1 minute read

Taħriġ u Formazzjoni għall-ħaddiema12

12

Taħriġ u Formazzjoni għall-ħaddiema

12. TAĦRIĠ U FORMAZZJONI GĦALL-ĦADDIEMA

Din is-sena saru dawn il-korsijiet għallħaddiema tad-Dar: • Induction Courses għall-impegati ġodda • Eżerċizzi tar-Randan u l-Avvent kemm bil-Malti kif ukoll bl-Inġliż • Food Handling Courses • Taħriġ għax-xufiera mill-Malta Public

Transport biex jakkwistaw il-Licence A • Superviżjoni għas-Support Workers u

Ability Promoters • Eżerċizzi Spiritwali 12.1 Premjijiet u rikonoxximenti għall- Ħaddiema

Waqt ir-riċeviment annwali għall-ħaddiema li nżamm fl-Eden Lodge, iż-Żurrieq nhar itTlieta, 10 ta’ Diċembru 2019, tliet impjegati, Anna Mifsud, Margaret Micallef Gauci u Emmanuel Buhagiar ingħataw mementu bħala rikonoxximent għall-20 sena ta’ servizz fid-Dar tal-Providenza. Għaxar impjegati li rtiraw mix-xogħol din is-sena wkoll ingħataw mementu bħala apprezzament. Dawn kienu:

Margaret Scicluna, Rita Aquilina, Rita Pintly, Raymond Bartolo, Josefina Gabriel, Ernest Caruana, Carmen Attard, Peter Zammit, Adelina Farrugia u Francesca Fonk.

12.2 It-Taqsima tal-Ħajjatin tad-Dar talProvidenza ngħatat il-Premju ‘Inizjattiva’ bħala Tim fuq il-post tax-xogħol għal din is-sena waqt li David Muscat u Rita Pintly ingħataw il-Premju għall-Inizjattiva Personali.

Placements ta’ studenti Maltin u barranin

Din is-sena, kellna 11-il student Malti fosthom żewġ seminaristi mid-Djoċesi ta’ Għawdex kif ukoll 18-il student barrani li għamlu l-placement tagħhom fid-Dar talProvidenza. L-istudenti barranin kienu millOlanda, mir-Republika Ċeka u mill-Amerika. Ma’ dawn kien hemm ukoll numru ta’ studenti tal-Kors fil-Community Care mill-MCAST.

13.1 Donazzjoni ta’ ishma mill-PG Group lill-Caritas Malta u lid-Dar tal-Providenza

This article is from: