2 minute read
Memorja ħajja tal-Fundatur
18
Memorja ħajja tal-Fundatur
18.1 Jitfakkar it-32 Anniversarju tal-mewt ta’ Dun Mikiel Azzopardi, Fundatur tad-Dar tal-Providenza
Is-Sibt 11 ta’ Mejju 2019, kappella tad-Dar tal-Providenza saret ċelebrazzjoni Ewkaristika biex jitfakkar it-tnejn u tletin anniversarju tal-mewt ta’ Mons. Mikiel Azzopardi, li waqqaf id-Dar fl-1965. Għal din il-Quddiesa attendew għadd ta’ membri tal-Azzjoni Kattolika Maltija (AKM), residenti u ħbieb tad-Dar tal-Providenza. Dun Mikiel, kif kien magħruf l-aktar, twieled fil-Belt Valletta fl-10 ta’ Frar 1910 u miet fit-13 ta’ Mejju 1987.
Iċ-ċelebrazzjoni tmexxiet minn Fr Martin Micallef, Direttur tad-Dar tal-Providenza flimkien ma’ Fr Reuben Gauci, Assistent Ekkleżjastiku taż-ŻAK (Żgħażagħ Azzjoni Kattolika). Fi tmiem iċ-ċelebrazzjoni, sar diskors qasir mis-Sur Josef DeBono, President tal-AKM.
18.2 Premju Dun Mikiel
Din is-sena, il-Premju Dun Mikiel Azzopardi ingħata Iis-Sur Oliver Scicluna, Ċerpersin tal-Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità u lill-kumpanija Camilleri & Cuschieri Consulting Engineers, rappreżentata mis-Sur Charles Cuschieri, ko-fundatur tal-kumpanija. Dan il-Premju ingħata mill-E.T. Dott. George Vella, President
ta’ Malta waqt il-Kunċert Annwali organizzat mill-Banda tal-Forzi li nżamm fil-Katidral talImdina l-Ġimgħa 6 ta’ Diċembru 2019.
Il-Premju Dun Mikiel li tnieda għall-ewwel darba fl-1955, jingħata kull sena biex jirrikonoxxi l-kontribut ta’ persuni fil-qasam tal-persuni b’diżabilità f ’Malta u f ’Għawdex kif ukoll persuni u entitajiet li jgħinu lid-Dar tal-Providenza fil-ħidma tagħha.
Oliver Scicluna kien ġie appuntat bħala Ċerpersin tal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilità f ’Marzu 2014. Bħalissa huwa qed iservi wkoll fuq diversi kunsilli u bordijiet fuq livell nazzjonali. Huwa wkoll Viċi-Ċerpersin tal-Fondazzjoni għallAċċessibilità fit-Teknoloġija Informatika. Kien serva bħala Ċerpersin tal-Kumitat Azzjoni Soċjetà Ġusta, li kien kumitat li jagħti pariri
għat-tħejjija tal-Politika Nazzjonali dwar idDiżabilità. Oliver ġie maħtur bħala l-ewwel Kummissarju għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità f ’Ġunju 2016.
Camilleri & Cuschieri Consulting Engineers, kumpanija li tagħti servizz ta’ konsulenza fil-qasam tal-inġinerija, kienet twaqqfet fl-1979 mill-Inġinier Albert G. Camilleri, illum mejjet, u l-Inġinier Charles Cuschieri u din is-sena fakkret l-erbgħin sena mittwaqqif tagħha. L-Assoċjazzjoni ta’ Camilleri & Cuschieri mad-Dar tal-Providenza bdiet meta Mons. Lawrence Gatt sar direttur tadDar fl-1987. Minn dak iż-żmien sal-lum, il-kumpanija għażlet li tissapportja lid-Dar b’għajnuna professjonali bħala parti millCorporate Social Responsibility tagħha.
Fl-2012, l-Inġinier Cuschieri kien ukoll ippremjat bil-premju ta’ “Eċċellenza filLeadership” mill-Kamra tal-Inġiniera ta’ Malta. Huwa wkoll Fellow tal-Institution of Engineering and Technology tal-Ingilterra.
Il-kelliem tal-okkażjoni marbut mal-Jum Internazzjonali għall-Persuni b’Diżabilità kien is-Sur Michael Debattista, persuna nieqsa mid-dawl minn mindu għalqet l-għoxrin sena.
Fr Martin Micallef
Direttur
Ms Elvia George
Segretarja tal-Bord tad-Dar tal-providenza
www.dartalprovidenza.org VO: 1066