1 minute read
Is-Sit Elettroniku u paġna tal-Facebook14
14
Is-Sit Elettroniku u paġna tal-Facebook
Id-Dar tal-Providenza għandha sit elettroniku mibni mis-Sur Stephen Barbara. Dan is-sit għandu diversi taqsimiet u kull waħda minnhom tiffoka fuq l-aspetti varji tad-Dar inklużi l-istorja tagħha, isservizzi li tipprovdi, l-attivitajiet, il-modi kif wieħed jista’ jkun ta’ appoġġ lid-Djar u kontenut ieħor ta’ multimedja. L-informazzjoni kollha hija bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż. It-taqsima tal-avvenimenti tipprovdi kalendarju ta’ attivitajiet tad-Dar waqt li t-taqsima tal-multimedja fiha ritratti panoramiċi ta’ diversi taqsimiet fid-Dar tal-Providenza fisSiġġiewi.
Wieħed jista’ jidħol fil-sit elettroniku billi jikklikkja fuq www.dartalprovidenza.org. Min irid ikun jista’ jikkummenta billi jidħol jew fit-taqsima ‘Contacts’ jew fil-faċċata tal-Facebook tad-Dar. 14.1 Il-paġna tad-Dar fuq Facebook
Il-paġna tad-Dar fuq Facebook sal-lum għandha aktar minn 15,067 membru. Din tagħti informazzjoni dwar aħbarijiet u attivitajiet tad-Dar b’mod regolari. Id-Dar permezz tal-Bord fasslet pjan ta’ strateġija biex ikollha coverage tajjeb fuq ilmidja lokali. L-aktar promozzjoni li ingħatat id-dar din is-sena kien permezz tal-Festa ta’ Ġenerożità, Xarabank b’risq id-Dar talProvidenza u l-Maratona tal-Volleyball.