1 minute read
Konferenzi u Laqgħat8
08 Konferenzi u Laqgħat
8. KONFERENZI U LAQGĦAT
8.1 Konferenza Nazzjonali organizzata mill-Caritas Epilepsy Association
Sr Geswina Mangion u membri tal-istaff midDar tal-Providenza attendew għall-konferenza annwali organizzata mill-Caritas Epilepsy Association.
8.2 Laqgħa dw ar Cyber Crime
Id-Direttur u l-Amministratur tad-Dar attendew għal-laqgħa organizzata mill-Kurja tal-Arċisqof dwar Cyber Crime.
8.3 Seminar dw ar is-Saħħa Mentali
Id-Direttur attenda seminar dwar is-Saħħa Mentali fil-Palazz Verdala, il-Buskett. 8.4 Konferenza f’Helsinki, il-Filandja dwar il-ħaddiema li jaħdmu fil-qasam tal-persuni b’diżabilità.
Bejn it-3 u l-4 ta’ Ottubru, l-Amministratur tad-Dar Nadine Camilleri Cassano attendiet konferenza f ’Helsinki bl-isem ‘Staff Matters’ li għaliha attendew rappreżentanti ta’ entitajiet governattivi u mhux governattivi li jaħdmu fil-qasam tal-persuni b’diżabilità fl-Ewropa.
8.5 Laqgħa ta’ formazzjoni spiritwali organizzata mill-Vigarju għad- Djakonija
Nhar il-Ġimgħa, 4 ta’ Ottubru, il-Management tad-Dar attenda laqgħa b’tema spiritwali organizzata mill-Vigarju għad-Djakonija għall-entitajiet kollha tal-Knisja li jaħdmu filqasam tad-Djakonija. Din il-laqgħa saret fiddar tal-Irtiri fil-Lunzjata, ir-Rabat u tmexxiet minn Sr Natalie Abela.
8.6 Konferenza mill-Awtorità għall- iStandards Soċjali
Id-Direttur u l-Amministratur tad-Dar attendew Konferenza organizzata millAwtorità għall-iStandards Soċjali li nżammet fil-Lukanda Intercontinental, San Ġiljan. Fr Martin Micallef kien wieħed mill-kelliema talpanel fejn irrappreżenta d-djar residenzjali.
8.7 Konferenza Nazzjonali fl-okkażjoni tal-Jum Internazzjonali tal-Persuni b’Diżabilità
Rappreżentanza tal-Management tad-Dar attendew għall-Konferenza Nazzjonali fl-okkażjoni tal-Jum Internazzjonali talPersuni b’Diżabilità fit-3 ta’ Diċembru 2019 li nżammet fil-Lukanda Corinthia San Ġorg, San Ġiljan. Is-suġġett diskuss kien ‘Id-Dritt tal-Għażla’.