bc8d/v1/637b1525183bf09cfe698672668c0d24.jpg?width=720&quality=85%2C50)
![](https://assets.isu.pub/document-structure/200703084935-3580aff5c7ddffffa39319098846bc8d/v1/2b8a7ccfa481abe79e9480016a03d810.jpg?width=720&quality=85%2C50)
17.2 Quddiesa fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tal-Persuni b’Down Syndrome
Nhar il-21 ta’ Marzu fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tal-Persuni b’Down Syndrome, id-Down Syndrome Association organizzat quddiesa għall-membri u l-familjari tagħhom filkappella tad-Dar tal-Providenza. Il-quddiesa tmexxiet minn Fr Martin Micallef. Preżenti kien hemm ukoll l-Onor. Anthony Agius Decelis, Segretarju Parlamentari għadDrittijiet tal-Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva.
![](https://assets.isu.pub/document-structure/200703084935-3580aff5c7ddffffa39319098846bc8d/v1/3a9a2bc0c1f00c422a6bbe6b9c63d952.jpg?width=720&quality=85%2C50)
![](https://assets.isu.pub/document-structure/200703084935-3580aff5c7ddffffa39319098846bc8d/v1/de563a037fcf5853ddfa83669ecb4c2c.jpg?width=720&quality=85%2C50)
17.3 Quddiesa mill-GRUFAN
Nhar is-Sibt 24 ta’ Awwissu l-E.T. Mons. Joseph Galea Curmi mexxa quddiesa filkappella tad-Dar tal-Providenza għall-membri u ħbieb tal-GRUFAN (Gruppi Familji Nsara). Wara din il-quddiesa l-Isqof Galea Curmi attenda għall-ikla organizzata mill-istess grupp fi Pjazza San Giovanni XXIII fid-Dar stess.
![](https://assets.isu.pub/document-structure/200703084935-3580aff5c7ddffffa39319098846bc8d/v1/fe68ed43916d819cbc66d7781471bbbc.jpg?width=720&quality=85%2C50)