2 minute read

Tmiem il-ħidma tas-Sorijiet tal-Karità

Next Article
7. Il-Ħaddiema

7. Il-Ħaddiema

01

Min aħna u l-viżjoni tagħna

1. MIN AĦNA U L-VIŻJONI TAGĦNA Id‑Dar tal‑Providenza li tieħu isimha u l‑kariżma tagħha mill‑Evanġelju u mit‑tagħlim tal‑Knisja Kattolika, twaqqfet minn Mons. Mikiel Azzopardi fl‑1965 bil‑għan li tipprovdi servizzi residenzjali lill‑persuni b’diżabilità u hi impenjata li tagħtihom is‑saħħa li jemmnu fihom infushom f’ambjent li jixbah lill‑familja u li jkabbar l‑abbiltajiet tagħhom biex b’hekk huma jkunu jistgħu jipparteċipaw b’mod sħiħ fis‑soċjetà.

1.1 L‑Għanijiet u l‑Valuri L‑għanijiet tad‑Dar tal‑Providenza huma: 1. Li tipprovdi servizzi residenzjali individwalizzati, kemm fit‑tul kif ukoll għal żmien qasir (respite), lill‑persuni b’diżabilità b’rispett sħiħ lejn id‑drittijiet u d‑dinjità tagħhom; 2. Li tippromwovi l‑iżvilupp personali ħolistiku u l‑inklużjoni soċjali tal‑persuni li jużaw is‑servizzi tagħha, inkluż l‑awtonomija tagħhom bil‑għan li jsiru kapaċi jiddeterminaw ħajjithom huma stess; 3. Li tipprovdi opportunitajiet lill‑impjegati tagħha li jiżviluppaw ħilithom u jkabbru l‑valur tax‑xogħol tagħhom; 4. Li tipprovdi esperjenza pożittiva lill‑volontiera; 5. Li tikkollabora ma’ organizzazzjonijiet oħra li jaħdmu fil‑qasam tad‑diżabilità biex jitħarsu d‑drittijiet tal‑persuni b’diżabilità u tal‑familji tagħhom. Il‑valuri tad‑Dar tal‑Providenza, li għandhom l‑għeruq tagħhom fit‑tagħlim tal‑Evanġelju u fit‑tagħlim tal‑Knisja Kattolika, huma dawn: 1. Il‑ħajja umana hi sagra u għandha valur ugwali u bla kundizzjonijiet għal kulħadd. 2. Rispett intrinsiku lejn kull persuna, huma x’inhuma l‑aspetti pożittivi u l‑abbilitajiet tagħha. 3. Il‑fidi fil‑Providenza Divina li tidher fil‑mod kif wieħed jaħdem tant li n‑nuqqas ta’ riżorsi ma jkunux ta’ xkiel fil‑ħidma tad‑Dar. 4. Il‑familja hi l‑pedament tas‑soċjetà u għalhekk id‑Dar tipprovdi sapport lill‑familja biex il‑persuna b’diżabilità tkun tista’ tkompli tgħix fil‑familja tagħha jekk din tkun ix‑xewqa tagħha stess. 5. Ikun żviluppat spirtu komunitarju li jiġi trażmess fil‑mod kif taħdem ħalli l‑persuni b’diżabilità jkunu jistgħu jiddeċiedu għalihom infushom, li jiġi mħares id‑dritt tagħhom għall‑privatezza, li jkunu jistgħu jiddeterminaw ħajjithom huma stess u li jippromwovi l‑interdipendenza u s‑sapport xieraq lill‑persuni li jużaw is‑servizzi tad‑Dar. 1.2 Residenzi tad‑Dar tal‑Providenza u n‑numru tal‑persuni li jużaw is‑servizzi residenzjali

Ir‑residenza prinċipali tinsab fil‑limiti tas‑Siġġiewi u hi maqsuma fi tliet vilel li b’kollox jinkludu disa’ flettijiet. Id‑Dar għandha wkoll erbat idjar żgħar fil‑komunità bl‑isem ta’ ‘Żerniq’ fis‑ Siġġiewi, ‘Akkwarell’ fil‑Qawra, ‘Dar Pirotta’ f’Birkirkara u ‘Shalom’ fiż‑Żurrieq. Fi tmiem is‑sena 2020 id‑djar tad‑Dar tal‑Providenza ospitaw 110 resident, 89 minnhom fid‑Dar tal‑Providenza, is‑Siġġiewi u 21 fid‑djar fil‑komunità (5 Shalom, 4 Żerniq, 3 Akkwarell, 9 Dar Pirotta). 12.1 Id-Dar tal-Providenza, Triq Lapsi, is-Siġġiewi

Villa Monsinjur Gonzi (Miftuħa fil-11 ta’ Frar 1968) Persuni b’diżabilità intellettwali f’: • San Ġużepp • Jasmine • San Nikola

Villa Papa Giovanni (Miftuħa fid-19 ta’ Marzu 1974) Persuni b’diżabilità intellettwali f’: • Anġlu Kustodju • Livia • Sant’Antnin • Warda

Villa Papa Luciani (Miftuħa fit-8 ta’ Settembru 1987) Persuni b’diżabilità intellettwali f’: • San Ġorġ Preca • San Martin

This article is from: