5 minute read

4. Il-Bord tad-Dar tal-Providenza

9.9 Ħelu Bambin 5 – Kanzunetti tal‑ Milied

Għaxar snin ilu fuq inizjattiva ta’ Patri George Ocar Buttiġieġ OFM Conv u Andrew Zammit bdew jinħarġu CD’s b’numru ta’ kanzunetti tal‑Milied bil‑Malti kantati minn kantanti Maltin. B’kollox ħarġu erba’ CD’s: Ħelu Bambin 1, Ħelu Bambin 2, Ħelu Bambin 3 u Ħelu Bambin 4. Id‑dħul minn dawn is‑CD’s kien dejjem b’risq id‑Dar tal‑Providenza. Din is‑sena kien hemm il‑ħsieb li ssir il‑ħames kompilazzjoni ta’ Ħelu Bambin. Minħabba r‑restrizzjonijiet tal‑pandemija ir‑recordings ma setgħux isiru qabel Lulju iżda minkejja dan xorta irnexxilna nirrekordjaw il‑kanzunetti l‑ġodda fix‑xhur ta’ wara. F’Ottubru mbagħad kien irrekordjat il‑Kunċert Ħelu Bambin fejn tkantaw dawn il‑kanzunetti ġodda. Il‑filmati mbagħad kienu użati waqt il‑Festa ta’ Ġenerożità 2021. Din is‑sena b’differenza mill‑erba’ edizzjonijiet l‑oħra ta’ qabel Ħelu Bambin 5 ma saritx f’format ta’ CD iżda wieħed jista’ jakkwistaha permezz ta’ pjattaformi diġitali. 9.10 Maratona ta’ 30 siegħa ta’ mużika minn Radju 103 Malta’s Heart

Rekord ta’ €32,441 inġabru waqt maratona ta’ 30 siegħa mużika fuq 103 Malta’s Heart, organizzata b’risq id‑Dar tal‑Providenza minn Arthur Caruana bil‑għajnuna ta’ Ron Briffa, Ian Busuttil Naudi u Jesmond Saliba. Il‑maratona bdiet l‑Erbgħa 30 ta’ Diċembru 2020 fis‑6.00am u baqgħet sejra sa nofsinhar tal‑għada, il‑31 ta’ Diċembru 2020. Is‑ somma finali li kienet €18,731 aktar mill‑ ewwel edizzjoni tagħha fl‑2019 tħabbret fi tmiem il‑maratona minn Fr Martin Micallef, Direttur tad‑Dar tal‑Providenza. L‑Arċisqof Charles J. Scicluna, l‑Isqof Awżiljarju Joseph Galea‑Curmi, l‑Isqof Anton Tuema kif ukoll il‑Professur Charmaine Gauci kienu fost il‑ persuni distinti li taw messaġġ li bih ħeġġew lis‑semmiegħa biex jikkontribwixxu għal dan il‑għan nobbli. 9.11 Maratona ta’ Qdif fuq ġewwa

Nhar 29 ta’ Diċembru, il‑Klabb tal‑qdief Siġġiewi. organizzaw 10 kilometri ta’ qdif fuq ġewwa fis‑sala tal‑Kunsill Lokali tas‑Siġġiewi. Kienu bosta l‑qaddiefa li pparteċipaw f’din il‑maratona annwali ta’ qdif b’risq id‑Dar, inkluż persuni b’diżabilità nfushom. 9.14 Coin Boxes

Id‑Dar tqassam diversi coin boxes f’diversi ħwienet madwar Malta kollha. Volontiera tad‑Dar jgħinu biex jingħaddu dawn il‑flus. B’kollox din is‑sena ġbarna €10,622.02.

9.15 “Karus ta’ Mħabba”

9.12 Maratona ta’ 63 siegħa ta’ xandir minn Radju 15 ta’ Awwissu

Bħal kull sena Radju 15 ta’ Awwissu fi ħdan is‑Soċjetà Mużikali Santa Marija tal‑Qrendi reġa’ organizza Maratona ta’ 63 siegħa ta’ xandir mill‑istess każin b’risq id‑Dar il‑Ħadd 27 ta’ Diċembru 2020. Waqt din il‑ maratona inġabret is‑somma ta’ €2,540 li ġiet ippreżentata waqt il‑Festa ta’ Ġenerożità 2021, fl‑1 ta’ Jannar 2021.

9.13 L‑iskema tat‑25c

Bħal kull sena numru sabiħ ta’ kumpaniji u l‑entitajiet governattivi u tal‑Knisja komplew jappoġġjaw lid‑Dar tal‑Providenza permezz tal‑iskema tal‑għoti ta’ 25c mill‑ħaddiema kull xahar li b’kollox inġabru €611,061. Id‑Dar tal‑Providenza toffri karus mingħajr ħlas lil dawk il‑parroċċi jew skejjel li jixtiequ jħeġġu t‑tfal jissapportjaw lid‑Dar tal‑ Providenza. Ma’ dan il‑karus li jissejjaħ ‘Karus ta’ Mħabba’ nqassmu wkoll flyer bil‑Malti u bl‑Ingliż li fiha nispjegaw lit‑tfal u lill‑ għalliema l‑għan ta’ din l‑inizjattiva kif ukoll x’jistgħu jagħmlu aktar biex fis‑soċjetà tagħna l‑persuni b’diżabilità jkunu meqjusa verament indaqs. Din l‑inizjattiva nippreżentawha bħala parti minn katina ta’ inizjattivi li persuna tista’ tagħmel favur il‑persuni b’diżabilità u d‑drittijiet tagħhom. Ħafna drabi dan il‑Karus ta’ Mħabba jintuża fi żmien ir‑ Randan. Din is‑sena minħabba l‑pandemija din l‑inizzjattiva ma tantx setgħet titħaddem minħabba li kemm l‑iskejjel kif ukoll iċ‑ċentri tal‑katekiżmu kienu magħluqa fi żmien ir‑ Randan.

9.16 Wedding bookmarks

Id‑Dar toffri bookmarks biex jintużaw minn dawk il‑koppji li jagħżlu li minflok souvenirs tat‑tieġ jagħtu donazzjoni lid‑Dar. Din is‑sena ma kellniex dħul minn din l‑inizjattiva billi l‑ maġġoranza tat‑tiġiijiet kellhom jitħassru minħabba l‑pandemija.

9.17 Okkażjonijiet Speċjali u Mwiet

Kull sena jkun hemm ukoll numru ta’ persuni li fl‑okkażjoni ta’ għeluq sninhom jew f’anniversarju tat‑tieġ tagħhom, jorganizzaw festin fejn jistiednu l‑familjari u l‑ħbieb biex minflok rigali jagħtu donazzjoni lid‑Dar tal‑Providenza. Minħabba l‑pandemija din is‑ sena dawn l‑okkażjonjiet kienu ftit ħafna.

Ikun hemm min li meta jmut xi membru tal‑familja jagħżlu li minflok fjuri jintbagħtu donazzjonijiet lid‑Dar tal‑Providenza.

9.18 Bażaar u Ċentru Agrikolu

Id‑Dar għandha Bażaar li jinfetaħ għall‑ pubbliku kull nhar ta’ Tlieta filgħodu minn volontiera tad‑Dar. F’dan il‑Bażaar jinbiegħu oġġetti li l‑pubbliku jagħti lid‑Dar biex jinbiegħu. Din is‑sena daħħalna €14,015 minn dan il‑Bazaar. Iċ‑Ċentru Agrikolu jbigħ ukoll il‑prodotti fid‑ Dar stess u waqt wirjiet li jsiru matul is‑sena kif ukoll fl‑uffiċċju tal‑Belt.

9.19 Uffiċċju fil‑Belt Valletta

Id‑Dar għandha uffiċċju f’Triq San Pawl, il‑Belt li jiftaħ kuljum filgħodu mit‑Tnejn sas‑Sibt. Matul l‑2019 minn dan l‑Uffiċċju daħlu €38,389 f’donazzjonijiet. Minkejja li l‑ftuħ ta’ dan l‑Uffiċċju kien limitat minħabba l‑pandemija id‑dħul kien aħjar minn tas‑sena ta’ qabel. 9.20 Kalendarji għall‑benefatturi

Kull sena d‑Dar tal‑Providenza, tistampa 5,000 kalendarju ta’ mal‑ħajt u 1,000 kalendarju għal fuq l‑iskrivanija ( tent calendar) biex jitqassmu lill‑benefatturi li jiġu d‑Dar waqt il‑ġranet tal‑festi tal‑Milied u l‑Ewwel tas‑Sena biex jagħtu d‑donazzjoni tagħhom. Din is‑sena l‑istampi ta’ fuq il‑ kalendarju kienu pitturi tal‑artist Jo Debono.

10

Konferenzi u Laqgħat

10. KONFERENZI U LAQGĦAT Din is‑sena saru diversi laqgħat b’mod virtwali fosthom mal‑Awtorità għall‑ Ħarsien tal‑Istandards Soċjali, mal‑ Kummissjaru għad‑Drittijiet tal‑Persuni b’Diżabilità, s‑Sur Oliver Scicluna, kif ukoll mal‑Ministru l‑ġdid responsabbli mis‑settur tal‑Persuni b’Diżabilità l‑Onor. Julia Farrugia Portelli. Qabel il‑pandemija saret laqgħa mas‑CEO il‑ġdid tal‑Aġenzija Sapport is‑Sinjura Ruth Sciberras u mas‑ CEO tal‑MaltaPost is‑Sur Joseph Gafà.

Fr Martin Micallef, id‑Direttur tad‑Dar ħa sehem f’diversi laqgħat ta’ Task Force imwaqqfa apposta mill‑Kummissjoni Nazzjonali għad‑Drittijiet tal‑Persuni b’Diżabilità biex tittratta l‑effett tal‑ pandemija fuq il‑Persuni b’Diżabilità.

Id‑Dar ipparteċipat f’ Webinars li ġew organizzati mill‑ESPD (European Association of Service Providers for Persons with Disabilities) li d‑Dar hija membru tagħha dwar l‑effett tal‑ pandemija fuq il‑persuni b’diżabilità. L‑erbgħa 15 ta’ April 2020, id‑Dar kienet mistiedna wkoll flimkien ma’ diversi għaqdiet oħra mhux governattivi għal laqgħa organizzata mill‑Partit Nazzjonalista dwar l‑effetti tal‑ pandemija fuq l‑għaqdiet.

11

Żjarat lid-Dar tal-Providenza

11. ŻJARAT LID-DAR TAL-PROVIDENZA

11.1 Żjarat mill‑mexxejja tal‑Pajjiż waqt il‑Festa ta’ Ġenerożità

Fl‑okkażjoni tal‑Festa ta’ Ġenerożità nhar l‑ewwel tas‑sena kien hemm żjarat fost oħrajn mill‑Arċisqof l‑E.T. Mons. Charles J. Scicluna u l‑Isqof Awżiljarju Mons. Joseph Galea‑Curmi, il‑President ta’ Malta Dott. George Vella u s‑Sinjura Vella, il‑President Emeritus l‑E.T. Marie‑Louise Coleiro Preca, il‑Prim Ministru Dott. Joseph Muscat, il‑ Kap tal‑Oppożizzjoni Dott. Adrian Delia u s‑Segretarju Parlamentari għad‑Drittijiet tal‑Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva, Anthony Agius Decelis. Attendew ukoll għadd ta’ ministri u membri parlamentari miż‑żewġ naħat tal‑Kamra tad‑Deputati u rappreżentanti ta’ korpi kostitwiti li qattgħu ħin jwieġbu t‑telefonati tal‑pubbliku.

This article is from: